32003R2239



Official Journal L 333 , 20/12/2003 P. 0003 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2239/2003

tas-17 ta’ Diċembru 2003

li jittermina (jġib fit-tmiem) r-reviżjoni interim parzjali u r-reviżjoni ta’ skadenza dwar il-miżuri kontra l-iddampjar imposti bir-Regolament (KE) Nru 2398/97 dwar importazzjonijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton li toriġina, "inter alia", fl-Indja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi li m’humiex membri ta’ l-Komunità Ewropea [1] (ir-"Regolament bażiku"), u b’mod partikolari Artikolu 9 u Artikolu 11(2)u (3) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta ssottomessa mill-Kummissjoni wara li konsulta lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. MIŻURI FIS-SEĦĦ

(1) Fl-1997, bir-Regolament (KE) Nru 2398/97 [2], il-Kunsill impona dazji definittivi kontra l-iddampjar li jestendu minn 2,6 % sa 24,7 % dwar importazzjoniijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton li toriġina, inter alia, fl-Indja. Wara rapport tal-Panel kif immodifikat bir-rapport tal-Korp ta’ l-Appell adottat f’Marzu 2001 dwar il-każ "KE-dazji kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton mill-Indja" mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("ODK"), il-Kunsill, f’Awissu ta’ l-2001, bir-Regolament (KE) Nru 1644/2001 [3], emendat bir-Regolament (KE) Nru 2398/97 billi naqqas ir-rata tad-dazju għall-Indja u ċerti kumpanniji Indjani għal livell ta’ bejn 0 u 9,8 % u sospenda l-applikazzjoni tagħhom. F’April 2002, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 696/2002 [4], ikkonferma d-dazju definittiv kontra l-iddampjar fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton li toriġina, inter alia, fl-Indja bir-Regolament (KE) Nru 2398/97, kif emendat u sospiż bir-Regolament (KE) Nru 1644/2001.

B. TALBA GĦAL REVIŻJONIJIET

(2) F’Jannar 2002, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim tar-Regolament (KE) Nru 2398/97 skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. It-talba kienet ippreżentata mill-Kumitat ta’ l-Industriji Assoċjati tal-Qoton u Tessuti ta’ l-Unjoni Ewropea ("Eurocoton" jew l-"applikant"), f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton. It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-applikant ilmenta minn bidla sinifikanti fiċ-ċirkostanzi rigward iddampjar.

(3) F’Settembru 2002, wara l-pubblikazzjoni tan-notifika ta’ l-iskadenza imminenti [5] tal-miżuri fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni skond l-11(2) tar-Regolament bażiku mill-Eurocoton, li tirrappreżenta proporzjon kbir tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dampjar u ħsara għall-industrija Komunitarja.

C. INVESTIGAZZJONI

1. PROĊEDURA

(4) Il-Kummissjoni eżaminat ix-xhieda (evidenza) sottomessa mill-applikant u qesitha suffiċjenti biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni interim u reviżjoni ta’ skadenza skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) u (3) tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni bdiet żewġ investigazzjonijiet b’notifiki pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea [6]. Ir-reviżjoni interim kienet ristretta fl-ambitu għall-eżami ta’ l-iddampjar.

(5) Il-Kummissjoni notifikat uffiċjalment lill-applikant ,lill-produtturi fil-pajjiż esportatur u lir-rappreżentanti tagħhom bil-bidu tar-reviżjoni interim u r-reviżjoni ta’ skadenza, u tat lill-partijiet kollha direttament ikkonċernati l-opportunita li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu li jinstemgħu.

(6) Numru ta’ produtturi esportaturi fl-Indja, kif ukoll produtturi Komunitarji, utenti u importaturi/kummerċjanti Komunitarji, għarrfu l-veduti tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu hekk fil-limiti taż-żmien speċifikati fin-notifiki tal-bidu li tirreferi għalihom il-premessa 4 u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu ngħataw l-opportunita li jinstemgħu.

1.1. Perjodu ta’ investigazzjoni

(7) Il-perjodu ta’ investigazzjoni għal iddampjar kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2001 (il-"perjodu ta’ investigazzjoni" jew "PI").

