32004D0010



Official Journal L 003 , 07/01/2004 P. 0036 - 0037


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-5 ta' Novembru 2003

li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Banek Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/10/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1) F'Ġunju 2001, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjonijiet 2001/527/KE [1] u 2001/528/KE [2] li jistabbilixxu l-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej u l-Kumitat tat-Titoli Ewropej rispettivament.

(2) Fir-Riżoluzzjonijiet tiegħu tal-5 ta' Frar u tal-21 ta' Novembru 2002, il-Parlament Ewropew endorsja l-avviċinament fuq erba' livelli mitkellem favuru fir-Rapport Finali tal-Kumitat ta' l-Għorrief dwar ir-regolazzjoni tas-swieq tat-titoli Ewropej u sejjaħ għalbiex jiġu estiżi ċerti aspetti ta' dan l-avviċinament għas-setturi tal-banek u ta' l-assigurazzjoni bla ħsara għal impenn ċar mill-Kunsill għal riforma sabiex jiġi ggarantit bilanċ istituzzjonali xieraq.

(3) Fit-3 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta dawn l-arranġamenti fl-oqsma tal-banek u ta' l-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li tistabbilixxi malajr kemm jista' jkun kumitati ġodda f'kapaċità konsultattiva fejn jidħlu dawn l-oqsma.

(4) Id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 li għandha x'taqsam mat-teħid u s-segwiment tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu [3] stabbiliet il-Kumitat Konsultattiv tal-Banek sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-leġislazzjoni u jassisti lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri tagħha ta' implimentazzjoni fil-qasam tal-banek.

(5) Il-Kummissjoni pproponiet Direttiva li timmodifika, fost ħwejjeġ oħra, id-Direttiva 2000/12/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE tal-15 ta' Marzu 1992 dwar l-adegwatezza tal-kapital tad-ditti ta' l-investiment u ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu [4], id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar l-iskemi tal-garanzija tad-depożiti [5], u d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-sorveljanza supplimentari ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu, l-impriżi ta' l-assigurazzjoni u d-ditti ta' l-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/29/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEEC, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12'KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [6], sabiex tħassar il-funzjonjiet konsulattivi tal-Kumitat Konsultattiv tal-Banek.

(6) Din l-emenda teħtieġ il-ħolqien korrispondenti u simultanju ta' grupp ġdid konsultattiv sabiex jagħti pariri lill-Kummissjoni rigward l-iżvilupp tal-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-banek, li jrid jissejjaħ "Il-Kumitat tal-Banek Ewropej".

(7) Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess żmien ta' kull Direttiva oħra li tħassar il-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat Konsultattiv tal-Banek.

(8) Meta l-Kumitat tal-Banek Ewropej jipprovdi pariri dwar disposizzjonijiet li japplikaw kemm għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u kemm għad-ditti ta' l-investiment, il-kompożizzjoni tiegħu għandha tkun hekk li tiżgura illi titqies il-perspettiva tad-ditti ta' l-investiment.

(9) L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Banek Ewropej ma għandux jaqta' barra għamliet oħra ta' koperazzjoni bejn l-awrtoritajiet differenti involuti fir-regolazzjoni u s-sorveljanza ta' l-istituzzjonijiet tal-kreditu, b'mod partikolari fi ħdan il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 200//KE [7],

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa hawnhekk stabbilit grupp konsultattiv dwar l-attivitajiet tal-banek fil-Komunità, imsejjaħ "il-Kumitat tal-Banek Ewropej", minn issa 'l quddiem riferit bħala "il-Kumitat".

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, fuq it-talba tal-Kummissjoni, dwar kwistjonijiet tal-politika fejn jidħlu l-attivitajiet tal-banek kif ukoll proposti tal-Kummissjoni f'dan il-kamp.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta' livell għoli ta' l-Istati Membri. Il-Kumitat għandu jkun ippresjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-President tal-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/5/KE għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat bħala osservatur. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun irrappreżentat bħala osservatur.

Il-Kummissjoni tista' tistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat.

Is-segretarjat għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura. Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'intervalli regolari taż-żmien u kull meta s-sitwazzjoni hekk titlob. Il-Kummissjoni tista' ssejjaħ laqgħa ta' emerġenza jekk tikkunsidra illi sitwazzjoni hekk teħtieġ.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum tad-dħul fis-seħħ ta' kull direttiva li tħassar il-funzjonijiet purament konsultattivi tal-Kumitat Konsultattiv tal-Banek.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43.

[2] ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 45.

[3] ĠU L 126, tas-26.5.2000, pġ. 1.

[4] ĠU L 141, tal-11.6.1993, pġ. 1.

[5] ĠU L 135, tal-31.5.1994, pġ. 5.

[6] ĠU L 35, tal-11.2.2003, pġ. 1.

[7] Ara l-paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------