32003R2237



Official Journal L 339 , 24/12/2003 P. 0052 - 0069


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2237/2003

tat-23 ta’ Diċembru 2003

li jistabbilixxi regoli dettaljayi għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti fit-Titolu IV tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġg għall-bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, dettaljati għall-applikazzjoni ta’ ċertu skemi ta’ appoġġ previsti Titolu IV ta’ Regolament tal-Kunsill (KE)

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġg dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġg għall-bdiewa u li jemenda Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 145(c), (e), (f), (q) u l-Artikolu 155 tiegħu,

billi:

(1) Titolu IV ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistabbilixxi ċertu skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni huwa xieraq li jkun previst għal regolament wieħed li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għal dawk l-iskemi li jidħlu fis-seħħ fl-2004.

(2) B’seħħ mill-2005 l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll previsti Titolu II, Kapitlu 4 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 (hawnhekk hawn riferenza għalih bħala "L-IACS") għandhom japplikaw għal dawk l-iskemi ta’ appoġġ. Xi wħud minn dawk l-iskemi ta’ appoġġ kif ukoll xi wħud mill-prodotti li għalihom isiru pagamenti diretti taħt xi wħud minn dawk l-iskemi ta’ appoġġ huma diġà koperti mill-IACS. Biex tiġi ffaċilitata t-trasazzjoni mill-arranenti previsti b’Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 tas-27 ta’Novembru 1992 li jistabbilixxi amministrazzjoni integrate u sistema ta’ kontroll għal ċertu skemi ta’ għajununa tal-komunità [2] għall-arranġamenti previsti bl-IACS, huwa xieraq li wieħed jagħmel applikabbli ir-regoli eżistenti taħt Regolament (KEE) Nru 3508/92 u r-regoli li jimplimentawh previsti f’Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 [3] għal dawk l-iskemi ta’ appoġġ.

(3) Għall-amministrazzjoni effiċjenti u tajba ta’ l-iskemi, il-ħlasijiet ta’ ż-żona għandhom jiġu ristretti għal żonas u kondizzjonijiet li jridu jiġu speċifikati.

(4) Ma għandux jitħalla jsir żrigħ ta’ art għall-iskop waħdani li wieħed b’hekk jikkwalifika għal ħlasijiet ta’ ż-żona. Ċerti kondizzjonijiet marbuta mat-żrigħ u l-kultivazzjoni ta’ uċuħ tar-raba’ għandhom jiġu speċifikati, b’mod partikolari f’dak li hu durum wheat (qamħ ta’ l-Awstralja), pjanti tal-proteini u ross. Il-livelli lokali għandhom jiġu rispettati biex jirriflettu d-diversità tal-prattikà agrikola fil-Komunità.

(5) Għandha tkun permessa applikazzjoni waħda biss għal ħlas taż-żona. Ħlasijiet ta’ ż-żona għandhom jitħallew għal uċuħ ta’ raba’ sussidjati taħt skema li taqa’ taħt il-politika strutturali jew ambjentali tal-Komunità.

(6) Skemi ta’ appoġġ bbażati fuq għajnuna għal żona jesiġu li fejn ż-żona li għaliha tintalab l-għajnuna taqbeż ż-żona massima garantita jew żonas bażi jew żonas subbażi, ż-żona għal kull biedwi li għaliha tintalab l-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment f’dik is-sena. Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti l-modalitajiet u t-termini perentorji għal bdil ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit il-koeffiċjent tat-tnaqqis u biex il-Kummissjoni tkun infurmata dwar ż-żonas li għalihom tkun tħallset l-għajnuna. L-istess dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu għat-tnaqqis ta’ l-ammont totali għall-kwantitajiet ta’ riferenza individwali fil-każ ta’ l-applikazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(7) Skond l-Artikolu 73 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-għoti ta’ premium speċifiku ta’ kwalità għal Qamħ ta’ l-Awstralja huwa soġġett għall-użu ta’ ta’ ċerti kwantitajiet ta’ żerriegħa ċertifikata ta’ varjetajiet rikonoxxuti, fiż-zona ta’ produzzjoni, li huma ta’ kwalità għolja għall-produzzjoni tas-semolina u l-għaġin. Sabiex jiġi assigurat li dawk il-ħtiġijiet jiġu rispettati, il-kriterji għall-metodu ta’ tgħarbil f’kull Stat Membru għandu jkun iffissat u l-proċedura għat-twaqqif ta’ lista ta’ varjetajiet eliġibbli kif ukoll tal-kwantità minima ta’ żerriegħa ċertifikata li għandha tintuża għandha tiġi ffissata.

(8) Iż-żmien qasir bejn l-adozzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-dħul fis-seħħ tal-premium speċifiku ta’ kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja jagħmilha impossibbli li tiġi stabbilita lista ta’ varjetijajiet eliġibbli għall-għoti ta’ għajnuna fis-snin 2004 u 2005 skond il-metodu ta’ tgħarbil maħsub. Huwa għalhekk neċessarju għall-Istati membri li jistabbilixu lista transizzjonali bbażata fuq l-għażla tal-varjetajiet kurrenti.

(9) Fid-dawl ta’ l-obbligu, ghal raġuni ta’ l-eliġibilità tal-premium speċifiku ta’ kwalità għal qamħ ta’ l-Awstralja li juża kwantità speċifika ta’ żerriegħa ċertifikata, għandha tiġi stabbilita proċedura xierqa ta’ kontroll sabiex tivverifika li ż-żerriegħa eliġibbli u l-kwantitajiet meħtieġa jintużaw b’mod effettiv.

(10) F’ċertu reġjuni, l-uċuħ tar-raba tal-proteini huwa tradizzjonalment miżrugħa f’taħlita ta’ ċerejali għal raġunijiet agronomiċi. L-uċuħ tar-raba’ li irriżultaw jikkonsistu f’uċuħ tar-raba’ tal-proteini..Sabiex jingħata l-premium ta’ l-uċuħ tar-raba tal-proteini, ż-żonas miżrugħa b’dan il-mod għandhom għalhekk jitqiesu bħala żonas ta’ uċuħ tar-raba’ tal-proteini.

(11) Fl-interess ta’ l-effiċjenza u tmexxija tajba ta’ l-iskema ta’ għajnuna għal-lewż, l-għajnuna għalż-żona mogħtija m’għandiex tintuża għal plantaġġuni marġinali jew siġar iżolati. Il-qies minumu ta’ biċċa art u densità minima tas-siġar fi ġnien speċjalizzat tas-siġar tal-frott għaldaqstant għandu jkun definit. Biex tiġi ffaċilitata it-transizzjoni bejn it-titjib ta’ pjanuri eżistenti li jiskadu aktar tard mill-introduzzjoni ta’ l-iskema ġdida ta’ għajnuna, huwa xieraq li jkun previsti miżuri transizzjonali.

(12) It-termini ta’ ħlas kif ukoll il-ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi għal kalkolu tar-ross mhux biss fuq ż-żona tal-bażi jew żonas iffissati għal kull StatMembru li jipproduċi ffissati b’Regolament (KE) Nru 1782/2003, iżda wkoll fuq is-subdiviżjoni ta’ dawk ż-żonas ta’ bażi f’żonas subbażi u fuq il-kriterji oġġettivi magħżula minn kull Stat Membru biex jagħmlu din is-subdiviżjoni, b’kondizzjonijiet li fihom l-irqajja kultivati jitpoġġew f’kultivazzjoni u fuq il-qies minimu ta’ dawn ta’ l-aħhar. B’konsegweneza ta’ hekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għat-twaqqif, il-maniġment u l-kultivazzjoni skond modalitajiet applikabbli għal żonas bażi jew subbażi.

(13) L-osservazzjoni għall-possibilità li tinqabeż ż-żona bażi li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 82 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 timplika tnaqqis ta’ ħlas ta’ speċifiku għall-uċuħ ta’ l-art għar-ross. Sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta’ kalkulazzjoni għal dan it-tnaqqis, għandhom jitqiesu kriterji kif ukoll jiġu definiti ko-effiċjenti applikabbli.

(14) Il-follow-up tal-ħlasijiet speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’ jippresumi li lill-Kummissjoni jkunu għaddewlha ċertu informazzjoni marbuta mal-kultivazzjoni ta’ żonas bażi u żonas subbażi. Għal dan l-iskop, l-informazzjoni dettaljata li l-Istati membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni kif ukoll it-termini perontorji għal dawn il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti

(15) Il-ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għar-ross jieħu post il-ħlasijiet ta’ kumpensatorji li d-dettalji tagħhom huma previsti f’Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/97 tat-8 ta’ April li jippreskrivi r-regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 rigward il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni tal-ħlasijiet kumpensa-torji skond l-iskema ta’ għajnuna lill-produtturi tar-ross [4]. Dak ir-Regolament isir mingħajr oġġett u għalhekk għandu jiġi mħassar.