1.2. Għażla tal-kampjun

(8) In vista (Minħabba n-) tan-numru kbir ta’ produtturi esportaturi konċernati, u b’konformita ma’ Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, kien ikkunsidrat xieraq li jintuża teħid ta’ kampjuni. Biex jintgħażel kampjun, produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat intalbu, skond Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, biex jagħtu tagħrif dwarhom stess fi żmien 15-il jum mill-bidu tal-proċedura u jipprovdu informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-valur tal-bejgħ domestiku u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpanniji kollha konnessi fis-settur tal-prodott ikkonċernat. L-awtoritajiet Indjani kienu wkoll ikkuntattjati mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

(9) Erbgħa u disgħin produtturi esportaturi qablu li jkunu inklużi fil-kampjun u taw l-informazzjoni mitluba qabel ma għalaq iż-żmien. Tmienja minnhom intgħażlu għall-kampjun. Il-kriterji kunsidrati fil-għażla tal-kampjun kienu: id-daqs tal-kumpannija rigward il-bejgħ ta’ esportazzjonijiet lejn il-Komunità u l-fatt li l-kumpanniji kellhom bejgħ domestiku. Il-produtturi esportaturi li fl-aħħar ma kinux inklużi fil-kampjun kienu infurmati li kull dazju kontra l-iddampjar fuq l-esportazzjonijiet tagħhom ikun ikkalkolat skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, i.e. mingħajr ma jkun eċċedut (jinqabeż) il-marġini ta’ dampjar medju peżat stabbilit għall-kumpanniji fil-kampjun. L-għażla tal-kampjun saret f’kordinazzjoni mar-rappreżentanti tal-produtturi esportaturi, u mal-Gvern Indjan. Ir-Rapport tal-Korp ta’ l-Appell li tirreferi għalih il-premessa 1 ikkonkluda li l-metodu għall-kalkolazzjoni ta’ ammonti għal spejjeż amministrattivi, ta’ bejgħ u ġenerali (l-SG & A) u għal profitti, ibbażat fuq medja peżata ta’ ammonti attwali minfuqa u realizzat minn esportaturi jew produtturi oħra, jista’ jintuża biss jekk data konnessi ma’ aktar minn esportatur jew produttur wieħed hija disponibbli. Kien għalhekk ikkunsidrat ta’ l-akbar importanza li jkun hemm żewġ kumpanniji bil-bejgħ domestiku inklużi fil-kampjun. Għandu jkun innotat li mill-94 produttur li taw tagħrif dwarhom stess, tnejn biss kellhom bejgħ domestiku. Madankollu, t-tieni kumpannija, li għall-ewwel qablet li tikkopera fl-investigazzjoni, irtirat il-koperazzjoni tagħha. Il-kampjun kellu għalhekk ikun immodifikat skond iċ-ċirkustanza u eventwalment ikun kompost minn seba’ kumpanniji, li sitta minnhom kellhom esklussivament bejgħ ta’ esportazzjonijiet u waħda kellha kemm bejgħ ta’ esportazzjonijiet kif ukoll bejgah domestiku tal-prodott simili.

(10) L-applikant ilmenta li n-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ waħda mill-kumpanniji bil-bejgħ domestiku kellu jinvolvi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet miġjuba f’Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’din il-konnessjoni (F’dan il-każ) għandu jkun innotat li Artikolu 18 tar-Regolament bażiku kien tassew applikat rigward din il-kumpannija (ara premessa 30). Barra minhekk, il-kampjun baqa’ xorta waħda rappreżentattiv għax il-kumpannija li naqset li tikkopera kellha sehem ta’ esportazzjoni limitat ħafna u, wkoll mingħajr din il-kumpannija, l-kampjun xorta waħda rappreżenta 43 % ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-PI. Barra minhekk, in-nuqqas ta’ koperazzjoni ta’ din il-kumpannija ma affettwatx (laqtitx) id-determinazzjoni ta’ dampjar għal dawk il-kumpanniji fil-kampjun. L-ilment għalhekk kien irroftat.

1.3. Eżami individwali ta’ kumpanniji li ma ntgħażlux għall-kampjun

(11) Kumpannija waħda li ma ntgħażlitx għall-kampjun talbet il-kalkulazzjoni ta’ marġini ta’ dampjar individwali skond Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u akkompanjat it-talba tagħha bi tweġiba għall-kwestjonarju fiż-żmien stabbilit għal dan il-għan. Din it-talba nstabet li kienet aċċettabbli fl-investigazzjoni kurrenti.

