32003R2331



Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0003 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2331/2003

tat-23 ta' Diċembru 2003

li jattwa l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffi għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2004 u li jemenda dak ir-Regolament.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2501/2001 ta' l-10 ta' Diċembru 2001 li japplika skema ta' preferenzi ġeneralizzati ta' tariffi għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2002 u l-31 ta' Diċembru 2004 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1) It-tariffi preferenzjali previsti fl-Artikolu 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jitneħħew minn fuq prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, minn settur li, għal tliet snin konsekuttivi, laħaq xi wieħed mit-tlett kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(1) ta' dak ir-Regolament.

(2) It-tariffi preferenzjali li tneħħew taħt xi skemi oħra qabel din u taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 815/2003 [2], għandhom jerġgħu jiddaħħlu fir-rispett ta' xi settur li għal tliet snin konsekuttivi ma laħaqx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001.

(3) Il-kondizzjoni fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 intlaħqet mill-Arġentina, l-Iran u l-Urugwaj, billi paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 12 ma japplikawx għal pajjiżi benefiċjarji li l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità tlaħħaq għall-anqas mil-limitu msemmi f'dik il-klawsola.

(4) It-tariffi preferenzjali li tneħħew taħt xi skemi oħra qabel din u taħt ir-Regolament (KE) Nru 815/2003, għandhom jerġgħu jiddaħħlu fil-pajjizi benefiċjarji kollha fir-rispett tas-setturi li l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunita ma tlaħħaqx sal-limitu msemmi fl-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001.

(5) L-istatistiċi l-aktar riċenti, jiġifieri dawk għas-snin 1999 sa 2001, għandhom jintużaw sabiex jistabbilixxu liema setturi jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2501/2001.

(6) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandu jinbidel sabiex jirrifletti t-tneħħija jew id-dħul mill-ġdid tat-tariffi preferenzjali hekk kif previst fl-Artikoli 7 u 10.

(7) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Preferenzi Ġeneralizzati.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. It-tariffi preferenzjali previsti fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jitneħħew skond l-Artikolu 12(1)ta' dak ir-Regolament minn fuq il-prodotti li joriġinaw minn pajjizi benefiċjarji msemmija fl-Anness I ma' dan ir-Regolament, kif imniżżla fis-setturi msemmija f'dak l-Anness ħdejn kull pajjiż konċernat.

2. It-tariffi preferenzjali previsti fl-Artikoli 7 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandhom jerġgħu jiddaħħlu skond l-Artikolu 12(2) ta' dak ir-Regolament fuq prodotti li joriġinaw minn pajjiżi benefiċjarji mniżżla fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, kif imniżżla taħt is-setturi msemmija f'dak l-Anness ħdejn kull pajjiż konċernat.

3. It-tariffi preferenzjali li tneħħew taħt skemi oħra qabel din u taħt ir-Regolament (KE) Nru 815/2003, għandhom jerġgħu jiddaħħlu skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għall-pajjiżi benefiċjarji imsemmija fl-Anness II ma' dak ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2501/2001 għandu jispiċċa u minfloku jidħol dak li hemm miktub fl-Anness III ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 346, tal-31.12.2001, pġ. 1; Ir-Regolament kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2211/2003 (ĠU L 332, tad-19.12.2003, pġ. 1).

[2] ĠU L 116, 13.05.03, pġ. 3.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Setturi li fuqhom għandhom jitneħħew it-tariffi preferenzjali.

Kodiċi tal-pajjiż | Pajjiz benefiċjarju | Settur | Deskrizzjoni |

BR | Il-Brażil | XXXIV | Metalli ordinarji oħra u oġġetti magħmula minn metalli ordinarji. |

CN | Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | XXV | Ġojjellerija u metalli prezzjużi |

MX | Il-Messiku | XXXI | Il-Karrozzi |

PK | Il-Pakistan | XXII | L-Ilbies |

RU | Il-Federazzjoni Russa | XXXIV | Metalli ordinarji oħra u oġġetti magħmulha minn metalli ordinarji |

TH | It-Tajlandja | XXIV | Ħġieġ u ċeramika |

--------------------------------------------------

ANNESS II

- Is-setturi li fuqhom għandhom jerġgħu jiddaħħlu t-tariffi preferenzali skond l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001

