32004D0107



Official Journal L 032 , 05/02/2004 P. 0011 - 0011


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Diċembru 2003

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri min-naħa, u r-Rumanija, min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-arranġamenti tal-kummerċ għal ċerti prodotti tal-ħut u tas-sajd

(2004/107/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Huwa mixtieq illi permezz ta' Protokoll addizzjonali jitlesta l-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri min-naħa, u r-Rumanija min-naħa l-oħra [1], sabiex jipprovdu għal kondizzjonijiet preferenzjali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti prodotti ta' ħut u tas-sajd li joriġinaw mir-Rumanija, u fir-Rumanija ta' ċerti prodotti ta' ħut u tas-sajd li joriġinaw fil-Komunità.

(2) Għal dan il-għan Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-arranġamenti tal-kummerċ għal ċerti prodotti ta' ħut u tas-sajd, għandhom jiġu miżjuda ma' l-istess Ftehim Ewropew.

(3) Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll addizzjonali, tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri min-naħa u r-Rumanija min-naħa l-oħra, li jistabbilixxi l-arranġamenti tal-kummerċ għal ċerti prodotti ta' ħut u tas-sajd, huwa b'dan approvat għall-Komunità.

It-test tal-Protokoll addizzjonali huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika l-approvazzjoni tal-Komunità tal-Protokoll lill-Gvern tar-Rumanija skond l-Artikolu 4 tiegħu.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

A. Matteoli

[1] ĠU L 357, tal-31.12.1994, pġ. 2.

--------------------------------------------------