32004D0199



Official Journal L 064 , 02/03/2004 P. 0041 - 0042


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Frar 2004

li temenda d-Deċiżjoni 93/52/KEE dwar ir-rikonoxximent ta’ ċertu provinċji fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi

(notifikata fuq dokument numru K(2004) 558)

(Test b’relevanza għall-ŻEE)

(2004/199/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 fuq il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’annimali [1] bħal ovini u kaprini, u partikolarment l-Anness A, Kapitolu 1, punt II tagħha,

Billi:

(1) fl-Italja, fil-Provinċji ta’ Rieti u Viterbo (Reġjun ta’ Lazio) bruċellosi (Brucella melitensis) ilha notifikata bħala marda mill-inqas ħames snin.

(2) Fil-Provinċji ta’ Rieti u Viterbo, mill-inqas 99,8 % tar-raba’ ta’ l-ovini u l-kaprini huma uffiċjalment raba’ ħielsa mill-bruċellosi. Dawn il-Provinċji jieħdu r-responsabbiltà, barra dan, sabiex ikunu konformi ma’ l-Anness A, Kapitolu 1, punt II [2], għal Direttiva 91/68/KEE.

(3) Il-Provinċji ta’ Rieti u Viterbo għandhom konsegwentement jiġu identifikati uffiċjalment bħala ħielsa mill-bruċellosi (Brucella melitensis).

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 tirreġistra l-konformità minn ċertu Stati Membri jew reġjuni bil-kondizzjonijiet meħtieġa konnessi mal-bruċellosi (B. melitensis) u skond huma l-Istati Membri jew reġjuni uffiċjalment ħielsa mill-marda(2) għandhom għalhekk ikunu emendati għal din ir-raġuni.

(5) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Food Chain u s-saħħa ta’ l-annimali,

ADOTTAT DIN ID-DE¬IŻJONI:

L- Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 93/52/KEE hi mibdula bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

L- Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/708/KE (ĠU L 258, ta’ l-10.10.2003, p. 11).

[2] ĠU L 13, tal-21.1.1993, p. 14. id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/732/KE (ĠU L 264, tal-15.10.2003, p. 30).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS II

Fi Franza:

Dipartimenti:

Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d’Or, Côtes-d’Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eure-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Hauts-de-Seinne, Haute-Loire, Haute-Vienne, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot et Garonne, Lot, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Haute-Saône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d’Oise, Vendée, Vienne, Yonne, Yvelines, Ville de Paris, Vosges.

Fl-Italja:

- reġjun ta’ Lazio: provinċji ta’ Rieti u Viterbo.

- reġjun ta’ Lombardia: provinċji ta’ Bergamo, Brescia, Como, Cremona, Lecco, Lodi, Mantova, Milano, Pavia, Sondrio, Varese.

- reġjun ta’ Sardinja: provinċji ta’ Cagliari, Nuoro, Oristano u Sassari.

- reġjun Trentino-Alto Aldige: provinċji ta’ Bolzano u Trento.

- Reġjun ta’ Tuscana: Provinċja ta’ Arezzo.

Fil-Portugal:

reġjun awtonomuta’ l-Azores.

Fi Spanja:

reġjun awtonomu tal-Gżejjer tal-Canary: Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.”

"

--------------------------------------------------