Official Journal L 007 , 13/01/2004 P. 0047 - 0050
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/828/KE f'dak li jirrigwardja l-movimenti ta' l-annimali imlaqqma miż-żoni tal-protezzjoni (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 5306) (Test b'rilevanza għall-ŻEE) (2004/34/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni ta' l-isien kaħlani (1), u partikolarment, l-Artikolu 9(1)(c), tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/828/KE (2) dwar iż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza b'relazzjoni ma l-ilsien kaħlani u r-regoli applikabbli għall-movimenti ta' l-annimali lejn u minn dawk iż-żoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2003/218/KE (3), kienet ġiet adotta fid-dawl tas-sitwazzjoni prevalenti ta' l-ilsien kaħlani fir-reġjuni affetwati. Dik id-Deċiżjoni twettaq id-demarkazzjoni taż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza li jikkorrespondu għas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi speċifiki u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sabiex ikunu mogħtija l-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni dware il-movimenti ta' l-annimali lejn u minn dawk iż-żoni. (2) Kien ġie organizzat Symposium dwar l-ilsien kaħlani mill-Office International des Epizooties (OIE - World Organisation for Animal Health) (L-Uffiċju Internazzjonali ta' l-Epiżotiċi – l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali) nhar is-26 sad-29 ta' Ottubru 2003. Waħda mill-konklużjonijiet ta' dan is-Symposium kienet li l-annimali jistgħu ikunu mċaqilqa minn żona infettata lejn żona ħielsa mingħajr ma jimpontu riskju tat-tivrid tal-virus jekk dawn ikunu ġew vaċċinati mill-anqas xahar qabel il-moviment, basta li l-vaċċina użata tkun tkopri s-serotipi kollha preżenti fir-reġjun ta' l-oriġini. (3) Billi tkun meqjusa din il-konklużjoni, kondizzjonijiet għall-movimenti ta' l-annimali vaċċinati li hemm dispożizzjoni dwarhom fid-Deċiżjoni 2003/828/KE għandhom ikunu emendati sabiex jippermettu tali movimenti mingħajr ma jkunu jeħtieġu t-tmiem taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fir-reġjun ta' l-oriġini jew ta' l-attività vettorjali fir-reġjun tad-destinazzjoni. B'dana kollu, bħala prekwazzjoni, dan għandu jkun meqjus biss għal movimenti domestiċi minn żoni ta' fejn il-vaċċinazzjoni tkun twettqet b'konformità mal-programm adottat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ikkonċernat. (4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/828/KE huwa mibdul b'dan li ġej: "2) Fi Franza, l-Italja u Spanja, konsenji domestiċi kif hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu eżentati mill-projbizzjoni tal-ħruġ mill-awtorità kompetenti: (a) għaż-żoni ta' fejn il-vaċċinazzjoni tkun twettqet bi qbil mal-programm adottat mill-awtorità kompetneti tal-Istat Membru ikkonċernat, kif identifikati fl-Anness I, jekk l-annimali jkunu tlaqqmu, aktar minn 30 jum u anqas minn sena qabel id-data tal-konsenja, kontra s-serotip(i) ċirkolanti fiż-żona epidemjoloġikalment relevanti ta' l-oriġini. (b) għaż-żoni ta' fejn il-vaċċinazzjoni ma tkunx twettqet bi qbil mal-programm adottat mill-awtorità kompetemti tal-Istat Membru ikkonċernat, kif identifikat fl-Anness I jekk l-annimali jkunu ġew imlaqqma b'konformità mal-paragrafu (a) u jekk, b'żieda ma dan: (i) il-programm ta' sorveljanza fiż-żona epdiemjoloġikalment relevanti ta' l-oriġini jkun seħħ fil-waqfien taċ-ċirkolazzjoni tal-virus tal-ilsien kaħlani għal aktar minn 60 jum qabel id-data