Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0037 - 0040
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2247/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arraġamenti li japplikaw għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1706/98 [1], u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 jimplementa l-arranġamenti għall-importazzjoni mill-Istati ACP magħmula bħala riżultat tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffermat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 [2] (minn hawn il-quddiem referut bħala il-"Ftehim Cotonou"). l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament introduċa arranġamenti ġenerali għat-tnaqqis tad-dazji doganali dwar il-prodotti elenkati fl-Anness I tiegħu u l-arranġamenti speċifiċi għat-tnaqis tad-dazji doganali għal ċerti prodotti koperti bil-kwoti tat-tariffi fl-Anness II tiegħu. Dispożizzjoni hija magħmulha għal kwota annwali ta’ 52100 tunnellata ta’ laħam iddissussat. (2) Preċedentament tal-Ftehim Cotonou, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/98 tad-9 ta’ Settembru 1998 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati sabiex jiġi applikat fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1706/98 dwar l-arranġamenti applikabbli għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti li jirriżultaw mill-proċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 589/96 [3] stabbilixxa regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-konċessjonijiet fis-settur taċ-ċanga u l-vitella. F’ġieħ iċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1918/98 għandu jkun imħasar u mibdul b’Regolament ġdid. (3) Dik l-iskema għandha tkun amministrata bl-użu ta’ liċenzi ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, regoli għandhom ikunu stabbiliti dwar il-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet u dwar l-informazzjoni li għandha tingħata fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzi, bħala deroga, jekk meħtieġ, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/200 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli [4], u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1445/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għall-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [5]. (4) Sabiex tkun tista sseħħ l-aħjar amministrazzjoni tal-kwota ta’ tariffi, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2004 fuq bażi multi-annwali. (5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taċ-Ċanga u l-Vitella, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-liċenzi ta’ importazzjoni għandhom jiġu maħruġa għall-prodotti elenkati fil-lista fl-Anness li joriġinaw fil-Botswana, fil-Kenya, fil-Madagaskar, fi Sważiland, fiż-Żimbabwe u fin-Namibja permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-limiti tal-kwantitajiet, espressi f’tunnellati ta’ laħam iddussussat, kif iffissati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002. L-allokazzjoni ta’ pajjiż b’pajjiz, espressa f’laħam iddussessat, hija kif ġej: Il-kwantitajiet annwali fil-pajjiżi varji referuti fl-ewwel subparagrafu għandhom iġorru n-numri serjali li ġejjin: 2. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-kwanitajiet referuti fl-Artikolu 1(1), 100 kilogramma ta’ laħam iddissussat għandu jkun egwali għal: - 130 kilogramma ta’ laħam taċ-ċanga bil-għadam, - 260 kilogramma ta’ bhejjem ħajjin tal-ifart, - 100 kilogramma ta’ prodotti li jidħlu fil-kodiċi tan-NK 0206, 0210 u 1602. Artikolu 2 1. Fil-limiti tal-kwota, l-ammonti speċifiċi tad-dazju doganali iffissati fit-tariffa komuni doganali għandhom jitnaqqsu bi 92 % u d-dazju ad valorem bi 100 %, għall-prodotti referuti fl-Anness u li jkunu importati permezz tar-Regolament preżenti. 2. Minkejja l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-tnaqqis referut fil-paragrafu 1 m’għandux japplika għall-kwantitajiet li jeċċedu ‘l dawk indikati fil-liċenza tal-importazzjoni. Artikolu 3 Apparti milli kif hemm ipprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u (KE) Nru 145/95 għandhom ikunu applikabbli. Artikolu 4 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi tal-importazzjoni u l-liċenzi tal-importazzjoni nfushom għall-prodotti li jikkwalifikaw għal tnaqqis tar-rata speċifika tad-dazji doganali stabbilita fit-Tariffa Komuni Doganali b’konformità ma’ l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 għandhom ikun fihom: (a) taħt l-intestatura ‘noti’ u fis-Sezzjoni 20 rispettivament, wieħed minn dawn li ġejjin: - Producto ACP - Reglamentos (CE) n° 2286/2002 y (CE) n° 2247/2003 - AVS-produkt - forordning (EF) nr. 2286/2002 og (EF) Nr. 2247/2003 - AKP-Erzeugnis - Verordnungen (EG) Nr. 2286/2002 und (EG) Nr. 2247/2003 - Προϊόυ ΑΚΕ – Κανονισμοί (ΕΚ) αριθ. 2286/2002 και (EK) αριθ. 2247/2003 - ACP product - Regulations (EK) No 2286/2002 and (EK) No 2247/2003 - Produit ACP - règlements (CE) n° 2286/2002 et (CE) n° 2247/2003 - Prodotto ACP - regolamenti (CE) n. 2286/2002 e (CE) n. 2247/2003 - ACS-product - Verordeningen (EG) Nr. 2286/2002 en (EG) Nr. 2247/2003 - Produto ACP - Regulamentos (CE) n.° 2286/2002 e (CE) n.° 2247/2003 - AKT-tuote - asetukset (EY) N:o 2286/2002 ja (EY) N:o 2247/2003 - AVS-produkt - förordningarna (EG) Nr. 2286/2002 och (EG) Nr. 2247/2003; (b) fis-Sezzjoni 8, l-isem tal-pajjiż li fih joriġina l-prodott, il-liċenza għandha jkollha magħha obbligu ta’ importazzjoni minn dak il-pajjiż; (ċ) fis-Sezzjoni 17, b’żieda man-numru ta’ l-annimali, l-użin ħaj tagħhom. 