Official Journal L 008 , 14/01/2004 P. 0008 - 0011
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Deċiżjoni 97/296/KE li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd huma awtorizzati għall-konsum mill-bniedem fir-rigward tal-Guyana, il-Kenya, is-Serbia u l-Montenegro u l-Eġittu (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5007) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/36/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet għat-tħejjija, għal perjodu provviżorju, listi provviżorji ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimal, prodotti mis-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) u (3) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/296/KE tat-22 ta’ April 1997 li tħejji lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd hija awtorizzata għall-konsum mill-bniedem [2] telenka l-pajjiżi u t-territorji li minnhom l-importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd għall-konsum mill-bniedem huma awtorizzati. It-Taqsima I ta’ l-Anness li jinsab ma’ dik id-Deċiżjoni telenka l-pajjiżi u t-territorji koperti b’Deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mis-sajd [3], u t-taqsima II ta’ dak l-Anness telenka l-pajjiżi u t-territorji li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE. (2) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/40/KE [4], 2004/39/KE [5], 2004/37/KE [6] u 2004/38/KE [7] iffissaw kondizzjonijiet speċifiċi ta’ importazzjoni għal prodotti mis-sajd li joriġinaw fil-Guyana, l-Kenya, is-Serbia u l-Montenegro u l-Eġittu, rispettivament. Dawn il-pajjiżi għandhom għalhekk jiżdiedu mal-lista fit-taqsima I ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/296/KE. (3) Id-Deċiżjoni 97/296/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata. (4) Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-istess data tad-Deċiżjonijiet 2004/40/KE u 2004/38/KE fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd mill-Guyana u l-Eġittu. (5) Fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd mill-Kenya u s-Serbia u l-Montenegro din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-istess data tad-Deċiżjonijiet 2004/39/KE u 2004/37/KE. (6) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 97/296/KE huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-28 ta’ Frar 2004, fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ prodotti mis-sajd mill-Kenya u s-Serbia u l-Montenegro. Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mis-17 ta’ Jannar 2004, fir-rigward ta’ l-importazzjoni ta’ prodotti mis-sajd mill-Guyana u l-Eġittu. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p. 17; Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [2] ĠU L 122, ta’ l-14.5.1997, p. 21, Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/764/KE (ĠU L 273, ta’ l-24.10.2003, p. 43). [3] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15; Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003. [4] Ara paġna 27 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [5] Ara paġna 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [6] Ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [7] Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- L-ANNESS LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI LI MINNHOM L-IMPORTAZZJONI TA’ PRODOTTI MIS-SAJD TKUN XI TKUN IL-FORMA TAGĦHOM MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM HIJA AWTORIZZATA I. Pajjiżi u territorji koperti b’Deċiżjoni speċifika taħt id-Direttiva 91/493/KEE AE — EMIRATI GĦARAB MAQGĦUDA AL — ALBANIJA AN — NETHERLANDS ANTILLES AR — ARĠENTINA AU — AWSTRALJA BD — BANGLADESH BG — BULGARIJA BR — BRAŻIL BZ — BELIZE CA — KANADA CH — SVIZZERA CI — CÔTE D’IVOIRE CL — CHILE CN — ĊINA CO — KOLOMBJA CR — COSTA RICA CS — SERBIA u MONTENEGRO [1] CU — KUBA CV — CAPE VERDE CZ — REPUBBLIKA ĊEKA EC — EKWADOR EE — ESTONJA EG — EĠITTU FK — GŻEJJER FALKLAND GA — GABON GH — GANA GL — GREENLAND GM — GAMBJA GN — GINEA GT — GWATEMALA GY — GUJANA HN — ĦONDURAS HR — KROAZJA ID — INDONEŻJA IN — INDJA IR — IRAN JM — ĠAMAJKA JP — ĠAPPUN KE — KENYA KR — KOREA TA’ ISFEL KZ — KAZAKHSTAN LK — SRI LANKA LT — LITWANJA LV — LATVJA MA — MAROKK MG — MADAGASKAR MR — MAWRITANJA MU — MAURITIUS MV — MALDIVES MX — MESSIKU MY — MALASJA MZ — MOZAMBIQUE NA — NAMIBIA NC — NEW CALEDONIA NG — NIĠERJA NI — NIKARAGWA NZ — NEW ZEALAND OM — OMAN PA — PANAMA PE — PERU PG — PAPUA NEW GUINEA PH — FILIPPINI PF — POLYNESIA FRANĊIŻA PM — ST PIERRE U MIQUELON PK — PAKISTAN PL — POLONJA RU — RUSSJA SC — SEYCHELLES SG — SINGAPOR SI — SLOVENJA SK — SLOVAKKJA SN — SENEGAL SR — SURINAME TH — TAJLANDJA TN — TUNESIJA TR — TURKIJA TW — TAIWAN TZ — TANZANIJA UG — UGANDA UY — URUGUAY VE — VENEZUELA VN — VJETNAM YE — YEMEN YT — MAYOTTE ZA — AFRICA TA’ ISFEL II. Pajjiżi u territorji li jikkonformaw mat-termini ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 95/408/KE AM — ARMENJA [2] AO — ANGOLA AG — ANTIGUA AND BARBUDA [3] AZ — AZERBAIJAN [4] BJ — BENIN BS — BAHAMAS BY — BELARUS CG — REPUBBLIKA TAL-KONGO [5] CM — KAMERUN CY — ĊIPRU DZ — ALĠERIJA ER — ERITREA FJ — FIJI GD — GRENADA HK — HONG KONG HU — UNGERIJA [6] IL — IŻRAEL MM — MYANMAR MT — MALTA RO — RUMANIJA SB — GŻEJJER SOLOMON SH — ST HELENA SV — EL SALVADOR TG — TOGO US — L-ISTATI UNITI TA’L-AMERIKA ZW — ZIMBABWE. [1] Ma jinkludix il-Kosovo kif definit bir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Siguraà tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ l-10 ta’ Ġunju 1999. [2] Awtorizzat biss għall-importazzjonijiet ta’ gambli ta’ l-ilma ħelu ħajjin (Astacus leptodactylus) maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem. [3] Awtorizzat biss għall-importazzjonijiet ta’ ħut frisk. [4] Awtorizzat biss għall-importazzjonijiet ta’ kavjar. [5] Awtorizzat biss għall-prodotti mis-sajd maqbuda, iffriżati u ppakjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar. [6] Awatorizzat biss għall-importazzjoni ta’ annimali ħajjin maħsuba għall-konsum dirett mill-bniedem. --------------------------------------------------