(16) Fl-Artikolu 93 u 94 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 hemm prevista għajnuna għall-bdiewa li jipproduċu patata maħsuba għall-manifattura ta’ lamtu mill-patata sakemm ikun hemm kuntratt ta’ koltivazzjoni u tkun fil-parametri ta’ kwota limita stabbilita b’Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1868/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi sistema ta’ kwoti li għandha x’taqsam mal-produzzjoni tal-lamtu mill-patata [5]. Il-kondizzjonijiet sabiex tingħata għajnuna ghandhom għaldaqstant ikunu stabbiliti u, fejn ikun il-każ, għandhom ikun hemm cross references għadd-dispoSIZZjonijiet eżistenti dwar is-sistema tal-kwota prevista f’Regolament (KE) Nru 1868/94. Jekk wieħed jikkunsidra li l-patata tiġi mqassma progressivament lill-impriża li tipproduċi l-lamtu u, sa issa, l-għajnuna tħallset għall-kwantitajiet mqassma, huwa xieraq li għas-sena 2004 tinzamm is-sistema ta’ ħlas kurrenti.. Fl-interess ta’ l-effiċjenza u maniġment tajjeb ta’ l-iskema ta’ għajnuna, għandhom ikunu previsti dispoSIZZjonijiet dwar spezzjonijiet.

(17) Skond l-Artikolu 95 u 96 Regolament (KE) Nru 1782/2003 l-premium għall-ħalib u ħlas addizzjonali għandhom jingħataw lill-produtturi. Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi levy fis-settur tal-ħalib u prodotti tal-ħalib [6] li jipprovdi għal dispoSIZZjonijiet speċifiċi f’każ ta’ nuqqas ta’ attività. Huwa għalhekk xieraq li jkun previst, meta persuna naturali jew legali li jkollha kwanità ta’ riferenza individwali fil-pussess tagħha u li ma tibqax tosserva l-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(c) ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 1788/2003 matul il-perjodu 12-il xahar ta’ qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena konċernata, għal esklużjoni milli wieħed jibbenifika mill-premium u pagament.. Fl-interess ta’ l-effiċjenza u maniġment tajjeb ta’ l-iskema ta’ għajnuna, dispoSIZZjonijiet fuq spezzjonijiet għandhom ikunu previsti.

(18) F’L-Artikoli 88 sa 92 ta’ Regolament (KE) nru 1782/2003 hemm previst għal skema ta’ għajnuna ġdida għal uċuħ tar-raba’ta’ l-energija biex tingħata lill-bdiewa. Billi din hija skema ġdida ta’ għajnuna li titlob maniġment kompless u mizuri ta’ kontroll, ir-regoli implimentattivi għandhom ikunu limitati għal 2004 biex jippermettu konsiderazzjoni, fid-dawl ta’ l-esperjenza, fis-snin ta’ wara.

(19) Skond Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2461/1999 tad-19 ta’ Novembru 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 rigward l-użu ta’ l-art imħollija għall-produzzjoni tal-materji primi għall-manifattura fil-komunità ta’ prodotti li primarjament mhumiex intenzjonati għall-konsum uman jew ta’ l-annimali [7], li teskludi l-pitravi mill-għajnuna, il-kultivazzjoni tal-pitravi għandha tkun eskluża mill-iskema ta’ għajnuna għall-uċuħ tar-raba’ ta’ l-enerġija.

(20) It-termini għall-eliġibilità. Għal dan il-għan għandu jkun stabbilit li għandu jkun konkluż kuntratt bejn il-produttur u l-ewwel proċessur fir-rigward ta’ matżona prima agrikola konċernata. Il-kondizzjonijiet fejn l-ipproċessar isir mill-bidwi fir-raba’ għandhom ikunu wkoll definiti.

(21) Biex jiġi assigurat li l-matżona prima tiġi proċessata fil-prodott ta’ enerġija speċifiku, l-ewwel proċessuri għandhom iħallsu flus bil-quddiem, minkejja l-fatt li l-għajnuna tiġi mogħtija mhux lill-ewwel proċessuri iżda lill-bdiewa. Dan il-ħlas bil-quddiem għandu jkun għoli biżzejjed biex jimpedixxi kull riskju li l-matżona prima fl-aħħar mill-aħħar ma tittieħidx lejn id-destinazzjoni tagħha. Barra minn hekk, sabiex tagħmel is-sistema ta’ kontroll għas-sistema waħda aktar effettiva, il-bejgħ ta’ matżona prima u ta’ prodotti semi-proċessati għandu jkun limitat għall-massimu ta’ tnejn qabel l-ipproċessar finali.

(22) Trid issir distinzjoni espliċita bejn l-obligazzjonijiet ta’ l-applikant, li tispiċċa ladarba il-kwantità totali ta’ matżona prima tiġi maħsuda fi prodotti ta’ l-enerġija.

(23) Ċerti operazzjonijiet tat-trasport f’territorju tal-Komunità li jinvolvu matżona prima u prodotti ġejjin minnha għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli li jinvolvi l-użu ta’ kopji ta’ kontroll T5 li għandhom jinħarġu skond Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [8]. dispożizzjonijiet għandhom isiru għal xhieda alternattiva jekk il-kopja ta’ kontroll T5 tintilef bħala riżultat ta’ ċirkustanzi li għalihom l-ewwel proċessur ma jkunx responsabbli. Fl-interess ta’ l-effiċjenza u maniġment tajjeb ta’ l-iskema ta’ għajnuna, dispoSIZZjonijiet fuq spezzjonijiet għandhom ikunu previsti.

(24) Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti ma tax opinjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-President

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Il-KAPITOLU 1 SKOP U DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u skop

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna li ġejjin previsti Titolu IV ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003:

(a) premium speċifiku ta’ kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja previst Titolu IV Kapitolu 1 ta’ dak ir-Regolament;

(b) uċuħ tar-raba’ ta’ proteini previsti Titlu IV Kapitolu 2 ta’ dak ir-Regolament;

(ċ) ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għar-ross previst Titolu IV Kapitolu 3 ta’ dak ir-Regolament;

(d) ħlas ta’ żona għall-ġewż previst Titolu IV Kapitolu 4 ta’ dak ir-Regolament;

(e) għall-2004, għajnuna għall-uċuħ tar-raba’ ta’ l-enerġija prevista Titolu IV Kapitolu 5 ta’ dak ir-Regolament;

(f) għajnuna għall-patata tal-lamtu prevista Titolu IV Kapitolu 6 ta’dak ir-Regolament;

(g) premium għal prodotti tal-ħalib u ħlasijiet addizzjonali previst Titolu IV Kapitolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Applikazzjoni għall-amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll

Regolament (KEE) Nru 3508/92 u Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu japplika għall-applikazzjonijiet, għas-sena kalendarja 2004, għal ħlasijiet diretti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(a) sa (e), ħlief kif mod ieħor previst.

Ghas-sena kalendarja 2004, l-Artikolu 11 sa 15, 17, 20, 44 u 46 sa 51 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu japplika għall-applikazzjonijiet għall-ħlasijiet diretti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(f) u (g).

Għas-sena kalendarja 2004, l-Artikolu 2(r), 4, 22 u 23 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal ħlasijiet diretti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(f).

Artikolu 3

Data għall-applikazzjonijiet

Il-bdiewa għandhom japplikaw għall-iskema ta’ appoġġ li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 b’data li għandha tkun iffissata minn Stati Membri, imma mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju. Fil-Fillandja u fl-Isvezja, id-data tal-15 ta’ Mejju tista’ tiġi posposta, imma mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju.

Madankollu, il-Kummissjoni, skond il-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 144(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, tista’ tħalli d-dati li hemm riferenza għalihom fl-ewwel subparagrafu li jiġu posposti f’ċerti żoni fejn kondizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali jirrendu d-dati normali mhux applikabbli.

L-Artikolu 8 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandu japplika biss fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li hi marbuta ma’ żona. Għal patata tal-lamtu, fil-Fillandja u fl-Isvezja emendi għall-applikazzjoni għall-għajnuna jistgħu isiru sat-30 ta’ Ġunju.

Artikolu 4

Kondizzjonijiet għall-ħlas

1. Il-ħlas dirett li hemm riferenza għalih f’Artiklu 1(a), (b), (c) u (e) għandu jingħata biss għalż-żonas, għal kull tip ta’ wiċc ta’ raba’, li kienu suġġetti ta’ applikazzjoni fir-rigward ta’ mill-anqas 0,3 ettaru, fejn kull roqgħa art kultivata taqbeż il-qies minimu stabbilit mill-Istat Membru fil-limitu stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001.

2. Il-ħlas dirett li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 1(a),)b) u (c) għandhom jingħataw biss għalż-żonas miżrugħa kollha u li fuqhom l-kondizzjonijiet kollha normali ta’ kultivazzjoni saru skond l-istandards lokali.

madankollu, fil-każ ta’ premium speċifiku għall-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja previst Titolu IV Kapitolu 1 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, uċuħ tar-raba’ mkabbra fuq żonas li huma miżrugħa kollha u li huma kkultivati skond standards lokali, imma imma li ma jilħqux li l-istadju ta’ fjoritura b’riżultat ta’ kondizzjonijiet tat-temp eċċezzjonali rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat, għandhom jibqgħu eliġibbli għall-għajnuna sakemm dawk ż-żonas in kwistjoni ma jintużawx għal xi skop ieħor sa dan l-istadju.

3. mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 28(20 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, ħlasijiet diretti taħt dan ir-Regolament għandhom jitħallsu wara li jkunu saru l-ispezzjonijiet skond Regolament (KE) Nru 2419/2001 u dan ir-Regolament..