tal-konsenja; jew (ii) il-vettur tal-programm ta' sorveljanza fiż-żona epidemjoloġikalment relevanti tad-destinazzjoni jkun seħħ fil-waqfien ta' l-attività Kulliċolidi adulta." Artikolu 2 L-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/828/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mit-2 ta' Frar 2004. Artikolu 4 Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I (Żoni ristretti: żoni ġeografiċi ta' fejn iż-żoni tal-protezzjoni u tas-sorveljanza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri) Żona A (serotipi 2 u 9, u għal skop anqas, 4 u 16) Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) huwa applikabbli Sicilia: | Ragusa, Enna | Molise: | Isernia, Campobasso | Abruzzo: | Chieti, il-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Avezzano-Sulmona | Lazio: | Frosinone, Latina | Campania: | il-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Caserta 1 | Basilicata: | Matera, u Potenza (bl-eċċezzjoni tal-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Venosa) | Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) mhux applikabbli Sicilia: | Agrigento, Catania, Caltanissetta, Palermo, Messina, Siracusa e Trapani | Calabria: | Catanzaro, Cosenza, Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia | Basilicata: | Ptenza (il-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Venosa) | Puglia: | Foggia, Bari, Lecce, Taranto, Brindisi | Campania: | Caserta (bl-eċċezzjoni tal-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Caserta 1), Benevento, Avellino, Napoli, Salerno. | Żona B (serotip 2) Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) huwa applikabbli Lazio: | Viterbo, Roma, Rieti (Il-Muniċipalitajiet ta' Ascrea, Belmonte in Sabina, Cantalupo in Sabina, Casaprota, Casperia, Castel di Tora, Castelnuovo di Farfa, Colle di Tora, Collevecchio, Concerviano, Configni, Contigliano, Cottanello, Fara in Sabina, Forano, Frasso, Abino, Greccio, Longone Sabino, Magliano Sabina, Mompeo, Montasola, Montebuono, Monteleone Sabino, Montenero Sabino, Monte San Giovanni in Sabina, Montopoli di Sabina, Orvinio, Poggio Catino, Poggio Mirteto, Poggio Moiano, Poggio Nativo, Poggio San Lorenzo, Pozzaglia Sabina, Rieti, Roccantica, Rocca Sinibalda, Salisano, Scandriglia, Selci, Stimigliano, Tarano, Toffia, Torricella in Sabina, Torri in Sabina, Vacone). | Toscana: | Massa Carrara, Pisa, Grosseto, Livorno | Umbria: | Terni | Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) mhux applikabbli Abruzzo: | L'Aquila (bl-eċċezzjoni tal-Muniċipalitajiet kollha li jappartienu għall-Unità Lokali tas-Saħħa ta' Avezzano- Sulmona | Lazio: | Rieti (il-Muniċipalitajiet ta' Accumoli, Amatrice, Antrodoco, Borbona, Borgorose, Borgo Velino, Cantalice, Castel Sant'angelo, Cittaducale, Cittareale, Collalto Sabino, Collegiove, Colli sul Velino, Fiamignano, Labro, Leonessa, Marcetelli, Micigliano, Morro Reatino, Nespolo, Paganico, Pescorocchiano, Petrella Salto, Poggio Bustone, Posta, Rivodutri, Turania, Varco Sabino). | Umbria: | Perugia | Marche: | Ascoli Piceno, Macerata. | Żona C (serotipi 2 u 4) Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) huwa applikabbli Franza: Corse du sud, Haute Corse Spanja: Islas Baleares Żoni ta' fejn l-Artikolu 3(2)(a) mhux applikabbli L-Italja: | | Sardinia: | Cagliari, Nuoro, Sassari, Oristano. | Żona D It-territorju ntier tal-Greċja bl-eċċezzjoni tal-prefektorati elenkati fiż-żona E. Żona E il-prefektorati ta' Dodekanisi, Samos, Chios u Lesvos. --------------------------------------------------