1.4. Partijiet interessati u verifika

(12) Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarju lill-kumpanniji li taw kampjun u rċeviet tweġibiet sħaħ fiż-żmien stabbilit. Il-Kummissjoni fittxet u verifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-għan tad-determinazzjoni ta’ l-iddampjar u wettqet żjarat ta’ verifika fil-postijiet (bini) ta’ dawn il-kumpanniji li taw kampjun:

- The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai

- Nowrosjee Wadia & Sons, Mumbai

- Prakash Cotton Mills Pvt. Ltd, Mumbai

- Texcellence Overseas, Mumbai

- Vigneshwara Exports Limited, Mumbai

(13) Minħabba s-sitwazzjoni politika fl-Indja, l-verifika fuq il-post fil-bini tal-Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad and Mahalaxmi Exports, Ahmedabad kellha titħassar. Madankollu, id-data provduti minn dawn il-kumpanniji ntużat, minkejja n-nuqqas ta’ verifika. F’dan ir-rigward għandu jkun innotat li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħhom instabu li kienu jaqblu ma’ dawk tal-kumpanniji l-oħra Indjani fl-istess struttura ta’ kumpannija (i.e. prinċipalment kumpanniji li jesportaw biss) li kienu investigati. U certi kontrolli saru permezz ta’ numru ta’ importaturi ta’ l-UE (b’fatturi kontrollati bir-reqqa), b’ebda irregolaritajiet ma jinstabu b’relazzjoni mal-prezz ta’ esportazzjoni tal-Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad and Mahalaxmi Exports, Ahmedabad.

(14) Il-Kummissjoni wettqet ukoll żjara ta’ verifika fil-post tad-Divya Textiles, Mumbai, li talbet eżami individwali, kif issemma’ fil-premessa 11 hawn iktar "il fuq."

2. PRODOTT TAĦT KONSIDERAZZJONI

(15) Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. ċerta bjankerija tal-fibri tal-qoton, puri jew imħallta ma’ fibri artifiċjali jew tal-kittien (il-kittien ma tkunx il-fibra dominanti), imbajda, mogħtija l-kulur jew stampata, li toriġina fl-Indja, li taqa’ fil-Kodiċijiet tan-NK ex63022100 (kodiċijiet TARIC 6302210081, 6302210089), ex63022290 (kodiċijiet TARIC 6302229019), ex63023110 (kodiċijiet TARIC 6302311090), ex63023190 (kodiċijiet TARIC 6302319090), ex63023290 (kodiċijiet TARIC 6302329019).

3. PRODOTT SIMILI

(16) Kien stabbilit li l-bjankerija tat-tip tal-qoton mibjugħa fis-suq Indjan u l-bjankerija tat-tip tal-qoton esportata mill-Indja lejn il-Komunità kienu identiċi, jew jixxiebħu ħafna f’termini ta’ karatteristiċi fiżiċi u użijiet aħħarin. Għalhekk, dawn il-bjankeriji tat-tip tal-qoton tqiesu li kienu prodotti simili fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

D. RIŻULTAT TA’ L-INVESTIGAZZJONI

DWAR IR-REVIŻJONI INTERIM

1. VALUR NORMALI

1.1. Kumpanniji fil-kampjun

(17) L-ewwel għandu jitfakkar li mis-seba’ kumpanniji fil-kampjun, waħda biss kellha bejgħ domestiku. Mis-sitt kumpanniji l-oħra fil-kampjun, waħda kellha bejgħ domestiku tal-kategorija ġenerali ta’ prodotti (prodotti tat-tip tal-qoton oħra).

(18) Għall-kumpannija weħidha bil-bejgħ domestiku, instab li l-ebda waħda mill-bjankeriji tat-tipi tal-qoton li jinbiegħu fis-suq domestiku ma kienu direttament paragunabbli ma’ dawk esportati lejn il-Komunità, minħabba d-differenzi fil-kwalità rigward il-kwantita kbira ta’ tipi differenti ta’ prodotti. Barra minhekk, kull aġġustament meħtieġ biex tkun żġurata l-komparabbilita kien ikollu jkun ibbażat fuq estimi. Konsegwentement, il-valur normali kellu jkun mibni fuq il-bażi tas-siwi tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat plus (flimkien ma’) l-SG & A tiegħu proprju u l-qligħ fuq bejgħ magħmul fil-kors ordinarju tal-kummerċ, skond Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.