4. F’sena partikolari, ma tistax issir aktar minn applikazzjoni waħda għal ħlas għal żona taħt skema ffinanzjata taħt l-Artikolu 1(2)(b) ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999(9) ghal kull roqgħa art kultivata.

madankollu, kull roqgħa art kultivata li hi koperta fir-rigward ta’ l-istess sena b’applikazzjoni għal:

(a) premium speċifiku għall-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja previst Titolu IV Kapitolu 1 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew premium għal wiċċ tar-raba’ tal-proteini previst Titolu IV Kapitolu 2 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jista’ jkun suġġett ta’ applikazzjoni għal ħlasijiet għal uċuħ tar-raba’ li jinħartu li hemm riferenza għalihom f’L-Artikoli 2, 4u 5 ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999 (10) jew Titolu IV Kapitolu 10 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(b) ħlas għall-wiċc tar-raba’ speċifiku fir-rigward tar-ross previst Titolu IV Kapitolu 3 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew ta’ premium għall-wiċc tar-raba’ tal-proteini previst Titolu IV kapitolu 2 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ applikazzjoni għal għajnuna dwar iż-żerriegħa li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3 ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 (11) jew Titolu IV Kapitolu 9 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(ċ) għajnuna għal uċuħ tar-raba’ ta’ l-enerġija prevista Titolu IV Kapitolu 5 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 tista’ tkun suġġett għal applikazzjoni għal ħlasijiet għal uċuħ tar-raba’ li jinħartu li hemm riferenza għalihom ‘L-Artikolu 2, 4 u 5 ta’ Regolament (KE) Nru 1251/1999 jew Titolu IV Kapitolu 10 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew ħlas speċifiku għall-wiċċ tar-raba’ għar-ross previst Titolu IV Kapitolu 3 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(d) ħlasijiet għal uċuħ tar-raba’ li jinħartu li hemm riferenza għalihom f’L-Artikoli 2,4 u 5 ta’ Regolament (KE) Nru 1251/1999 jew Titolu IV Kapitolu 10 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu ikunu suġgett għal applikazzjoni għal għajnuna għaż-żerriegħa li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3 ta’ Regolament (KEE) Nru 2358/71 jew Titolu IV Kapitolu 9 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Art użata biex jiġu prodotti matżona prima kultivata taħt għajnuna għall-wiċċ tar-raba kultivat prevista Titolu IV Kapitolu 5 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 m’għandhiex tkun eliġibbli għal għajnuna tal-Komunità kif previst f’Kapitolu VIII ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999(12), b’eċċezzjoni ta’ appoġġ mogħti fir-rigward ta’ l-ispejjeż biex jitħawlu speċi li jikbru malajr kif previst fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 31(3) tiegħu.

Artikolu 5

Komunikazzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jibgħatu, permezz ta’ trasmissjoni elettronika, lill-Kummissjoni, skond l-iskeda li ġejja:

(a) sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena konċernata: ż-żonas, jew il-kwantitajiet fil-każ li hemm riferenza għalihom f’L-Artikoli 95 u 96 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, li għalihom intalbet l-għajnuna għal dik is-sena kalendarja, fejn il-każ jista’ jkun subdiviż għal kull żona subbażi;

(b) mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru: data definittiva, fuq żonas u kwantitajiet; miksuba filwaqt li jitqiesu l-ispezzjonijiet li jkunu diġà saru.

(ċ) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju tas-sena ta’ waraid-data finali li tikkorrispondi ma’ ż-żonas jew kwantitajiet li għalihom l-għajnuna attwalment tħallset għal dik is-sena kalendarja, wara, fejn hu applikabbli, isir tnaqqis fir-riduzzjoni fż-żona prevista fl-Artikolu 32 ta’ Regolament (KE) No 2419/2001.

Ż-żonas għandhom ikunu espressi f’ettari sa żewġ postijiet deċimali. Il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f’tunnellati sa tliet postijiet deċimali.

Artikolu 6

tnaqqis tal-ko-effiċjent

1. Il-koeffiċjent tat-tnaqqis ta’ żona fil-każ li hemm riferenza għalih f’L-Artikoli 75, 78(2), 82, 85 u 89(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew tal-kwantitajiet u l-kriterji tal-objettiv fil-każ li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 96(4) ta’ dak ir-Regolament għandu jkun iffissat sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru tas-sena konċernata fuq il-bażi tad-data komunikata skond l-Artikolu 5(b) ta’ dan ir-Regolament.

2. Fil-każi li hemm riferenza għalihom f’L-Artikoli 75, 82, 85 u 95(4) ta’ Regolament (KE) Nru 782/2003, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru tas-sena konċernata, il-koeffiċjent tat-tnaqqis applikat u, fil-każ li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 95(4) ta’ dak ir-Regolament, il-kriterji tal-objettiv applikat.

Il-KAPITOLU 2 PREMIUM SPEĊIFIKU GĦALL-KWALITÀ GĦALL-QAMĦ TA’ L-AWSTRALJA

Artikolu 7

Tgħarbil għall-varjetà

1. L-Istati Membri mniżżla fl-Artikolu 74(1) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandhom jistabbilixxu l-lista ta’ varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja eliġibbli għall-premium speċifiku għall-kwalità li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 72 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 skond il-metodu għat-tgħarbil għall-varjetà stabbilit f’paragrafi 2 sa 5 ta’ dak l-Artikolu.

2. L-Istati Membri għandhom, ta’ l-anqas kull sentejn, jidentifikaw ta’ l-anqas żewġ varjetajiet rappreżentattivi.

3. Il-varjetajiet rappreżentattivi għandhom ikunu varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja l-aktar ċertifikati.

(a) kontenut ta’ proteina (40 %),

(b) kwalità ta’ glutina (30 %),

(ċ) indiċi isfar (20 %),

(d) piż speċifiku u piż ta’ elf qalba (10 %).

Is-somma tal-medji tal-parametri tal-kwalità li hemm riferenza għalihom f’(a) sa (d), multiplikata bil-valur indikat f’persentaġġ, għandha tikkonsisti fl-indiċi tal-kwalità tal-varjetajiet.

Kull Stat Membru għandu jqabbel, fuq firxa ta’ mill-anqas sentejn, l-indiċi tal-kwalità tal-varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja ma’ dawk tal-varjetajiet rapprezentattivi fuq livell reġjonali. Il-varjetajiet li għandhom jiġu eżaminati għandhom ikunu dawk li huma reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ kull Stat Membru, bl-esklużjoni ta’ dawk il-varjetajiet li għalihom ma tkunx disponibbli data analitika għall-aħħar tliet snin minħabba li ma jibqgħux użati jew ċertifikati

Għal dak l-iskop, bbażat fuq l-indiċi medju tal-kwalità ta’ 100 attribwit lill-varjetajiet rappreżentattivi, kull Stat Membru għandu jikkalkula, għal kull parametru ta’ kwalità li hemm riferenza għaliħ f’(a) sa (d), il-persentaġġ li għandu jkun assenjat lill-varjetajiet l-oħra tal-qamħ ta’ l-Awstralja f’kuntrast ma’ l-indiċi ta’ mija. Varjetajiet ta’ qamħ ta’ l-Awstralja b’indiċi ugwali għal jew akbar minn 98 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-premium tal-kwalità għal qamħ ta’ l-Awstralja

4. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mil-lista ta’ varjetajiet eliġibbli varjetajiet li għandhom rata medja ta’ telf ta’ vitreous aspect ta’ qamħ ta’ l-Awstralja (mitadinage) li taqbeż is-27 %.

5. Varjetajiet,li huma reġistrati fil-katalgu nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor, jistgħu jiġu eżaminati wkoll għall-eġibilità tagħhom.

Artikolu 8

Metodi ta’ analiżi

1. Il-metodi ta’ analiżi tal-kontenut ta’ proteina, piż speċifiku u r-rata ta’ telf ta’ vitreous aspect tal-qamħ ta’ l-Awstralja (mitadinage) għandhom ikunu dawk stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 824/2000(13).

2. L-indiċi l-isfar għandu jkun imkejjel skond il-metodu ICC 152 jew metodu ekwivalenti rikonoxxut.

3. Il-kwalità ta’ glutina għandha tkun mkejla skond il-metodu ICC 158 jew skond il-metodu ICC 151.

Artikolu 9

Kwantità ta’ żerriegħa ċertifikata

L-Istati Membri ghandhom jiffissaw qabel l-1 ta’ Ottubru tas-sena li tiġi qabel is-sena li għaliha jingħata l-premium, il-kwantità minima ta’ żerriegħa, ċċertifikata skond id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE(14), li għandha tintuża skond il-prattiċi agrikoli kurrenti fiż-zona ta’ produzzjoni konċernata.

Artikolu 10

Publikazzjonijiet u komunikazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista ta’ varjetajiet magħżula li huma eliġibbli fuq livell nazzjonali jew reġjonali għal premium għal kwalità speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru, għal varjetajiet tax-xitwa, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, għall-varjetajiet tar-rebbiegħa, tas-sena li tiġi qabel is-sena li ghaliha jingħata l-premium.