Kodiċi tal-Pajjiz | Pajjiż benefiċjarju | Settur | Deskrizzjoni |

BR | Il-Brażil | XXIII | L-Ibies tas-saqajn |

IN | L-Indja | XVII | Ġilda, qxur mhux maħdum u ġilda ta' l-animali |

TH | It-Tajlandja | XVIII | L-oġġetti tal-ġilda u ġild bil-fêr |

- Pajjiżi li fihom it-tariffi preferenzjali li ġew imneħħija għandhom jerġgħu jiddaħħlu skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 2501/2001

L-Arġentina

Il-Brunej Darussalam

Il-Belarus

Iċ-Cile

Il-Kolombja

Il-Kosta Rika

L-Iran

Il-Kuwajt

Il-Makaw

Il-Mawrizju

Il-Filippini

L-Ukrajna

L-Urugwaj

--------------------------------------------------

ANNESS III

Il-Pajjiżi benefiċjarji u t-territorji ta' l-iskema ta' tariffi preferenzjali ġeneralizzati tal-Komunità

Kolonna A : Il-kodiċi skond in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għal kummerċ estern tal-Kominità

Kolonna B : L-isem tal-pajjiż

Kolonna Ċ : Setturi mhux inklużi fl-arranġamenti ġenerali għal benefiċjarji tal-pajjiż ikkonċernat (Artikolu 7(7))

Kolonna D : Setturi li għalihom it-tariffi preferenzjali tneħħew għall-ġid tal-pajjiż (Artikolu 7(8) u Artikolu 10(3))

Kolonna E : Pajjiżi inklużi fl-inċentiv speċjali għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol (Titolu III, Taqsima 1)

Kolonna F : Setturi inklużi f' dawn l-arranġamenti għall-benefiċjarji kkonċernati (Artikolu 8(1) u (2))

Kolonna G : Pajjiżi inklużi fl-inizjattiva speċjali għall-arranġamenti u l-protezzjoni ta' l-protezzjoni ta’ l-ambjent (Titolu III, Taqsima 2)

Kolonna H : Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati (artikolu 9)

Kolonna I : Pajjiżi inklużi fl-arranġamenti speċjali biex jiġġieldu l-produzzjoni tad-droga u t-traffikar tagħha (Titolu IV)

A | B | C | D | E | F | G | H | I |

AE | L-Emirati Għarab Magħquda | | | | | | | |

AF | L-Afganistan | | | | | | X | |

AG | L-Antigwa u l-Barbuda | | | | | | | |

AI | L-Angwilla | | | | | | | |

AM | L-Armenja | II, XXVI | | | | | | |

AN | L-Artilli ta' l-Olanda | | | | | | | |

AO | L-Angola | | | | | | X | |

AQ | L-Antartika | | | | | | | |

AR | L-Arġentina | | | | | | | |

AS | Is-Samoa Amerikana | | | | | | | |

AW | L-Aruba | | | | | | | |

AZ | L-Azerbaijan | II, XXVI | | | | | | |

BB | Il-Barbados | | | | | | | |

BD | Il-Bangladexx | | | | | | X | |

BF | Il-Burkina Faso | | | | | | X | |

BH | Il-Bahrain | | | | | | | |

BI | Il-Burundi | | | | | | X | |

BJ | Il-Benin | | | | | | X | |

BM | Il-Bermuda | | | | | | | |

BN | Il-Brunej Darussalam | | | | | | | |

BO | Il-Bolivja | | | | | | | X |

BR | Il-Brażil | | I, VI, IX, XI, XII, XVII, XIX, XX, XXVI, XXXIV | | | | | |

BS | Il-Bahamas | | | | | | | |

BT | Il-Bhutan | | | | | | X | |

BV | Il-Gzira Bouvet | | | | | | | |

BW | Il-Botwana | | | | | | | |

BY | Il-Belarus | II, XXVI | | | | | | |

BZ | Il-Belize | | | | | | | |

CC | Il-Gżejjer Cocos (jew il-Gzejjer Keeling) | | | | | | | |

CD | Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo | | | | | | X | |

CF | Ir-Repubblika Ċentrali ta’ l-Afrika | | | | | | X | |

CG | Il-Kongo | | | | | | | |

CI | Il-Kosta ta’ L-Avorju | | | | | | | |

CK | Il-Gżejjer Cook | | | | | | | |

CL | Iċ-Ċile | | | | | | | |

CM | Il-Kamerun | | | | | | | |

CN | Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina | XXVI | III, IV, VIII, XIV, XVI, XVIII, XX, XXII, XXIII, XXIV, XXV, XXVII, XXVIII, XXIX, XXXII, XXXIII | | | | | |

