32003R2319



Official Journal L 345 , 31/12/2003 P. 0017 - 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2319/2003

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li jemenda Regolament (KEE) Nru 2075/92 dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Bi qbil ma’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 [3], il-fond għat-Tabakk fil-Komunità għandu jkun iffanzjat b’ nuqqas ta’ 2 % u 3 % respectively mill-primjum tal-ħsad ta’ l-2002 u l-2003.

(2) Ir-riforma ta’ l-organizzazzjoni fis-suq tat-tabakk mhux maħdum, li jkopri ukoll il-fond għat-Tabakk fil-Komunità, qed tiġi mfassla bħalissa. Ir-regoli l-ġodda mhux mistennija jidħlu fis-seħħ qabel l-2005. Nuqqas fil-persentaġġ għandu jiġi mfassal għall-2004, u fil-kuntest transitorju dan għandu jinżamm fl-istess livell bħat-2003.

(3) Skond il-konkluzzjonijiet tar-rapport dwar l-utilizzazzjoni tal-fond għat-Tabakk fil-Komunità preżentati mill-Kummissjoni lill-Kunsill skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92, nuqqas ta’ 3 % għandu jkun suffiċjenti biex ikopri n-nefqa prospettiva tal-fond.

(4) Ir-Regolament (KEE) Nru 2075/92 għandu għalhekk jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

"1. Il-Fond għat-Tabakk fil-Komunità (iżjed ‘il quddiem "il-Fond") għandu jiġi mfassal, iffanzjat bi tnaqqis ta’:

- 2 % mill-primjum tal-ħsad ta’ l-2002, u

- 3 % mill-primjum tal-ħsad ta’ l-2003 u ta’ l-2004."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

F’isem il-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] Opinjoni tas-16 ta’ Diċembru 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni ta’ l-10 ta’ Diċembru 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] p. 70. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

--------------------------------------------------