2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-kummissjoni, sa mhux aktar tard minn xahar wara d-dati previsti fil-paragrafu 1, il-lista li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 kif ukoll, jekk modifikata, il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċertifikata li għandha tintuża.

Artikolu 11

Validità

1. Il-varjietajiet imniżżla fil-lista li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu eliġibbli għall-premium għall-kwalità speċjali għall-qamħ ta’ l-Awstralja għal perjodi ta’ ħames snin li jibdew igħoddu mid-data ta’ l-ewwel tniżżil tagħhom fuq dik il-lista.

2. L-eliġibilità ta’ kull varjetà tista’ tkun estiża għal perjodu ta’ ħames snin, bbażata fuq ir-riżultati ta’ l-analiżi kwalitativa magħmula matul it-tieni u t-tielet sena tal-perjodu ta’ eleġiblità ta’ ħames snin.

Artikolu 12

Miżuri transitorji

1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw qabel il-15 ta’ Mejju 2004 il-lista ta’ varjetajiet, li huma eliġibbli għall-premium biss fl-2004 u l-2005 u għandhom jibgħatu l-lista lill-Kummissjoni qabel it-30 ta’ Ġunju 2004.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-lista li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 billi jeliminaw mil-lista ta’ varjetajiet li huma reġistrati fil-katalgu nazzjonali l-varjetajiet li ma kinux ċertifikati fl-2002 u fl-2003 u dawk li ma jissodisfawx ta’ l-anqas tnejn mill-parametri li ġejjin:

(a) kontenut minimu ta’ proteina ta’ 11,5 %;

(b) piż speċifiku minimu ta’ 78 kg/hl;

(ċ) piż minimu ta’ 1000 qalba ta’ 42 g;

(d) rata massima ta’ telf ta’ 27 %;

(e) kontenut minimu ta’ glutina ta’ 10 %.

3. Il-lista ta’ varjetajiet li mhumiex eliġibbli għall-premium fl-2004, l-2005 u l-2006 jistgħu jinkludu varjetajiet li huma fil-lista ta’ varjetajiet magħżula ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-analiżi kwalitativa magħmula minn dan l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 13

Miżuri ta’ kontroll

1. L-applikazzjoni ta’ għajnuna għal premium speċifiku għall-kwalità għall-qamħ ta’ l-Awstralja għandha tkun akkumpanjata minn prova, mogħtija skond ir-regoli ffissati mill-Istat Membru, li l-kwantità minima ta’ żerriegħa ċertifikata kienet użata.

2. F’każ li tkun stabbilita differenza bejn il-kwantità minima ta’ żerriegħa ċertifikata ffissata mill-Istat Membru u l-kwantità li effettivament tkun ġiet użata, ż-żona determinata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(r) ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandha tkun kalkulata billi tiddividi il-kwantità totali ta’ żerriegħa ċertifikata li għaliha tkun ingħatat prova ta’ l-użu tagħha mill-bidwi, bil-kwantità minima ta’ żerriegħa ċertifikata kull ettaru ffissata mill-Istat Membru fiż-żona ta’produzzjoni konċernata.

Il-KAPITOLU 3 PREMIUM GHAL UĊUĦ TAR-RABA’ TAL-PROTEINA.

Artikolu 14

Taħlita ta’ ċerajali u uċuħ tar-raba’ tal-proteina.

F’reġjuni fejn l-uċuħ tar-raba’ tal-proteina huma miżrugħa b’mod tradizzjonali f’taħlita ta’ ċerejali, il-premium għal uċuħ tar-raba tal-proteina għandu jitħallas fuq talba ta’ l-applikant sakemm hu jipprova, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorijtajiet kompetenti, li l-uċuħ tar-raba’ tal-proteina huma predominanti fit-taħlita. Ż-żonas konċernati m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali speċifika li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 98 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-KAPITOLU 4 ĦLAS GĦAL UĊUĦ TAR-RABA’ SPEĊIFIĊI GĦAR-ROSS

Artikolu 15

Applikazzjoni

Meta japplikaw għall-għajnuna, il-bdiewa għandhom jispeċifikaw il-varjetà ta’ ross miżrugħ għal kull roqgħa art kultivata li għaliha jikklemja l-ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi għar-ross li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 79 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 16

Dati għat-żrigħ

Biex wieħed ikun eliġibbli għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi għar-ross, ż-żona dikjarata għandha tiġi miżrugħha sa mhux aktar tard minn:

(a) Fit-30 Ġunju li jiġi qabel il-ħsad in kwistjoni, għal Spanja u l-Portugall,

(b) fil-31 ta’ Mejju għal Stati Membri proutturi oħra li hemm riferenza ghalihom fl-Artikolu 80(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

madankollu fil-French Guiana, ż-żonas għandhom ikunu miżugħa għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ rispettivament, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru u t-30 ta’ Ġunju ta’ qabel kull wieħed minnhom u l-ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi fir-rigward tar-ross għandu jingħata fuq il-bażi tal-medja taż-żonas miżrugħa għal kull wieħed miż-żewġ ċikli ta’ żrigħ..

Artikolu 17

Ko-effiċjent ta’ tnaqqis

Il-ko-effiċjent ta’ tnaqqis tal-ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi fir-rigward tar-ross li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 82 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jkun kalkulat skond l-Anness I.

Artikolu 18

Komunikazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu, permezz ta’ trasmissjoni elettronika, lill-Kummissjoni, qabel il-15 ta’Mejju 2004, il-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu u, skond il-każ:

(a) is-subdiviżjoni ta’ ż-żona bażi tagħhom jew żonas f’żonas subbażi,

(b) il-kriterji ta’ l-objettiv li fuqhom huma bbażati dawk is-subdiviżjonijiet.

2. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 5, l-informazzjoni li ġejja:

(a) sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru:

(i) il-lista ta’ varjetajiet reġistrati fil-katalgu nazzjonali, klassifikati skond il-kriterji definiti f’L-Anness I, oġġett 2, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003(15),

(ii) Ż-żonas miżrugħa li għalihom saru applikazzjonijiet għal ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi fir-rigward tar-ross, skond il-varjetà tar-ross, u ż-żona bażi u ż-żona subbażi, skond it-tabella f’L-Anness II(A) għal dan r-Regolament, inklużi l-limiti maqbuża ta’ ż-żonas bażi u ż-żonas subbażi, definiti minn kull Stat membru skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru, il-modifikazzjonijiet fir-rigward ta’ ż-żonas miżrugħà li għalihom saru applikazzjonijiet għal ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi fir-rigward tar-ross, mibgħuta skond subparagrafu 1, skond it-tabella f’L-Anness II (B) ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) sa mhux aktar mill-31 ta’ Lulju, l-informazzjoni dwar ż-żonas miżrugħa li għalihom il-ħlas għal uċuħ tar-raba’ speċifiċi fir-rigward tar-ross ikun attwalment sar għas-sena ta’ marketing li tkun għaddiet, skond il-metodu ta’ kalkulazzjoni definit f’L-Anness I għal dan ir-Regolament, skond it-tabella f’L-Anness II(C) għal dan r-Regolament.

3. Għal French Guiana, l-informazzjoni dwar ż-żonas miżrugħa hija kkomunikata fuq il-bażi tal-medja ta’ ż-żonas miżrugħa matul iż-żewġ ċikli ta’ żrigħ.

4. Kull sena l-Istati Membri jistgħu jirrevedu is-sub-areas bażi u l-kriterji ta’ l-objettiv li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1. Għandhom jibgħatu din l-informazzjoni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju ta’ qabel il-ħsad in kwistjoni.

Il-KAPITOLU 5 ĦLAS GĦAL ŻONA FIR-RIGWARD TAL-LEWŻ

Artikolu 19

Kondizzjonijiet għall-eleġibilità għall-għajnuna mill-Komunità.

1. Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu, Orchard tfisser żona omoġenja u ħaġa sħiha mħawla b’siġar tal-lewż li mhumiex msallba b’uċuħ tar-raba’ jew plantazzjonijiet u li hi ġeografikament kontinwa. Siġar iżolati jew ringiela waħdanija ta’ siġar tal-lewż mħawla matul it-toroq jew uċuħ tar-raba’ oħra m’għandhomx jitqiesu bħala orchard.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati membri jistgħu iħallu l-preżenza ta’ siġar oħra li mhumiex tal-lewż sa limitu li jikkorrispondi għal 10 % tan-numru ta’ siġar stabbilit fil-paragrafu 3.

2. L-Orchards li jipproduċu l-lewż u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom f’paragrafi 3 u 4 fid-data li trid tiġi ffissata b’konformità ma’ l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament biss huma eliġibbli għall-ħlas għal żona previst f’Artiklu 83 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fil-każ ta’ orchard fejn jitkabbru tipi differenti ta’ lewż u meta l-għajnuna tingħata skond il-funzjoni tal-prodott, il-kondizzjonijiet għall-eleġibilità u/jew il-livell ta’ għajnuna speċifika għat-tip ta’ lewż li huwa predominanti, għandhom japplikaw.

3. Il-qies minimu ta’ biċċa art fejn jitħawlu s-siġar ma jistax ikun inqas minn 0,10 ettaru

In-numru ta’ siġar tal-lewż għal kul ettaru ta’ orchards m’għandux ikun inqas minn:

- 125 għall-Ġellewż,

- 50 għal-lewż morr,

- 50 għall-ġewż,

- 50 għall-pistaċċi,

- 30 għall-ħarrub.

