32003R2322



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0020 - 0020


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2322/2003

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li jidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 bħala ħtieġa li titwarrab art għas-sena kummerċjali 2004/05

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Is-sistema li tappoġġa produtturi ta’ ċerti uċuħ tar-raba’ introdotta fir-Regolament (KE) Nru 1251/1999 [1], tipprovdi li, biex tikkwalifika għall-pagament taż-żona, il-produtturi għandhom iwarrbu ċertu porzjon ta’ wiċċ ir-raba’ tagħhom.

(2) Is-suq taċ-ċereali fil-Komunità matul is-sena kummerċjali 2003/04 hu mmarkat minn produzzjoni baxxa minħabba nixfa kbira fin-naħat ewlenija għall-produzzjoni tal-Komunità. Din is-sitwazzjoni mistennija tikkawża nuqqas sinifikat fil-ħażniet finali għas-sena 2003/04 fis-suq tal-Komunità. Ħsad normali fis-sena 2004 mhux mistenni li jwassal għall-żieda sinjifikata fil-ħażniet. Ħsad batut jesponi s-suq intern għal possibbiltà ta’ riskju serju.

(3) Għas-sena kummerċjali 2004/05, għalhekk r-rata ta’ wiċċ l-art li għandha titwarrab għandha tkun iffissata f’livell inqas minn dik mniżżla fit-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Bid-deroga tat-tieni sotto-paragrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1251/1999, ir-rata bażika ta’ l-art li trid titwarrab ta’ bil-fors għandha tkun 5 % għas-sena kummerċjali 2004/05.

L- Artikolu 2

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Dan għandu jgħodd biex titwarrab l-art fis-sena kummerċjali 2004/05.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------