(19) Għall-kumpanniji l-oħra, fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili, kien għall-ewwel previst li jintużaw, skond Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, l-prezzijiet domestiċi tal-kumpannija bil-bejgħ domestiku biex ikun stabbilit il-valur normali. Madankollu, ebda paragun ma kien possibbli bejn it-tipi tal-prodott mibjugħ fis-suq domestiku u dawk esportati lejn l-Unjoni Ewropea minn kumpanniji oħra. Għalhekk, għall-kumpanniji l-oħra kollha li koperaw, fin-nuqqas ta’ bejgħ domestiku tal-prodott simili, kellu jigi stabbilit il-valur normali.

(20) Fid-dawl ta’ hawn iktar ’il fuq, is-siwi tal-manifattura tal-prodott ikkonċernat intuża biex ikun iddeterminat il-valur normali kostrutt għal kull kumpannija nkluża fil-kampjun, skond Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. Rigward is-SG & A u l-profitti, ladarba kien hemm biss kumpannija waħda bil-bejgħ domestiku tal-prodott simili, l-għażla li jipprovdi għaliha Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku, ibbażata fuq il-medja peżata ta’ l-ammonti attwali determinata għal esportaturi jew produtturi oħra rigward il-produzzjoni u bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini, ma setgħetx tintuża.

(21) Għall-produtturi esportaturi l-oħra, inkluża l-kumpannija bil-bejgħ domestiku ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, l-SG & A kienu stabbiliti skond Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, filwaqt li tqiesu l-konklużjonijiet tar-rapporti adottati mill-Korp tas-Soluzzjoni tat-Tilwim ta’ l-ODK. Konsegwentement, l-SG & A kienu determinati fuq il-bażi tal-medja peżata tas-SG & A tal-kumpannija ewlenija bil-bejgħ domestiku tal-prodott simili u l-SG & A tal-kumpannija l-waħda li kellha bejgħ tal-kategorija ġenerali tal-prodotti (prodotti tat-tip tal-qoton oħra) fis-suq domestiku.

(22) Safejn l-ammonti ta’ qligħ huma konċernati għall-kumpannija bil-bejgħ domestiku ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti, diversi avviċinamenti kienu eżaminati għall-istabbiliment ta’ qligħ raġonevoli meta kien qiegħed ikun kostrutt il-valur normali. L-ewwel avviċinament kien li jintużaw il-profitti tagħha stess (proprji). Madankollu, din il-kumpannija kienet topera bit-telf u għalhekk dan il-metodu ma setgħax jintuża.

(23) Il-produtturi esportaturi Indjani ilmentaw li, skond Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, l-limitu ta’ profitt tal-kumpannija bil-bejgħ domestiku u l-kumpannija li tbiegħ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti fis-suq domestiku kellu jintuża. Waqt li jitqies li kumpanniji tali kienu joperaw bit-telf, il-produtturi Indjani ta’ l-esportazzjoni argumentaw li l-limitu ta’ profitt kien għaldaqstant null.

(24) Skond Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, meta jkun qed jiġi kostrutt il-valur normali, ammont raġonevoli ta’ qligħ għandu jinżdied. Għalhekk, sitwazzjoni ta’ l-ebda profitt ma tistax tkun ikkunsidrata bhala limitu.

(25) Finalment, u fin-nuqqas ta’ kull sors ieħor (għajn oħra) ta’ data rigward qligħ, għall-produtturi esportaturi Indjani kollha l-qligħ kien stabbilit f’livell ta’ 5 %, li kien il-qligħ użat fl-investigazzjoni oriġinali bħal l-qligħ ta’ l-industrija Komunitarja. L-applikant ilmenta li din il-marġini ta’ qligħ kien baxx wisq.