2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jiġu depożitati biss matul l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull xahar. 3. L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet permezz ta’ fax jew tal-posta eletronika lill-Kummissjoni mhux iktar tard mit-tielet jum utili wara t-tmiem tal-perjodu għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Dawn il-komunikazzjonijietgħadhom jinkludu l-kwantitajiet li tkun saret applikazzjoni dwarjom fir-rigward kull wieħed mill-pajjiżi terzi kkonċernati, maqsuma skond il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta’ kodiċi tan-NM, kif ikun meħtieġ. 4. Meta l-ebda applikazzjonijiet validi ma jkunu ġew ippreżentati, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni bit-telex jew bil-fax matul il-perjodu tal-limitu taż-żmien referut fil-paragrafu 3. Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi għal kull wieħed mill-pajjiżi terzi interessati safejn u sakemm jistgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet. Jekk il-kwantitajiet tal-prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz li għalihom jkunu ntalbu l-liċenzi li jeċċedu l-kwantità disponibbbli għal dak il-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kwantitajiet mitluba b’persenaġġ fiss. Jekk il-kwantità totali mitluba fl-applikazzjonijiet li jirrigwardjaw pajjiż terz partikolari tkun anqas minn dik disponibbli għal dak il-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-bilanċ li jifdal. 2. Bla ħsara għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-applikazzjonijiet, il-liċenzi għandhom jinħarġu fil-21 jum ta’ kull xahar. Artikolu 6 L-importazzjoni skond l-arranġamenti għal tnaqqis fid-dazji fuq l-importazzjoni li hemm provvdiment dwarhom f’dan ir-Regolament tista’ ssir biss jekk l-oriġini tal-prodotti involuti jkun attestat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi b’konformità mar-regoli dwar l-oriġini applikabbli għall-prodotti f’dak il-każ permezz tal-Protokoll 1 ta’ l-Anness tal-Ftehim Cotonou. Artikolu 7 1. Il-liċenzi ta’ l-importazzjoni li jinħargu b’konformità ma dan ir-Regolament għandhom ikunu validi għal 90 jum mid-data attwali tal-ħruġ fil-qofol tat-tifsira ta’ l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000. B’dana kollu, l-ebda liċenza m’għandha tkun valida wara l-31 ta’ Diċembru li jsegwi d-data tal-ħruġ. 2. Il-liċenzi għandhom ikunu validi ġewwa l-Komunità kollha. Artikolu 8 Ir-Regolament (KE) Nru 1918/98 huwa mħassar. Artikolu 9 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika mill-1 ta’ Jannar 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5. [2] ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3. [3] ĠU L 250, ta’ l-10.9.1998, p. 16. [4] ĠU L 152, ta’ l- 24.6.2000. p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 (ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 21). [5] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 852/2003 (ĠU L 123, tas-17.5.2003, p. 9). -------------------------------------------------- L-ANNESS Il-Prodotti referuti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 Código NC KN-kode KN-Code Κωδικός ΣΟ CN code Code NC Codice NC GN code Código NC CN-koodi KN-nummer 01029005 01029021 01029029 01029041 01029049 01029051 01029059 01029061 01029069 01029071 01029079 02011000 02012020 02012030 02012050 02012090 02013000 02021000 02022010 02022030 02022050 02022090 02023010 02023050 02023090 02061095 02062991 02102010 02102090 02109951 02109990 16025010 16029061 Nota: Los códigos NC, incluidas las notas a pie de pįgina, se definen en el Reglamento (CEE) no 2658/87 del Consejo, modificado (DO L 256 de 7.9.1987., 1. lpp.). NB: KN-koderne, herunder henvisninger til fodnoter, er fastsat i Rådets ęndrede forordning (EŲF) Nr. 2658/87 (EFT L 256 af 7.9.1987., s. 1). NB: Die KN-Codes sowie die Verweisungen und Fußnoten sind durch die geänderte Verordnung (EWG) Nr. 2658/87 des Rates bestimmt (ABl. L 256 vom 7.9.1987., S. 1). Σημείωση: Οι κωδικοί της συνδυασμένης ονοματολογίας, συμπεριλαμβανομένων των υποσημειώσεων, καθορίζονται στον τροποποιημένο κανονισμό (EOK) αριθ. 2658/87 τον. Συμβουλίου (EE L 256 της 7.9.1987., σ. 1). NB: The CN codes and the footnotes are defined in amended Council Regulation (EEK) No 2658/87 (OV L 256, 7.9.1987., 1. lpp.). NB: Les codes NC ainsi que les renvois en bas de page sont définis au rčglement (CEE) no 2658/87 du Conseil, modifié (JO L 256 du 7.9.1987., 1. lpp.). NB: I codici NC e i relativi richiami in calce sono definiti dal regolamento (CEE) n. 2658/87 del Consiglio, modificato (GU L 256 del 7.9.1987., pag. 1). NB: GN-codes en voetnoten: zie de gewijzigde Verordening (EEG) Nr. 2658/87 van de Raad (PB L 256 van 7.9.1987., blz. 1). NB: Os códigos NC, incluindo as notas de pé-de-pįgina, sćo definidos no Regulamento (CEE) n.o 2658/87 do Conselho, alterado (JO L 256 de 7.9.1987., 1. lpp.). HUOM.: Tuotekoodit ja niihin liittyvät alaviitteet määritellään neuvoston asetuksessa (ETY) N:o 2658/87 (EYVL L 256, 7.9.1987., s. 1). Anm.: KN-numren och fotnoterna definieras i rådets ändrade förordning (EEG) Nr. 2658/87 (EGT L 256, 7.9.1987., s. 1). --------------------------------------------------