32004D0186



Official Journal L 057 , 25/02/2004 P. 0027 - 0034


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-16 ta’ Frar 2004

li temenda ċerta Annessi tad-Deċiżjoni 96/510/KE għall-ħtiġijiet żootekniċi għall-importazzjoni ta’ semen, ova u embriji ta’ l-speċi ekwina

(notifikata bid-dokument numru K (2004) 388)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/186/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta’ Ġunju 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji relatati mal-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealogiċi applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ annimali, is-semen, ova u embriji tagħhom, u temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar annimali tal-ifrat ta’ razza pura ta’ l-speċi bovini [1], u partikolarment it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5, it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Dettalji speċifiċi għandhom jidhru fuq ċertifikat żootekniċi sabiex jiġu stabbiliti l-oriġini u l-identifikazzjoni ta’ animal li minnu jkunu ġew is-semen, ova u embriji.

(2) Mudelli taċ-ċerifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen, ova u embriji ta’ l-ekwini huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/79/KE tat-12 ta’ Jannar 1996 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati żootekniċi tas-semen, ova u embriji minn equidae rreġistrati [2].

(3) Mudelli taċ-ċerifikati għall-importazzjoni ta’ semen, ova u embriji ta’ l-ispeċi bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ u tal-mogħoż minn pajjiżi terzi huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/510/KE tat-18 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi ċ-ċertifikati pedigree u żootekniċi għall-importazzjoni ta’ annimali tal-ifrat, is-semen, l-ova u l-embriji tagħhom [3].

(4) Fl-interess tal-konsistenza mar-regoli tal-Komunità, iċ-ċertifikati pedigree u żootekniċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 96/510/KE għandhom ikunu supplimentati b’dispożizzjonijiet għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ semen, ova u embriji ta’ l-ispeċi ekwina. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtiġijiet żootekniċi li japplikaw għall-kummerċ intra-komunitarju f’semen, ova u embriji ta’ dawk l-ispeċi.

(5) Għalhekk id-Deċiżjoni 96/510/KE għandha tkun emendata skond kif meħtieġ.

(6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żootekniċi,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi IV, V u VI tad-Deċiżjoni 96/510/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-16 ta’ Frar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 178, 12.07.94, p. 66.

[2] ĠU L 19, 25.01.96, p. 41.

[3] ĠU L 210, 20.08.96, p. 53.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Annessi IV, V u VI tad- Deċiżjoni 96/510/KE huma mibdula b’dan li ġej:"

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS V

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS VI

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------