(26) Madankollu, l-applikant ma ta ebda raġuni l-għaliex iċ-ċifra ta’ 5 % qligħ kienet baxxa wisq u għaliex marġini oħra ta’ qligħ kienet tkun aktar raġonevoli jew rappreżentattiva. Barra minhekk, ma kien hemm l-ebda informazzjoni li tista’ tintuża dwar il-profitti tal-bejgħ domestiku Indjan tal-prodott ikkonċernat jew tal-prodotti li jappartjenu lill-istess kategorija ġenerali. Għalhekk, u skond Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament bażiku, kien ikkunsidrat raġonevoli li tintuża l-marġini ta’ qligħ iddeterminata fl-investigazzjoni oriġinali, li tirrappreżenta l-qligħ li l-industrija Komunitarja setgħet tistenna (tippretendi) li tikseb fis-suq lokali tagħha fin-nuqqas ta’ xi dampjar inġurjuż (ta’ ħsara, dannuż).

1.2. Kumpannija b’eżami individwali

(27) Għal din il-kumpannija, l-valur normali kien stabbilit billi ntużaw il-metodoloġiji deskritti fil-premessi 19, 20, 21 u 25.

2. PREZZ TA’ ESPORTAZZJONI

(28) Ladarba l-bejgħ kollu ta’ esportazzjoni tal-prodott taħt konsiderazzjoni sar direttament minn klijenti indipendenti fil-Komunità, l-prezz ta’ esportazzjoni kien stabbilit skond Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni mill-Indja lejn il-Komunità.

3. PARAGUN

(29) Għall-għan ta’ paragun fier (ġust), konċessjoni dovuta fil-għamla ta’ aġġustamenti saret għal differenzi fil-fatturi li ttiehdu bhala dritt u murija li jaffettwaw (jolqtu) prezzijiet u komparabbilta ta’ prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru skond Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, rigward trasport ta’ merkanzija (freight), tqandil u tagħbija, trasport, spejjeż ta’ kreditu, assigurazzjoni, kummissjoni u pakkjar.

4. MARĠINI TA’ DAMPJAR

(30) L-applikant ilmenta li l-eċċezzjoni li jipprovdi għaliha Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, li tippermetti l-paragun bejn valur normali medju peżat u l-prezzijiet tat-transazzjonijiet individwali ta’ esportazzjoni kollha lejn il-Komunità, kellhom jintużaw għal xi wħud mill-kumpanniji fil-kampjun. Madankollu, kien stabbilit li l-kondizzjonijiet ta’ bażi għall-użu ta’ dan il-metodu, u b’mod partikolari l-eżistenza ta’ mod kif isiru l-prezzijiet għall-esportazzjoni li hu b’mod sinifikanti differenti fost xerrejja, reġjuni u perjodi ta’ żmien differenti, ma gewx milqugha. Għalhekk, skond Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, l-marġini ta’ l-iddampjar kien stabbilit fuq il-bażi ta’ paragun ta’ valur normali medju peżat ma’ medja peżata ta’ prezzijiet tat-transazzjonijiet ta’ esportazzjoni kollha lejn il-Komunità.

(a) Produtturi li koperaw fil-kampjun

Il-marġini definittivi ta’ dampjar espressi bħala perċentwal tal-prezzijiet ta’ importazzjoni cif fil-konfini tal-Komunità huma li ġejjin:

—The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. u Nowrosjee Wadia & Sons (kumpannija konnessa) | 26,2 % |

—Mahalaxmi Exports | 0 % |

—Prakash Cotton Mills Pvt. Ltd | 0 % |

—Texcellence Overseas and Jindal Worldwide Ltd (kumpannija konnessa) | 0 % |

—Vigneshwara Exports Limited | 0 % |

(b) Produtturi oħra li kkoperaw li m’humiex inklużi fil-kampjun

Kif spjegat fil-premessa 34, għall-produtturi l-oħra kollha li koperaw li m’humiex inklużi fil-kampjun il-marġini ta’ dampjar hija ta’ 0 %.

(ċ) Kumpannija li koperat b’eżami individwali

—Divya Textiles | 0 % |

(d) Kumpanniji li ma koperawx

Kif miġjub fil-premessa 9, kumpannija waħda ma koperatx. Ladarba m’hemmx indikazzjonijiet li din il-kumpannija ma dampjatx, u biex ma jingħatax bonus għal nuqqas ta’ koperazzjoni, l-marġini ta’ dampjar kienet stabbilita fuq il-bażi ta’ l-aktar tip esportat fost it-tipi ta’ prodott l-aktar iddampjati esportati lejn il-Komunità mill-Bombay Dyeing & Manufacturing Co., i.e. 31,4 %.