4. L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-qies minimu ta’ biċċa art u d-densità tas-siġar b’livell ogħla minn dawk stabbiliti fil-paragrafu 3 skond kriterji oġġettivi u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ ż-żonas u l-produzzjonijiet konċernati.

Artikolu 20

Kondizzjonijiet għall-eliġibilità għall-għajnuna nazzjonali.

L-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna nazzjonali li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 87 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 87 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, Stat Membru jista’ jistabbilixxi kriterji għal eliġibilità oħra, sakemm dawn il-kriterji jaqblu ma’ l-oġġettivi ambjentali, rurali, soċjali u ekonomiċi ta’ l-iskema ta’ għajnuna u ma jġibux diskriminazzjoni bejn il-produtturi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti neċessarji biex jikkontrollaw dawk il-kriterji.

Artikolu 21

Applikazzjoni

Fl-applikazzjoni għall-għajnuna, il-bdiewa għandhom jispeċifikaw in-numru ta’ siġar tal-lewż bit-tip u r-roqgħa agrikola ta’ kull waħda.

Artikolu 22

Komunikazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-kummissjoni qabel id-data li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3 u sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2004:

(a) fejn Stat Membru japplika għal għajnuna tal-Komunità taħt l-Artikolu 83(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-livell ta’ ħlas għal żona għal kull prodott u/jew ż-żona nazzjonali modifikata garantita (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "NGA")

(b) il-livelli ogħla u l-kriterji li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 19(4) ta’ dan ir-Regolament;

(ċ) il-kriterji addizzjonali li hemm riferenza għalhom fl-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament,

u, fis-snin ta’ wara, sal-31 ta’ Marzu id-data li hemm riferenza għaliha f’punti (b)u (c) u sal-15 ta’ Mejju d-data li hemm riferenza għaliha f’punt (a).

2. kull modifikazzjoni li ssir lill-komunikazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 għandha tapplika għas-sena ta’ wara u għandha tintbaghat immedjatament mill-Istati Membri lill-Kummissjoni akkumpanjata bil-kriterji oġġettivi li jiġġustifikaw tibdiliet bħal dawn.

Artikolu 23

Miżuri transizzjonali

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jekk u b’liema kondizzjonijiet il-pjan għal titjib li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 86(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 jistgħu jitwaqqfu qabel l-iskadenza normali tagħhom u żonas relattivi isiru eliġġibli taħt din l-iskema.

2. Meta jistabbilixxu l-kunidzzjonijiet li hemm riferenza ghalihom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) il-pjan ma jitwaqqafx qabel l-implimentazzjoni sħiha tiegħu fuq firxa ta’ sena,

(b) l-oġġettivi inizzjali tal-pjan intlaħqu għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru.

Il-KAPITOLU 6 GĦAJNUNA GĦALL-PATATA TAL-LAMTU

Artikolu 24

Eliġibilità

l-għajnuna għall-patata tal-lamtu prevista fl-Artikolu 93 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandha tingħata għal patata li hija koperta b’kuntratt ta’ kultivazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ Regolament (KE) Nru 2236/003 (16), ta’ kwalità tajba u ġusta biex tkun tista’ tinbiegħ, fuq il-bażi tal-piż nett tal-patata determinat b’wieħed mill-metodi deskritti f’L-Anness I ta’Regolament (KE) Nru 2235/2003 (17) u l-kontenut ta’ lamtu tal-patata mqassma, skond ir-rati ffissati f’L-Anness II ta’ Regolament (KE) Nru 2235/2003.

L-ebda għajnuna għall-patata tal-lamtu m’għandha tingħata għal patata li mhix ta’ kwalità tajba u ġusta biex tkun tista’ tinbiegħ u lanqas għal patata li l-kontenut ta’ lamtu tagħha huwa anqas minn13 %, ħlief fejn it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(3) ta’ Regolament (KE) Nru 2236/2003 ikun japplika.

Artikolu 25

Applikazzjoni

Għas-sena 2003, il-bidwi għandu jissottometti applikazzjoni għall-għajnuna bl-informazzjoni kollha neċessarja biex jistabbilixxi l-eliġibilità għall-għajnuna, b’mod partikolari:

(a) l-identità tal-bidwi;

(b) kopja ta’ kuntratt għal kultivazzjoni li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 24;

(ċ) prospett mill-bidwi li hu konxju mill-kondizzjonijiet marbuta mal-għajnuna in kwisjoni.

Artikolu 26

Prezz minimu

L-għajnuna għal patata tal-lamtu għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li tingħata prova li prezz li mhuwiex inqas minn dak li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 4(a) ta’ Regolament (KE) Nru 1868/94 tħallas fl-istadju fejn sar it-tqassim fil-fabbrika skond ir-rati ffissati f’L-Anness II ta’ Regolament (KE) 2235/2003.

Il-prova li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 10(2) ta’ Regolament (EC) Nru 2236/2003 għandha tapplika.

Artikolu 27

Ħlas

1. Permezz ta’ deroga minn l-Artikolu 28(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 u mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ żmien ffissat fl-istess Artikolu, għas-sena 2004, l-għajnuna għall-patata tal-lamtu għandha titħallas lill-bdiewa mill-Istat Membru li fit-territorju tagħhom il-patata tal-lamtu ġiet manifatturata għall-kwantitajiet mqassma lill-impriżi li jipproduċu l-lamtu fi żmien erba’ xhur wara d-data li fiha l-prova li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 26 ta’ dan ir-Regolament kienet mogħtija u l-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament ġew rispettati.

2. Ir-rata ta’ kambju li għandha tintuża biex l-għajnuna għall-patata tal-lamtu tkun espressa f’munita nazzjonali għandha tkun il-waħda applikata taħt l-Artikolu 20 ta’ Regolament (KE) Nru 2236/2003.

Artikolu 28

Spezzjonijiet u tnaqqis

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka skond il-ħtieġa għall-iskopijiet ta’ spezzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu kif ukoll fil-każ lil-patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu mill-patata hija s-suġgett ta’ kummerċ intra-komunitarju.

2. Spezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru fil-każ ta’ l-2004 ta’ l-anqas 3 % tal-produtturi wara li jkunu ġew konklużi kuntratti għall-kultivazzjoni ma’ impriżi li jipproduċu l-lamtu.

3. Spezzjonijiet fuq il-post għandhom ikunu magħżula wara li tkun saret analiżi tar-riskju li tqis dan li ġej:

(a) kwantitajiet ta’ patata maħsuba għall-manifattura tal-lamtu mill-patata fir-rigward ta’ l-uċuħ kif dikjarat fil-kuntratt għall-kultivazzjoni li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 24;

(b) parametri oħra li għandhom jiġu definiti.

4. Jekk jinstab li ż-żona attwalment kultivata hija baxxa aktar minn 10 % tal-wiċċ dikjarat, l-għajnuna li għandha titħallas lill-produttur konċernat għal ħsad kurrenti għandha titnaqqas b’darbtejn id-differenza misjuba.

Il-KAPITOLU 7 PREMIUM GĦALL-PRODOTTI TAL-ĦALIB U ĦLAS ADDIZZJONALI

Artikolu 29

Applikazzjoni għall-għajnuna

Għas-sena 2004, il-produttur għandu jissottometti applikazzjoni għall-għajnuna li fija l-informazzjoni kollha neċessarja biex tiġi stabbilita l-eliġibilità għall-għajnuna, b’mod partikolari l-identità tal-produttur u l-prospett tal-produttur li hu konxju mill-kondizzjonijiet għall-għajnuna in kwistjoni.

Artikolu 30

Każi ta’ nuqqas ta’ attività

1. Meta persuna natuarli jew legali b’pussess ta’ kwantità individwali ta’ riferenza ma tkunx imxiet mal-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(c) ta’ Regolament (KE) Nru 1788/2003 matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li jintemm fil-31 ta’ Marzu tas-sena konċernata, sakemm hu ma jipprovax qabel it-terminu perentorju għall-applikazzjoni u għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-produzzjoni tkun ittieħdet kollha.

2. Paragrafu 1 m’għandux japplika f’każi ta’ forza maġġuri u f’każi ġusti li jeffettwaw temporanjament il-kapaċità għall-produzzjoni tal-produtturi konċernati u li jkunu rikonoxxuti mill-awtorità konċernata.

Artikolu 31

Spezzjonijiet u sanzjonijiet

1. Mill-inqas 2 % ta’ l-applikanti kull sena għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post Spezzjonijiet fuq il-post għandhom ikopru il-kondizzjonijiet għall-eleġibilità għall-premium għall-prodotti tal-ħalib u għal ħlas addizzjonali, notevolment fuq il-bażi ta’ l-accounting tal-bdiewa u reġistri oħra.

2. L-Artikoli 31, 32(1) u 33 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 għandhom japplikaw sal-punt li "żona" tinqara bħala "kwantità individwali ta’ riferenza".