CO | Il-Kolombja | | | | | | | X |

CR | Il- Kosta Rika | | | | | | | X |

CU | Kuba | | | | | | | |

CV | Il-Kap Verde | | | | | | X | |

CX | Il-Gzejjer Christmas | | | | | | | |

DJ | Il-Ġibuti | | | | | | X | |

DM | Id-Dominika | | | | | | | |

DO | Ir-Repubblika Dominikana | | | | | | | |

DZ | L-Alġerija | | | | | | | |

EC | L-Ekwador | | | | | | | X |

EG | L-Eġittu | | | | | | | |

ER | L-Eritrea | | | | | | X | |

ET | L-Etopja | | | | | | X | |

FJ | Il-Fiji | | | | | | | |

FK | Il-Gżejjer Falklands | | | | | | | |

FM | L-Istati Federati tal-Mikronesja | | | | | | | |

GA | Il-Gabon | | | | | | | |

GD | Il-Grenada | | | | | | | |

GE | Georgia | II, XXVI | | | | | | |

GH | Il-Gana | | | | | | | |

GI | Ġibiltà | | | | | | | |

GL | Il-Groenlandja | II | | | | | | |

GM | Il-Gambja | | | | | | X | |

GN | Il-Ginea | | | | | | X | |

GQ | Il-Ginea Ekwatorjali | | | | | | X | |

GS | Georgia tan-Nofsinhar u l-Gżejjer Sandwich tan-Nofsinhar | | | | | | | |

GT | Il-Gwatemala | | | | | | | X |

GU | Il-Gwam | | | | | | | |

GW | Il-Ginea- Bissau | | | | | | X | |

GY | Il-Gujana | | | | | | | |

HM | Il-Gżejjer Heard u l-Gżira McDonald | | | | | | | |

HN | Il-Ħonduraa | | | | | | | X |

HT | Il-Ħaiti | | | | | | X | |

ID | L-Indoneżja | | X, XIX, XXIII | | | | | |

IN | L-Indja | | XVIII, XXI | | | | | |

IO | It-Territorju Brittaniku ta’ l-Oċean Indjan | | | | | | | |

IQ | L-Iraq | | | | | | | |

IR | L-Iran (Ir-Repubblika Islamika ta’) | | | | | | | |

JM | Il-Ġamajka | | | | | | | |

JO | Il-Ġordan | | | | | | | |

KE | Il-Kenja | | | | | | | |

KG | Il-Kyrgyzstan | II, XXVI | | | | | | |

KH | Il-Kambodja | | | | | | X | |

KI | Il-Kiribati | | | | | | X | |

KM | Il-Komoros | | | | | | X | |

KN | San Kitts u Nevis | | | | | | | |

KW | Il-Kuwajt | | | | | | | |

KY | Il-Gżejjer Cayman | | | | | | | |

KZ | Il-Kazakhstan | II, XXVI | | | | | | |

LA | Ir-Repubblika Demokratika ta’ Laos | | | | | | X | |

LB | Il-Libanu | | | | | | | |

LC | St Lucia | | | | | | | |

LK | Is-Sri Lanka | | | | | | | |

LR | Il-Liberja | | | | | | X | |

LS | Il-Lesoto | | | | | | X | |

LY | Il-Ġemaħarija Għarbija Libjana | | XIII | | | | | |

MA | Il-Marokk | | XV | | | | | |

MD | Il-Moldova (Ir-Repubblika ta’) | II, XXVI | | X | Kollha minbarra II u XXVI | | | |

