Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0031 - 0032
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2340/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jidderoga għas-sena 2004, mir-Regolament (KE) Nru 1279/98 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjonijiet ta' kwoti tat-tariffi għal-laħam taċ-ċanga u vitella previsti mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/286/KE, 2003/298/KE, 2003/299/KE, 2003/18/KE, 2003/263/KE u 2003/285/KE għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika ta' l-Ungerija IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 fuq l-organizzazzjoni komuni ta' s-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella [1] b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu 32(1), Billi: (1) Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-konċessjonijiet f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella taħt il-kwoti tat-tariffi miftuħa għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, ir-Rumanija, il-Polonja u l-Ungerija, kienu adottati mir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1279/98 [2]. (2) Soġġetti għar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (minn hawnhekk 'il quddiem Imsejħa "L-Istati Membri ġodda"), ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Polonja u l-Ungerija sejrin jidħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Il-kwoti attribwiti għal dawk il-pajjiżi għandhom għalhekk jinfetħu biss sad-data ta' l-adeżjoni tagħhom (3) Sabiex l-operaturi mill-Istati Membri ġodda jibbenefikaw mill-kwoti preferenzjali mogħtija lill-Bulgarija u r-Rumanija kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1279/98, il-kwantitajiet għad-disposizzjoni għall-perjodu ta' kwota li jibda minn Jannar 2004 u jkompli sat-30 ta' Ġunju 2004 għandu jkun maqsum f'żewġ porzjonijiet fuq bażi ta' pro rata temporis. fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2004 sat-30 ta' April 2004. (4) Il-kwantitajiet għad-disposizzjoni għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2004 sa t-30 ta' Ġunju 2004 fil-kwoti tat-tariffi miftuħa taħt ir-Regolament (KE) Nru 1279/98 għar-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Polonja u l-Ungerija għandhom jkunu disponibbli qabel t-30 ta' April 2004. (5) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Permezz ta' d-deroga mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1279/98, għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju 2004, il-kwantitajitet għandhom jkunu mniżżla b'dan il-mod li ġej: (a) mill-1 ta' Jannar sa t-30 ta' April 2004, 50 % tal-kwoti rilevanti li msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament, f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti li ġejjin mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovakkja; (b) f'dak li għandu x'jaqsam ma' prodotti li ġejjin mill-Bulgarija u r-Rumanija; (i) mill-1 ta' Jannar sa t-30 ta' April 2004, 33 % mill-kwoti rilevanti kif msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament; (ii) mill-1 ta'Mejju sa t-30 ta' Ġunju 2004, 17 % mill-kwoti rilevanti msemmijin fl-Artikolu 1 ta' dak r-Regolament. 2. Permezz ta' din id-deroga mit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (EC) Nru 1279/98, fejn il-kwantitajiet koperti mil-liċenzja ta' l-esportazzjoni sottomessi b'riferenza għall-porzjon mill-1 ta' Lulju sa l-31 ta' Diċembru 2003huma inqas minn dawk disponibbli, il-kwantitajiet li jibqgħu jkunu miżjuda ma' dawk disponibbli mal-porzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b)(i) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Li jifdal mill-porzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b)(i) ikunu miżjuda ma' dawk disponibbli għall-fdalijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (b)(ii). Artikolu 2 Permezz tad-deroga mill-Artikolu5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1279/98, liċenzji ta' importazzjoni maħruġa mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' April 2004 sejrin ikunu validi għal 120 ġurnata mill-ġurnata attwali ta' ħruġ tagħha fl-ambitu ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolamenti tal-Kummisssjoni (KE) Nru 1292/2000 [3]. Madankollu, l-ebda liċenzja sejra tkun valida wara t-30 ta' April rigward prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Polonja, u s-Slovakkja. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 21; Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, pġ. 1). [2] ĠU L 176, ta' l-20.6.1998, pġ. 12; Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1144/2003 (ĠU L 160, tat-28.6.2003, pġ. 44). [3] ĠU L 152, 24.06.00, pġ. 1. --------------------------------------------------