Fejn fil-każ li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 30(1) ta’ dan ir-Regolament il-persuna konċernata ma tieħux il-produzzjoni sat-terminu perentorju għal din l-applikazzjoni, il-kwantità individwali ta’ riferenza determinata skond it-tifsira tas-sub-paragrafu ta’ qabel għandu jitqies bħala żero. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għall-għajnuna tal-persuna konċernata għas-sena in kwistjoni għandha tiġi rifjutata. Ammont ugwali għall-ammont kopert mill-applikazzjoni rifjutata għandu jinqata’ mill-ħlasijiet ta’ għajnuna taħt kull waħda mill-iskemi ta’ għajnuna li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3508/92 li għalihom l-persuna tkun intitolata fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet li jitfa’ matul is-sena kalendarja li tiġi wara s-sena kalendarja li fiha tkun saret l-iskoperta.

3. Ir-riferenza għal l-Artikolu 1(1) ta’ Regolament (KEE) Nru 3508/92 li hemm fl-Artikolu 32(2) u fit-tieni subparagrafu ta’ Atrikolu 33 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001 kif ukoll fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jinqara bħala li jirreferi għall-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti taħt Titli III u IV ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Il-KAPITOLU 8 GĦAJNUNA GĦAL UĊUĦ TAR-RABA’ TA’ L-ENERĠIJA

TAQSIMA 1 Definizzjonijiet

Artikolu 32

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu:

(a) "Applikant" tfisser kull bidwi li jikkultiva ż-żonas li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 88 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 bil-ħsieb li jikseb l-għajnuna li hemm riferenza għaliha f’dak l-Artikolu;

(b) "L-ewwel proċessur" tfisser kull min juża matżona prima agrikola u li jagħmel l-ewwel proċessar tagħha bil-ħsieb li jikseb wieħed jew aktar mill-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 88 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003.

TAQSIMA 2 Kuntratt

Artikolu 33

Użu ta’ matżona prima

1. Kull matżona prima agrikola b’eċċezzjoni tal-pitravi tista’ titkabbar f’żonas koperti mill-għajnuna prevista fl-Artikolu 88 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 sakemm dawn ikunu intenzjonati primarjament għall-użu fil-produzzjoni tal-prodotti ta’ l-enerġija li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu in kwistjoni.

Il-valur ekonomiku tal-prodotti ta’ l-enerġija li hemm riferenza għalihom fl-ewwel subparagrafu miksuba bl-ipproċessar ta’ matżona prima għanu jkun ogħla minn dak ta’ prodotti oħra intenzjonati għal użu ieħor u li jkunu miksuba b’ipproċessar bħal dan, kif determinat bil-metodu ta’ valutazzjoni stabbilit fl-Artikolu 49(3).

2. Il-matżona prima li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 għandha tkun koperta b’kuntratt skond l-Artikolu 90 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

3. L-applikanti għandhom iqassmu l-matżona prima maħsuda lill-ewwel proċessur li għandu jirċevihom u jassigura li kwantità ekwivalenti ta’ matżona prima bħal din tiġi użata fil-Komunità għall-manifattura ta’ wieħed jew aktar mill-prodotti ta’ l-enerġija li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 88 ta’ Regolament (KE) nru 1782/2003.

Fejn l-ewwel proċessur juża l-matżona prima attwalment maħsuda biex juża prodott intermedju jew bi-prodotti biex jimmanifattura wieħed jew aktar mill-prodotti finali kif hemm riferenza għalih fl-ewwel subparagrafu.

Fil-każ li hemm riferenza għalih fit-tieni subparagrafu, l-ewwel proċessur għandu jinforma b’dan lill-awtorità kompetenti li lilu tkun tħallset is-sigurtà..Fejn kwantità ekwivalenti bħal din hija użata fi Stat Membru li mhux dak fejn sar il-ħsad tal-matżona prima, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin bid-dettalji ta’ transazzjoni bħal din.

4. Fil-kuntest ta’ dispoSIZZjonijiet nazzjonali li jirregolaw ir-relazzjonijiet kontrattwali, l-ewwel proċessur jista’ jiddelega lil parti terza il-kollezzjoni tal-matżona prima mill-bidwi li jkun qed japplika għall-għajnuna.. Id-delegat għandu jaġixxi f’isem u għall-proċessur li jibqa’ waħdu responsabbli fir-rigward ta’ l-obbligazzjonijiet stabbiliti permezz ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 34

Derogi

1. Minkejja l-Artikolu 33(2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikanti biex:

(a) jużaw iċ-ċereali u żerriegħa li minnha jintagħsar iż-żejt koperti bil-kodiċi NM 12010090, ex12050090 u 12060091 u li huma maħsuda:

(i) bħala karburanti għat-tisħin ta’ l-ażjenda agrikola tagħhom;

(ii) għall-produzzjoni fl-ażjenda ta’ l-elettriku u biofuels;

(b) jipproċessaw f’biogas (Kodiċi NM 2711 29 00) fl-azjenda il-matżona prima kollha maħsuda

2. Fil-każi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 l-applikanti għandhom jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni minflok il-kuntratt li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 35, biex jużaw jew jipproċessaw direttament il-matżona prima koperta bid-dikjarazzjoni. L-Artikoli 35 sa 50 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Bi żjieda, l-applikanti għandhom ikollhom il-matżona prima maħsuda mwiżen minn entità jew impriża magħżula mill-Istat Membru u għandhom iżommu kontijiet separate għall-matżona prima użata u l-prodotti u bi-prodotti riżultanti mill-ipproċessar tagħhom..

madankollu, fil-każ taċ-ċereali u l-ż-żerriegħa li minnha jintagħsar iż-żejt u tat-tiben, u fejn l-impjant kollu huwa użat, l-użin jista’ jinbidel b’kejl volumetriku tal-matżona prima

3. L-Istati Membri li japplikaw paragrafu 1 għandhom jintroduċu miżuri adekwati ta’ kontroll biex jassiguraw li l-matżona prima hija użata direttament fl-ażjenda jew hija proċessata f’biogasli jaqgħu taħt Kodiċi NM 27112900.

4. Ċereali u ż-żerriegħa li minnha jintagħsar użati skond paragrafu 1(a) għandha tinbidel in-natura tagħhom skond il-metodu stabbilit mill-Istat Membru. l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żejt prodott billi tiġi proċessata ż-żerriegħa li minnha jintagħsar iż-żejt skond paragrafu 1(a)(ii) li għandhom ikunu dinaturati minflok ż-żerriegħa li minnha jintagħsar iż-żejt infushom u li l-użu taż-żerriegħa jkun spezzjonat.

Artikolu 35

kuntratt

1. Flimkien ma’ l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna, l-applikanti għandhom jissottomettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom il-kuntratt li jkunu kkondkludew ma’ l-ewwel proċessur.

2. L-applikanti għandhom jassiguraw li kuntratti bħal dawn jispeċifikaw dan li ġej:

(a) l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet firmatarji tal-kuntratt;

(b) il-perjodu kopert minn dan il-kuntratt;

(ċ) l-ispeċi ta’ matżona prima konċernata u ż-żona mħawlha b’kull speċi;

(d) kull kondizzjoni applikabbli għat-tqassim tal-kwantitajiet imbassta ta’ matżona prima;

(e) impriża biex jaqdu l-obligazzjonijiet tagħhom skond l-artikolu 33(3);

(f) l-użu primarju tal-matżona prima, b’kull użu finali jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti f’L-Artikoli 33(1) u 49(3).

3. L-applikanti għandhom jassiguraw li l-kuntratti jiġu konklużi fil-ħin biex jippermettu l-ewwel proċessur biex jiddeposita kopja ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-applikant fil-limiti ta’ ħin stabbiliti fl-Artikolu 44(1)..

4. Għal raġunijiet ta’ kontroll, l-Istat Membri jistgħu jobbligaw lil kull applikant biex jikkonkludi kuntratt dwar kunsinn waħdanija għal kull matżona prima.

TAQSIMA 3 Emenda u tmiem ta’ kuntratt.

Artikolu 36

Emenda u tmiem ta’ kuntratt

Fejn il-partijiet firmatarji tal-kuntratt jemendaw jew itemmu dan ta’ l-aħħar wara li l-applikanti jkunu ssottomettew applikazzjoni għall-għajnuna, l-applikanti jistgħu jibqgħu jissottomettu applikazzjonijiet għall-għajnuna bħal dawn biss bil-kondizzjoni li, bl-iskop li jippermettu li jsiru spezzjonijiet meħtieġa, huma jinfurmaw l-awtorità kompetenti tagħhom dwar emenda jew terminazzjoni bħal din, sa mhux aktar tard mid-data tal-għeluq stabbilita fl-Istat Membru konċernat biex tiġi emendata l-applikazzjoni.