MG | Il-Madagaskar | | | | | | X | |

MH | Il-Gżejjer Marshall | | | | | | | |

ML | Il-Mali | | | | | | X | |

MM | Il-Mjanmar | | | | | | X | |

MN | Il-Mongolja | | | | | | | |

MO | Il-Makaw | | | | | | | |

MP | Il-Gżejjer Northern Mariana | | | | | | | |

MR | Il-Mawritanja | | | | | | X | |

MS | Il-Montserrat | | | | | | | |

MU | Il-Mawrizju | | | | | | | |

MV | Il-Maldive | | | | | | X | |

MW | Il-Malawi | | | | | | X | |

MX | Il-Messiku | | XI, XIV, XXIV, XXVI, XXXI | | | | | |

MY | Il-Malasja | | X, XVI, XIX, XXIX | | | | | |

MZ | Il-Możambik | | | | | | X | |

NA | In-Namibja | | | | | | | |

NC | Il-Kaledonja l-Ġdida | | | | | | | |

NE | In-Niger | | | | | | X | |

NF | Il-Gżejjer Norfolk | | | | | | | |

NG | In-Niġerja | | | | | | | |

NI | In-Nikaragwa | | | | | | | X |

NP | In-Nepal | | | | | | X | |

NR | In-Nawru | | | | | | | |

NU | Il-Gżira Niue | | | | | | | |

OM | L-Oman | | | | | | | |

PA | Il-Panama | | | | | | | X |

PE | Il-Peru | | | | | | | X |

PF | Il-Polineżja Franċiża | | | | | | | |

PG | Il-Papwa Ginea Ġdida | | | | | | | |

PH | Il-Filippini | | | | | | | |

PK | Il-Pakistan | | XVII, XVIII, XXI, XXII | | | | | X |

PM | St Pierre u Miquelon | | | | | | | |

PN | Il-Pitcairn | | | | | | | |

PW | Il-Palau | | | | | | | |

PY | Il-Paragwaj | | | | | | | |

QA | Il-Qatar | | | | | | | |

RU | Il-Federazzjoni Russa | II, XXVI | XIII, XV, XXXIV | | | | | |

RW | Ir-Rwanda | | | | | | X | |

SA | Is-Sawdi Arabja | | XIII | | | | | |

SB | Il-Gzejjer Solomon | | | | | | X | |

SC | Is-Seychelles | | | | | | | |

SD | Is-Sudan | | | | | | X | |

SH | Is-Santa Helena | | | | | | | |

SL | Is-Sierra Leone | | | | | | X | |

SN | Is-Senegal | | | | | | X | |

SO | Is-Somalja | | | | | | X | |

SR | Is-Surinam | | | | | | | |

ST | Is-São Volum u l-Príncipe | | | | | | X | |

SV | L-El Salvador | | | | | | | X |

SY | Ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja | | | | | | | |

SZ | Is-Swazilandja | | | | | | | |

TC | Il-Gżejjer Turki u l-Caicos | | | | | | | |

TD | Iċ-Ċad | | | | | | X | |

TF | It-Territorji Franċiżi tan-Nofsinhar | | | | | | | |

TG | It-Togo | | | | | | X | |

TH | It-Tajlandja | | II, XI, XVI, XXIII, XXIV, XXV, XXIX | | | | | |

TJ | It-Taġikistan | II, XXVI | | | | | | |

TK | Il-Gżejjer Tokelaw | | | | | | | |

TL | It-Timor ta' Lvant | | | | | | | |

TM | It-Turkmenistan | II, XXVI | | | | | | |

TN | It-Tuneżija | | XV, XXII | | | | | |

TO | It-Tonga | | | | | | | |

TT | It-Trinidad u t-Tobago | | | | | | | |

TV | It-Tuvalu | | | | | | X | |

TZ | It-Tanzanija (Ir-Repubblika Magħquda tat-) | | | | | | X | |

UA | L-Ukranja | II, XXVI | | | | | | |

UG | L-Uganda | | | | | | X | |

UM | Il-Gżejjer Minuri 'l barra mill-Istati Uniti | | | | | | | |

UY | L-Urugwaj | | | | | | | |

UZ | L-Uzbekistan | II, XXVI | | | | | | |

VC | St Vincent u l-Grenadines tat-Tramuntana | | | | | | | |

VE | Il-Venezwela | | | | | | | X |

VG | Il-Gżejjer Virgin (Britanniċi) | | | | | | | |

VI | Il-Gżejjer Virgin (Amerikani) | | | | | | | |

VN | Il-Vjetnam | | | | | | | |

VU | Il-Vanwatu | | | | | | X | |

WF | Wallis u Futuna | | | | | | | |

WS | Is-Samoa | | | | | | X | |

YE | Il-Jemen | | | | | | X | |

YT | Il-Mayotte | | | | | | | |

ZA | L-Afrika t'Isfel | XXVI | | | | | | |

ZM | Iż-Żambja | | | | | | X | |

ZW | Iż-Żimbabwe | | | | | | | |

--------------------------------------------------