Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0036 - 0037
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2343/2003 tat-23 ta' Diċembru 2003 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' statistika fuq t-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1949/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu, Billi: (1) Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid kull suddiviżjoni magħha u li tkun stabbilita b'disposizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li tapplika tariffa u miżuri oħra rigward kummerċ ta' merkanzija. (3) Skond dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stipulata fl-Anness għandha tkun klassifikata skond il-Kodiċi CN indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stipulati fil-kolonna 3. (4) Ikun xieraq li tipprovdi li dik l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tkunx skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi ċitata mid-detentur għal perjodu ta' tliet xhur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4]. (5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġett deskritt fil-kolonna 1 tat-tabella stipulata fl-Anness għandu jkun ikklassifikat fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-Kodiċi NM indikata fil-kolonna 2. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri li ma tkunx skond dan ir-Regolament tista' tkompli tkun ċitata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) ta' Regolamenti (KEE) Nru 2913/92. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-07.09.87, pġ. 1. [2] ĠU L 287, tal-05.11.03, pġ. 15. [3] ĠU L 302, tad-19.10.92, pġ. 1. [4] ĠU L 311, tat-12.12.00, pġ. 17. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Klassifikazzjoni tal- Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Xedd tas-saqajn ta' rikreazzjoni għat-tfal li jgħatti l-għaksa, bil-pett ta' barra tal-lastiku u wiċċ li jikkonsisti minn folja tal-plastik mgħottija b'erja tal-wiċċ fuq barra b'fibri tessili li ma jkunux aktar minn 5 mm fit-tul (grupp tessili) inkullat magħha u magħqud magħha fuq il-ġenb b'saff irqiq ta' fibra minsuġa. Ikollha kisja tessili. (ara r-rritratt Nru 628) | 64041990 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 4(a) tal-Kapitolu 64 u l-kliem tan-Nomenklatura Magħquda 6404, 640419 u 64041990. Safejn jirrigwarda "l-materjal tal-wiċċ", għall-fini tal-Kapitolu 64 il-frażi materjali tessili' tkopri l-fibri, ħjut, tessuti, eċċ. tal-Kapitoli 50 sa 60. Ara wkoll in-Nota li Tispjega fis-Sistema Armonizzata tal-Kapitolu 64, Ġenerali, (F). Il-ġabra tessili ta' l-Intestatura 5601 huwa l-materjal li jikkostitwixxi l-wiċċ fit-tifsira tan-nota 4(a) tal-Kapitolu 64, għaliex hija l-unika area fuq barra tal-wiċċ. | +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------