Artikolu 37

Ċirkustanzi eċcezzjonali

Mingħajr preġudizzju għal L-artikolu 36, fejn l-applikanti jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li, sakemm ma jkunux ċirkustanzi eċċezzjonali, ma jkunux jistgħu jissupplixxu il-matżona prima kollha jew parti minnha speċifikata fil-kuntratt, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, wara li jsibu biżżejjed xhieda ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali bħal dawn, jawtorizzaw emendi bħal dawn fil-kuntratti kif jidhrilhom xieraq jew jawtorizzaw t-terminazzjoni tagħhom.

fejn l-art koperta b’kuntratti titnaqqas bħala riżultat ta’ emendi li jsiru fih jew fejn kuntratti jiġu mitmuma, applikanti għandhom jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-għajnuna li hemm riferenza għaliha f’dan il-Kapitolu għalż-żonas irtirati mill-kuntratt

Artikolu 38

Tibdiliet fl-użu finali

mingħajr preġudizzju għal l-Artikolu 36, l-ewwel proċessuri jistgħu jibdlu l-użu primarju maħsub tal-matżona prima, kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 35(2)(f), ladarba l-matżona prima koperta bil-kuntratt tkun mqassma lilhom u ladarba l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 40(1) u fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 44(3) jiġu mwettqa.

Tibdil fl-użu finali għandu jsir bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 33(1) u L-artikolu 49(3).

L-ewwel proċessur għandu javvża minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu fid-dawl tal-kontrolli meħtieġa.

TAQSIMA 4 Gwadanni rappreżentattivi u kwantitajiet mqassma

Artikolu 39

Gwadanni rappreżentattivi

Kull sena l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, billi jużaw il-proċedura xierqa, gwadanni rappreżentattivi li jridu jinkisbu, u għandhom jinfurmaw l-applikanti konċernati dwarhom.

Artikolu 40

Kwantitajiet li jridu jigu mqassma

1. L-applikanti għandhom jiddikjaraw il-kwantità totali ta’ matżona prima maħsuda bl-ispeċi lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u għandhom jikkonfermaw il-kwantitajiet ta’ matżona prima mqassma u l-partijiet li tqassmulhom il-kunsinni.

2. Il-kwantitajiet attwali li għandhom jiġu mqassma mill-applikanti lill-ewwel proċessuri għandhom ta’ l-anqas jaqblu mal-gwadann rappreżentattiv.

madankollu, f’każijiet ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu, billi ssir eċċezzjoni, jaċċettaw kwantità sa 10 % taħt il-gwadann rappreżentativ.

Barra minn hekk, fejn l-awtoritajiet kompetenti awtorizzaw l-emendar jew it-terminazzjoni ta’ kuntratti skond l-Artikolu 37, huma jistgħu, fejn jidher ġustifikat li jagħmlu dan, inaqqsu l-kwantitajiet li l-applikanti huma mistennija li jqassmu taħt l-ewwel subparagrafu.

Artikolu 41

Tnaqqis ta’ l-għajnuna

fejn l-applikanti jonqsu li jqassmu l-kwantità meħtieġa ta’ xi kwantità ta’ matżona prima skond dan il-Kapitolu, dawn għandhom jitqiesu, għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 32 ta’ Regolament (KE) Nru 2419/2001, li ma qdewx l-obbligi tagħhom fir-rigward ta’ rqajja intenzjonati għal skopijiet ta’ enerġija għal żona kalkulata billi tiġi multiplikata ż-żona ta’ l-art kultivata u użata minnhom għall-produzzjoni ta’ matżona prima bi qbil mal-kriterji stabbiliti f’dan il-kapitolu bil-persentaġġ tad-differenza fil-kunsinni ta’ ta’ dik il-matżona prima.

TAQSIMA 5 Kondizzjonijiet għall-ħlas ta’ l-għajnuna

Artikolu 42

Ħlas

1. L-għajnuna tista’ titħallas lill-applikanti qabel ma’ l-mateja prima tiġi proċessata. madankollu, ħlas bħal dan għandu jsir biss fejn il-kwantitajiet mitluba ta’ matżona prima skond dan il-Kapitolu ikunu tqassmu lill-ewwel proċessur u fejn::

(a) id-dikjarazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 40 tkun saret;

(b) Kopja tal-kuntratt tkun ġiet mogħtija lill-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur u l-kondizzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 33(1) ikunu ġew imwettqa:

(ċ) l-awtorità kompetenti tkun irċeviet prova li s-sigurtà prevista fl-Artikolu 45(2) tkun ġiet iddepożitata:

(d) L-awtorità kompetenti responsabbli għall-ħlas tkun iċcekkjat li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35 ikunu ġew imwettqa fil-każ ta’ kull applikazzjoni.

2. Fil-każ ta’ uċuħ tar-raba’ biennali, fejn il-matżona prima tiġi maħsuda, u għalhekk imqassma, matul it-tieni sena ta’ kultivazzjoni biss, il-ħlas għandu jsir f’kull waħda mis-sentejn ta’ wara l-konklużjoni tal-kuntratt kif previst fl-Artikolu 35, bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu li::

(a) l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(b),(c) u (d) ta’ dan l-Artikolu jiġu mwettqa mill-ewwel sena ta’ kultivazzjoni; u

(b) l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu jiġu mwettqa, u l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 44(3) tiġi mibgħuta, fit-tieni sena ta’ kultivazzjoni

Il-ħlasijiet għandhom isiru biss għall-ewwel sena ta’ kultivazzjoni jekk l-awtoritajiet kompetenti jirċievu prova li s-sigurtà kif prevista fl-Artikolu 45(2) tkun ġiet depożitata. Għat-tieni sena ta’ kultivazzjoni, is-sigurtà ma għandhiex għalfejn tkun depożitata biex ikun jista’ jsir il-ħlas.

3. Fil-każ ta’ uċuħ tar-raba permanenti jew multiannwali, il-ħlas ta’ l-għajnuna għandu jsir kull sena mid-data ta’ l-iffirmar tal-kuntratt. Il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis.

TAQSIMA 6 Kuntratt u obbligazzjonijiet għall-applikanti u l-ewwel prċessuri.

Artikolu 43

Numru ta’ proċessuri

Prodotti ta’ l-enerġija għandhom jiġu akkwistati l-aktar minn tieni proċesur.

Artikolu 44

Kuntratt u obbligazzjonijiet għall-applikanti u l-ewwel proċessuri

1. L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw kopja tal-kuntratt ma’ l-awtoritajiet kompetenti sa mhux aktar tard mid-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna għas-sena in kwistjoni fl-Istat Membru konċernat.

Fejn applikanti u l-ewwel proċessuri jemendaw jew jitterminaw kuntratti qabel id-data li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 36 f’sena partikolari, l-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti kopja tal-kuntratt emendat jew terminat, sa mhux aktar tard minn dik id-data.

2. L-ewwel proċessuri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni mitluba fuq il-katina ta’ proċessar in kwistjoni. Il-ko-effiċjenti għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Artikolu 50(1).

3. L-ewwel proċessuri li jkunu ħadu pussess tal-matżona prima minn applikanti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-kwantitajiet ta’ matżona prima li jkunu rċevew, jispeċifikaw l-ispeċi, l-isem u l-indirizz tal-parti għall-kuntratt lit kun qassmet il-matżona prima, il-post fejn sar it-tqassim u r-riferenza tal-kuntratt, f’limitu ta’ żmien li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri li jippermetti li l-pagamenti jsiru fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 28 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/200..

Fejn l-Istati Membri ta’ l-ewwel proċessuri ma jkunux l-istess Stati Membri li fihom tkabbret il-matżona prima, allura, fi żmien 40 jum ta’ xogħol minn meta tkun waslet l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet ta’ l-applikanti dwar il-kwantitajiet totali ta’ matżona prima mqassma.

TAQSIMA 7 Sigurtajiet

Artikolu 45

L-ewwel proċessuri

1. L-ewwel proċessuri għandhom jiddepożitaw sigurtà sħiħa kif previst fil-paragrafu 2 lill-awtoritajiet kompetenti sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għall-ħlas għas-sena in kwistjoni fl-Istat membru konċernat.

2. Is-sigurtajiet li għandhom jiġu depożitati għal kull matżona prima għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi mmultiplikata s-somma ta’ ż-żonas kollha kultivati taħt din l-iskema, koperti b’kuntratt iffirmat mill-ewwel proċessur konċernat u użati biex tiġi magħmula dik il-matżona prima, bir-rata ta’ EUR 60 kull ettaru.

3. Fejn il-kuntratti huma emendati jew terminati skond l-Artikoli 36 jew 37, is-sigurtajiet depożitati għanhom ikunu aġġustati għal dik ir-raġuni.

4. Persentaġġ tas-sigurtà għandha tiġi rrilaxxata għal kull matżona prima bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur konċernat ikollu prova li l-kwantità ta’ matżona prima in kwistjoni kienet proċessata skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(2)(f), billi jitqiesu, fejn ikun meħtieġ, kull tibdil skond l-Artikolu 38..

Artikolu 46

Kondizzjonijiet primarji u inferjuri

1. L-obbligazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu l-ħtiġijiet primarji skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2220/85(18):

(a) l-obbligu biex jiġu proċessati l-kwantitajiet ta’ matżona prima prinċipalment fi prodotti finali speċifikati fil-kuntratt. Il-matżona prima għandha tkun proċessati sal-31 ta’ Lulju tat-tieni sena wara dik tal-ħsad;

(b) l-obbligu li l-prodotti jkunu akkumpanjati b’kopja ta’ kontroll T5 skond l-Artikolu 47 and 48.