E. RAĠUNIJIET GĦALL-KONKLUZJONI TAR-REVIŻJONI INTERIM MINGĦAJR L-IMPOŻIZZJONI TA’ MIŻURI

(31) Ir-reviżjoni interim kurrenti għandha tkun itterminata (tinġieb fit-tmiem) mingħajr l-imposizzjoni tal-miżuri għax biss parti żgħira ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja kienu dampjati u dan il-volum negliġibbli ta’ importazzjonijiet iddampjati, li aktarx mhix se tinbidel b’mod sinifikanti fil-futur, ma jistax jikkawża ħsara. Dan joħroġ mill-analiżi miġjuba hawn aktar "l isfel."

1. IL-MAĠĠORANZA L-KBIRA TA’ IMPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTT IKKONĊERNAT LI JORIĠINA FL-INDJA MA KENITX IDDAMPJATA

(32) Rigward il-kumpanniji fil-kampjun, l-investigazzjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ dampjar għal (fil-każ ta’) biss waħda minn dawn il-kumpanniji (Bombay Dyeing), li jammonta għal inqas minn 8 % ta’ l-esportazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja lejn il-Komunità matul il-PI. Barra minhekk, u kif intqal hawn iktar ‘il fuq, kumpannija waħda ma koperatx fil-proċedura u l-esportazzjonijiet tagħha kienu meqjusa bħala dampjati (ara l-premessa 30(d)). Madankollu, l-esportazzjonijiet minn din il-kumpannija ta’ l-aħħar tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-PI rappreżenta biss iż-0,4 % ta’ l-esportazzjonijiet totali li joriġinaw fl-Indja.

(33) Dak li nstab fil-każ taż-żewġ kumpanniji msemmija hawn iktar ‘il fuq huwa f’kuntrast għas-sitwazzjoni ta’ l-erba’ kumpanniji li tibqa’ fil-kampjun kif ukoll ghas-sitwazzjoni tal-produttur esportatur mogħti trattament individwali. Ebda waħda minn dawn il-ħames kumpanniji ma nstabet li kienet qiegħda tiddampja. Barra minhekk, is-sitwazzjoni tagħhom kienet fundamentalment differenti minn dik tal-Bombay Dyeing u tal-kumpannija li ma koperatx għax ipproduċew il-prodott ikkonċernat esklussivament għall-esportazzjoni. L-importazzjonijiet m’humiex iddampjati fil-kampjun jirrappreżentaw madwar it-30 % ta’ l-esportazzjonijiet totali li joriġinaw fl-Indja.

(34) Aktar minn hekk, l-esportaturi li koperaw li m’humiex inklużi fil-kampjun u m’humiex eżaminati individwalment ipproduċew esklussivament għall-esportazzjoni (ibbażat fuq l-informazzjoni rċevuta bi tweġiba għall-mistoqsijiet għat-teħid ta’ kampjun fin-notifika tal-bidu). Fi kliem ieħor, l-istruttura tal-kumpannija tagħhom tikkorrispondi ma’ dik tal-kumpanniji msemmija fil-premessa 33. Dan jissuġġerixxi b’mod qawwi li l-esportazzjonijiet tagħhom lanqas ma kienu dampjati.

(35) Isegwi minn dan ta’ hawn iktar ‘il fuq li aktar minn 90 % ta’ l-esportazzjonijiet Indjani tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-PI ma kinux iddampjati.

2. IL-VOLUM ŻGĦIR TA’ IMPORTAZZJONIJIET IDDAMPJATI F’DAN IL-KAŻ MA JISTGĦUX JIKKAWŻAW XI ĦSARA

(36) Id-differenza sinifikanti bejn il-prattiċi ta’ dampjar misjuba fl-investigazzjoni oriġinali u dik misjuba fil-waħda kurrenti, tissuġġerixxi (tqajjem) l-mistoqsija jekk il-konnessjoni kawżali stabbilita fil-każ oriġinali tistax tkun għandha assunta (issopponuta) li hija preżenti fuq il-bażi tas-sejbiet preżenti.

