32004D0109



Official Journal L 032 , 05/02/2004 P. 0017 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-29 ta’ Jannar 2004

li temenda d-Deċiżjoni 95/328/KE li tistabbilixxi ċertifikati tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd minn pajjiżi terzi li għadhom m’humiex koperti b’deċiżjoni speċifika

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 129)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2004/109/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mis-sajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1) D-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 95/328/KE tal-25 ta’ Lulju 1995 tistabbilixxi ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-prodotti mis-sajd minn pajjiżi terzi li għadhom mhux koperti b’deċiżjoni speċifika [2] hija valida sal-31 ta’ Diċembru 2003.

(2) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/EC [3] tistabbilixxi il-lista ta’ pajjiżi terzi li minhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd għall-konsum mill-bniedem. It-Taqsima II ta’ dik il-lista fiha l-pajjiżi terzi li għandhom mhux koperti b’deċiżjoni speċifika iżda li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE [4]. Skond id-Deċiżjoni 95/408/KE il-lista hija valida sal-31 ta’ Diċembru 2005.

(3) Id-data tal-validità tad-Deċiżjoni 95/328/KE għandha tkun taqbel mad-data tal-validità tal-lista provviżorja stabbilita bid-Deċiżjoni 97/296/KE.

(4) Id-Deċiżjoni 95/328/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

(5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 95/328/KE, "sal-31 ta’ Diċembru 2003" hija sostitwita bi "sal-31 ta’ Diċembru 2005".

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 191, tat-12.8.1995, p. 32. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2001/67/KE (ĠU L 22, ta’ l-24.1.2001, p. 41).

[3] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/36/KE (ĠU L 8, ta’ l-14.1.2004, p. 8).

[4] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/912/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 112).

--------------------------------------------------