32003R2345



Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0041 - 0044


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2003

tat-23 ta' Diċembru 2003

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' statistika dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1949/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru. 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-merkanzija imsemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru. 2658/87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuq din in-nomenklatura jew li jintroduċu sottodiviżjonijiet addizzjonali u li hi stabbilita minn disposizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan li jiġu applikati t-tariffi u miżuri oħra li jirrelataw mal-kummerċ tal-merkanzija.

(3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3.

(4) Hu xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li jirrelataw mas-sistema ta' kontroll doppju u għas-sorveljanzi komunitarji preventivi u retrospettivi tal-prodotti ta' tessut għall-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni obbligatorja dwar tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda u li mhiex skond dan ir-Regolament, jistgħu jkomplu jkunu invokati mit-titolatur għal perijodu ta' 60 ġurnata, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4].

(5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li jirrelataw mas-sistema ta' kontroll doppju u għas-sorveljanzi komunitarji preventivi u retrospettivi tal-prodotti ta' tessut għall-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni obbligatorja dwar tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' 60 ġurnata, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-07.09.87, pġ. 1.

[2] ĠU L 287, tal-05.11.03, pġ. 15.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.92, pġ. 1.

[4] ĠU L 311, tat-12.12.00, pġ. 17.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Ilbies inkaxxat mingħajr ħjata, li jkopri l-ġisem kollu mill-ispalla sa' l-għaksa li jgħatti kull sieq separatament. Bi kmien twal. Bil-keffa fit-tarf tal-kmien u fit-tarf tal-qliezi. B'apertura parzjali fuq wara li tasal sal-qadd u li tinqafel b'żipp. B'għonq dejjaq, li jinqafel fuq wara b'biċċa velkro. Il-biċċa ħwejjeġ hi magħmula minn diversi versi, meħjuta flimkien. Il-biċċa l-kbira tal-ħwejjeġ hi magħmula minn biċċiet ta' gomma ċellulari koperta fuq iż-żewġ naħat b'kisja ta' drapp minsuġ immaljat b'kulur wieħed (fibri sintentiċi). Huma biss versa żgħira fuq quddiem, tnejn mill-erba' versi ta' wara u l-versi tal-kmiem ta' isfel li huma magħmulin minn gomma ċellulari ntaljata koperti biss fuq naħa waħda (fuq ġewwa tal-ħwejjeġ) b'saff ta' drapp minsuġ immaljat b'kulur wieħed. (Ibies ta' l-għaddasa/għal surf) (ara r-ritratti Nri. 631 A u 631 B) | 61130010 | Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (GIR), bin-nota 7(e) għat-Taqsima XI, bin-noti 2(a) għall-Kapitolu 40, 4 għall-Kapitolu 59, 1 għall-Kapitolu 61, u 1(e) għall-Kapitolu 95, kif ukoll il-kliem tal-kodiċi NM 6113 u 61130010. L-oġġett tal-ħwejjeġ hu magħmul fis-sens tan-nota 7(e) għat-Taqsima XI u jikkonsisti prinċipalment f'versa tal-gomma ċellulari koperta fuq iż-żewġ uċuħ b'saff ta' drapp tat-tessut. Dawn il-versi ta' materjali konġunti jagħtu n-natura essenzjali tal-biċċa tal-ħwejjeġ (GIR 3b). Peress li l-gomma ċellulari hi koperta fuq iż-żewġ uċuħ b'saff ta' drapp minsuġ, dan ta' l-aħħar hu meqjus bħala li għandu funzjoni aktar minn dik ta' rinfurzar biss, peress li jagħti n-natura essenzali ta' drapp lill-materjal. Għalhekk, id-drapp minsuġ li hu preżenti mhux biss għall-iskopijiet ta' rinfurzar fis-sens tal-Kapitolu nota 4, l-aħħar paragrafu, għall-Kapitolu 59, hu kkunsidrat li hu l-materjal kostitwenti ta' l-oġġett ta' lbies. (Ara wkoll in-Noti ta' Spjega SA għal intestatura 4008, it-tielet paragrafu, u r-raba' paragrafu, (A)). Għalhekk, l-oġġett ta' lbies hu biċċa ħwejjeġ magħmul minn drapp immaljat ta' l-intestatura 5906 u, skond in-nota 1 għall-Kapitolu 61, hu klassifikat fis-sottointestatura 61130010. Klassifikazzjoni fl-intestatura 4015 hi eskluża fis-sens ta' GIR 3b peress li parti żgħira biss tal-ħwejjeġ hi magħmula minn folja ta' gomma ċellulari koperta biss minn naħa waħda b'drapp minsuġ li qiegħed hemm biss għal skopijiet ta' rinfurzar (intestatura 4008). |

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------