(37) L-ewwel, instab li anqas minn 8 % ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja matul il-PI kien iddampjat. Dawn l-importazzjonijiet irrappreżentaw sehem tas-suq ta’ anqas minn 1 % matul il-PI jew sehem ta’ importazzjoni ta’ inqas minn 3 % ta’ l-importazzjonijiet totali mis-sorsi (għejun) kollha. Fi kliem ieħor, il-volum ta’ importazzjonijiet iddampjati huwa negliġibbli, meta jkunu kunsidrati l-limiti normalment applikabbli fir-Regolament bażiku u fil-Ftehim Kontra l-Iddampjar ta’ l-ODK. It-tieni, l-investigazzjoni sabet li, għar-raġunijiet miġjuba fil-premessi 32 sa 34, aktar minn 90 % ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja kienu mhux iddampjati. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, mhux probabbli li xi ħsara materjali irriżultat minn dawn l-importazzjonijiet matul il-PI. Barra minhekk, ma jistax ikun assunt raġonevolment li din is-sitwazzjoni kienet tinbidel kieku miżuri ma kinux imposti, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-fatt li matul parti konsiderevoli tal-PI ebda dazju ma kien fis-seħħ u li l-volum ta’ importazzjonijiet m’humiex iddampjati mill-Indja kienu dejjem sinifikanti.

(38) Għalhekk, ibbażata fuq is-sejbiet ta’ din ir-reviżjoni, l-konnessjoni kawżali stabbilita bejn l-iddampjar u ħsara fil-każ oriġinali ma tistax tkun assunta f’din l’investigazzjoni, għalkemm ir-reviżjoni interim parzjali kurrenti ma nkludietx reviżjoni kategorika tal-kawżalita stabbilita fil-każ oriġinali.

(39) Addizzjonalment, il-miżuri li kienu jirriżultaw mir-riżultat ta’ din l-investigazzjoni (ara l-premessa 30) kienu jkunu mingħajr effett, għaliex parti maġġuri ta’ l-importazzjonijiet mill-Indja ma kinux ikunu koperti.

3. KONKLUŻJONI

(40) In vista ta’ dan ta’ hawn aktar ‘il fuq, huwa meħtieġ li tkun itterminata (tinġieb fit-tmiem) ir-reviżjoni interim dwar importazzjonijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton li toriġina fl-Indja mingħajr l-imposizzjoni ta’ dazji kontra l-iddampjar.

F. KONSEGWENZI TAR-REVIŻJONI TA’ SKADENZA

(41) Fid-dawl tar-riżultati tar-reviżjoni interim li jwasslu għall-iskadenza tal-miżuri kontra l-iddampjar imposti bir-Regolament (KE) Nru 2398/97, il-proċedura dwar ir-reviżjoni ta’ skadenza għandha tkun itterminata f’dan is-sens.

G. ŻVELAR

(42) Il-partijiet interessati kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien intenzjonat li tkun irrakkomandata t-terminazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali preżenti u r-reviżjoni ta’ skadenza mingħajr l-imposizzjoni ta’ miżuri u li ngħataw l-opportunita biex jagħmlu osservazzjonijiet. L-osservazzjonijiet tagħhom kienu kunsidrati u, fejn xieraq, is-sejbiet kienu modifikati skond il-każ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-reviżjoni interim skond Artikolu 11(3) u r-reviżjoni ta’ skadenza skond Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 dwar importazzjonijiet ta’ bjankerija tat-tip tal-qoton li toriġina fl-Indja huma b’dan itterminati (miġjuba fit-tmiem) mingħajr l-imposizzjoni ta’ miżuri.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 1).

[2] GU L 332, 4.12.1997, p. 1: Regolament kif l-ahhar emendat bir-Regolazzjoni (KE) Nru 160/2002 (GU L 26, 30.1.2002, p. 1)

[3] GU L 219, 14.8.2001, p.1.

[4] ĠU L 109, 25.04.02, p. 3.

[5] ĠU C 65, 14.03.02, p. 11.

[6] ĠU C 39, 13.02.02, p. 17 u ĠU C 300, 04.12.02, p. 10.

--------------------------------------------------