32004D0226



Official Journal L 068 , 06/03/2004 P. 0036 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-4 ta’ Marzu 2004

li tapprova testijiet għas-skoperta ta’ l-anti-bodies kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat fl-istruttura tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 654)

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)

(2004/226/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 fuq il-problema tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarja f’annimali bovini u l-ħnieżer [1], u partikolarment l-Artikolu 6(2)(b) ta’ l-istess Direttiva,

Billi:

(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/330/KE tat-18 ta’ April 2000 li tapprova t-testijiet għall-iskoperta ta’ l-anti-bodies kontra l-bruċellosi fl-istruttura tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE [2] ġiet emendata sostanzjalment [3]. Fl-interessi taċ-ċarezza u razzjonalità din id-Decizjoni għandha tigi kkodifikata.

(2) L-annimali bovini maħsubin għall-kummerċ intra-Komunitarja fir-rigrwad bruċellosi ta’ l-ifrat, għandhom jiġu minn azjenda li hija uffiċjalment ħielsa minn bruċellosi ta’ l-ifrat, u addizzjonalment, għandhom jiġu ttestjati fi żmien 30 ġurnata mid-dispaċċ permezz ta’ jew test ta’ l-agglutinazzjoni tas-serum jew xi test ieħor li huwa appruvat mill-Kumitat Permanenti dwar il-proċedura tas-Sensiela ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali wara l-adozzjoni tal-protokolli relevanti.

(3) Skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/432/KEE, il-Kummissjoni, skond il-proċeduri ta’ l-Artikolu 17 u fuq il-bażi ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa pubblika, għandha taġġorna u jekk hemm bżonn temenda l-Annessi B, Ċ u D (Kapitolu II) sabiex ikunu adattabbli maż-żviluppi xjentifiċi.

(4) Il-Kummissjoni rċeviet ir-rapport finali tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa ta’ l-Annimali u l-Ġid ta’ l-Annimali dwar il-modifikazzjoni ta’ l-Annessi tekniċi tad-Direttiva 64/432/KEE biex jieħdu in konsiderazzjoni l-Iżviluppi xjentifiċi dwar it-tuberkulosi, il-bruċellosi u l-lewkosi bovina enżotika [4].

(5) F’dak ir-rapport il-Kumitat Xjentifiku rrakkmanda l-użu preferenzjali tat-testijiet ELISA, it-test tal-fissazzjoni kompluta u t-testijiet antiġeni tal-bruċella mewwieta għall-iskoperta ta’ l-anti-bodies kontra l-bruċellosi ta’ l-ifrat, li jsiru, inter alia, fuq kampjuni tad-demm meħuda minn annimali individwi bovini. Il-proċeduri rrakkmandati jimxu skond il-kriterji magħrufin internazzjonali magħmula permezz tal-Manwali fuq il-kriterji għat-testijiet dijanjostiċi u vaċċini, it-tielet edizzjoni, 1996, ta’ l-Uffiċju International des Epizooties (OIE).

(6) F’Awissu ta’ l-2001 l-OIE ippubblikat ir-raba’ edizzjoni ta’ l-imsemmi manwali, inklużi ċerti modifikazzjonijiet fid-deskrizzjoni tat-testjiet għall-bruċellosi.

(7) Għalhekk kien hemm bżonn li jiġi emendat l-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432KEE sabiex jiġu preskritti l-proċeduri għat-testijiet applikabbli għall-bżonnijiet tal-kummerċ u sorveljanza fil-Komunità li jirriflettu kemm jista’ jkun il-kriterji ta’ l-OIE u li jieħdu in kunsiderazzjoni l-parir tal-Kumitat Xjentifiku u tal-laboratorji nazzjonali referenzjali fi Stati Membri li jikkoperaw fl-istruttura tax-xibka ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ laboratorji nazzjonali referenzali għall-bruċellosi.

(8) Huwa xieraq li jiġu magħrufa għas-skopijiet ta’ ċertifikazzjoni, ir-riżultati tat-testijiet tal-bruċellosi magħmula bl-użu tat-testijiet ELISA, it-test tal-fissazzjoni kompluta u t-testijiet antiġeni tal-bruċella mewwieta, jekk it-testijiet saru skond il-protokolli approvati fuq kampjuni tad-demm meħuda minn annimali bovini li ġew identifikati wieħed wieħed fiż-żmien 30 ġurnata qabel iċ-ċertifikazzjoni ta’ l-annimali ttestjati għall-kummerċ intra-Komunitarja..

(9) Għalhekk, sakemm jiġi aġġornat l-Anness D tekniku (Kapitolu II) skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 64/432/KEE, it-testijiet ELISA, kif speċifikat fir-rapport tal-Kumitat Xjentifiku, u t-test tal-fissazzjoni kompluta u t-testijiet antiġeni tal-bruċella mewwieta, kif speċifikati fl-Anness Ċ ta’ dik id-Direttiva, għandhom jiġu approvati ghat-testijiet tal-bruċellosi għas-skopijiet ta’ ċertifikazzjoni pprovdut fl-Artikolu 6(2)(b) u ċ-ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Anness F, mudell 1.

(10) Il-miżuri pprovduti f’din id-deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq is-Sensiela ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-fissazzjnoni kompluta, it-testijiet antiġeni tal-bruċella mewwieta u t-testijiet ELISA magħmula skond il-provvedimenti fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE, huma hawnhekk approvati għas-skopijiet ta’ ċertifikazzjoni.

Artikolu 2

Fejn, għall-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 64/432KEE, test imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni jiġi użat, it-test għandu jiġi speċifikat fil-kolonna Test’’ tal-listi f’punt numru 3, it-tieni inċiż, u f’punt numru 5 ta’ Sezzjoni A fl-Anness F, Mudell 1 (ċertifikat tas-saħħa) tad-Direttiva 64/432KEE.

Artikolu 3

Deċiżjoni 2000/330/KE hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu moqrija skond il-lista ta’ korrelazzjoni fl-Anness II

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta’ Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 121, tad-29.7.1964, pġ. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata permezz ta’ Regolament (KE) Nru. 21/2004(ĠU L 5, tad-9.1.2004, pġ. 8).

[2] ĠU L 114, tat-13.5.2000, pġ. 37. Id-Deċiżjoni emendata permezz ta’ Regolament (KE) Nru. 535/2002 (ĠU L 80, tat-23.3.2002, pġ. 22).

[3] Ara l-Anness I.

[4] Dok. SANCO/B3/R10/1999.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emenda tagħha

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/330/KE | (ĠU L 114, tat- 13.5.2000, pġ. 37) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 535/2002 (l-Artikolu 2biss) | (ĠU L 80, tat- 23.3.2002, pġ. 22) |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta’ korrelazzjoni

2000/330/KE | Din id-Deċiżjoni Nru |

L-Artikolu 1 and 2 | L-Artikoli 1 u 2 |

— | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 |

— | L-Anness I |

— | L-Anness II |

--------------------------------------------------