2. L-obbligazzjonijiet li ġejjin, li jridu jitwettqu mill-ewwel proċessuri, huma kondizzjonijiet inferjuri fit-tifsita ta’ l-Artikolu 20 of Regolament (KEE) Nru 2220/85:

(a) l-obbligu li tiġi aċcettata kunsinna ta’ matżona prima mqassma mill-applikanti skond l-artikolu 33(3);

(b) l-obbligu li jiġu depożitati kopji ta’ kuntratti skond l-Artikolu 44(1);

(ċ) l-obbligu li tiġi mogħtija l-informazzjoni mitluba skond l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 44(3);

(d) l-obbligu li tiġi depożitata sigurtà skond l-Artikolu 45(1).

TAQSIMA 8 Dokumenti għal bejgħ fil-, trasferiment għal, jew tqassima lil Stat Membru ieħor jew għall-esportazzjoni

Artikolu 47

Kopja tal-kontroll T5

Fejn l-ewwel proċessuri ibiegħu jew jitrasferixxu fi Stati Membri oħra prodotti intermedji koperti b’kuntratti kif previst fl-Artikolu 35, il-prodotti għandhom ikunu akkumpanjati b’kopji ta’ kontroll maħruġa skond ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Wieħed mit-tieni proċessuri li ġejjin għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura "Oħra" f’kaxxa 104 tal-kopji ta’ kontroll T5:

- Prodotti destinado a su transformación o entrega de acuerdo con lo establecido en el artículo 34 del Reglamento (CE) n.o 2237/2003 de la Comisión

- Skal anvendes til forarbejdning eller levering i overensstemmelse med artikel 34 i Kommissionens forordning (EF) nr. 2237/2003

- Zur Verarbeitung oder Lieferung gemäß Artikel 34 der Verordnung (EG) Nr. 2237/2003 der Kommission zu verwenden

- Προς χρήση για μεταποίηση ή παράδοση σύμφωνα με το άρθρο 34 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 2237/2003 της Επιτροπής

- To be used for processing or delivery in accordance with l-Artikolu 34 of Commission Regulation (EC) No 2237/2003

- À utiliser pour transformation ou livraison conformément aux dispositions de l’L-Artikolu 34 du règlement (CE) n.o 2237/2003 de la Commission

- Da consegnare o trasformare conformemente all’articolo 34 del regolamento (CE) n. 2237/2003 della Commissione

- Te gebruiken voor verwerking of aflevering overeenkomstig artikel 34 van Verordening (EG) nr. 2237/2003 van de Commissie

- A utilizar para transformação ou entrega em conformidade com o artigo 34.o do Regulamento (CE) n.o 2237/2003 da Comissão

- Käytetään jalostamiseen tai toimittamiseen komission asetuksen (EY) N:o 2237/2003 mukaisesti

- Används till bearbetning eller leverans i enlighet med kommissionens förordning (EG) nr 2237/2003.

Artikolu 48

Alternattivi għall-kopja ta’ kontroll T5.

Minkejja l-Artikolu 46(1)(b),jekk il-kopja ta’ kontroll T5 ma tintbagħtx lura lill-uffiċċju tat-tluq ta’ l-entità responsabbli mill-kontroll fl-Istat Membru li fih l-ewwel proċessur huwa stabbilit tliet hir qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu perentorju previst fl-Artikolu 46(1)(a), bħala riżultat ta’ ċirkustanzi li l-ewwel proċessur ma jkollux kontroll fuqhom, id-dokumenti li ġejjin jistgħu jiġu aċċettati bħala alternattiva għall-kopja ta’ kontroll T5:

(a) fatturi ta’ xiri għall-prodotti intermedji;

(b) prospetti mit-tieni proċessur li jivverifikaw l-ipproċessar finali tal-matżona prima fi prodotti tal-enerġija kif hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 88 of Regolament (KE) Nru 1782/2003; u

(ċ) fotokopji ċertifikari mit-tieni proċessur ta’ dokumenti ta accounting li jippruvaw li l-ipproċessar ikun sar.

TAQSIMA 9 Spezzjonijiet

Artikolu 49

Żamma ta’ rekords

1. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandha tispeċifika r-rekords li għandhom jinżammu mill-proċessuri u l-frekwenza tagħhom, li għandha tkun ta’ l-anqas ta’ darba fix-xahar. Rekords bħal dawn għandhom ikollhom ta’ l-anqas dan li ġej:

(a) il-kwantitajiet ta’ matżona prima differenti mixtrija għall-ipproċessar;

(b) il-kwantitajiet ta’ matżona prima proċessati u l-kwantitajiet u tipi ta’ prodotti finali, ko-prodotti u bi-prodotti miksuba minnhom;

(ċ) ħala matul l-ipproċessar;

(d) il-kwantitajiet distrutti u r-raġunijiet għad-distruzzjoni bħal din;

(e) il-kwantitajiet u t-tipi ta’ prodotti mibjugħa jew trasferiti mill-proċessur u l-prezzijiet miksuba;

(f) fejn applikabbli, l-ismijiet u l-indirizzi tal-proċessuri sussegwenti..

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-ewwel proċessur għandha tispezzjona l-kuntratt biex tara li dan jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33(1). Fejn dawk il-kondizzjonijiet ma jiġux osservati, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-applikanti għandhom jiġu avvżati.

3. Bil-ħsieb li jiġi kkalkulat il-valur ekonomiku tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 33(1), l-awtoritajiet kompetenti konalihom fl-Artikolu 33(1), l-awtoritajiet kompetenti konċernati għandhom, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 44(2), iqabblu s-somma tal-valuri tal-prodotti ta’ l-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-òhra kollga intenzjonati għal użi oħra u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ proċessar. Kull valur għandu jkun ugwali għall-kwantità relevanti mmultiplikata bil-medja tal-prezzijiet tal-fabbrika matul is-sena ta’ marketing ta’ qabel. Fejn prezzijiet bħal dawn ma jkunux disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-prezzijiet relevanti, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 44(2).

Artikolu 50

Spezzjonijiet fil-bini tal-proċessuri

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn isir l-ipproċessar għandhom jivverifikaw il-konformità ma’ l-Artikolu 33(1) fil-bini ta’ mill-anqas 25 % tal-proċessuri stallati fit-territorju tagħhom, magħżula fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskju. Kontrolli bħal dawn għandhom jinvolvu ta’ l-anqas:

(a) paragun tas-somma tal-valur tal-prodotti ta’ l-enerġija mas-somma tal-valuri tal-prodotti l-oħra kollha maħsuba għal użu ieħor u miksuba mill-istess operazzjoni ta’ proċessar;

(b) analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni tal-proċessur, li tkun tinkludi spezzjonijiet fiziċi u spezzjonijiet ta’ dokumenti kummerċjali, bil-ħsieb li tivverifika, fil-każ ta’ proċessuri, li l-kunsinni ta’ matżona prima, prodotti finali, ko-prodotti u bi-prodotti jkunu jaqblu.

Għall-iskop ta’ kontrolli li hemm riferenza għalihom f’punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw b’mod partikolari fuq il-ko-effiċjenti ta’ l-ipproċessar tekniku tal-matżona prima konċernata. fejn ko-effiċjenti bħal dawn ikunu jeżistu għall-esportazzjoni fil-liġijiet tal-Komunità, dawn għandhom ikunu applikati. Fejn dawn ma jkunux imma ko-effiċjenti oħra jkunu jeżistu fil-liġijiet tal-omunità, dawn għandhom ikunu applikati. Fil-każi l-oħra kollha, l-ispezzjoni għandha tkun tiddependi l-aktar fuq ko-effiċjenti ġeneralment aċcettati mill-industrija ta’ l-ipproċessar.

2. Minkejja paragrafu 1, għall-operazzjonijiet ta’ proċessar li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 34, spezzjonijiet għandhom isiru fuq 10 % ta’ l-applikanti magħżula fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju u jitqiesu:

(a) L-ammonti f’għajnuna;

(b) in-numru ta’ rqajja agrikoli u ż-żona koperta b’applikazzjoni għall-għajnuna;

(ċ) żviluppi mis-sena ta’ qabel;

(d) is-sejbiet mill-ispezzjonijiet magħmula fis-snin ta’ qabel;

(e) parametri oħra li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri, bbażati fuq ir-rappreżentar tal-kuntratti sottomessi.

3. Fejn l-ispezzjonijiet li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 juru rregularitajiet f’minimu ta’ 3 % tal-każi, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel spezzjonijiet addizzjonali matul is-sena u għandha konsegwentament iżzid il-persentaġġ ta’ bdiewa li jkunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post matul is-sena ta’wara.

4. Jekk ikun previst li ċerti elementi ta’ l-ispezzjonijiet li hemm riferenza għalihom f’paragrafi 1 u 2 jistgħu isiru fuq il-bażi ta’ kampjun, dak il-kampjun għandu jiggarantixxi livell ta’ ta’ kontroll ta’ minn jorbot fuqu u rappreżentanza.

5. Kull spezzjoni fuq il-post għandha tkun soġġetta għal rapport ta’ spezzjoni iffirmat minn spettur li jagħti dettalji ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru. ir-rapport għandu jindika b’mod partikolari:

(a) id-data ta’ l-ispezzjoni;

(b) il-persuni preżenti;

(ċ) il-perjodu spezzjonat;

(d) it-teknika ta’ spezzjonar użat tinkludi, fejn ikun applikabbli, referenza għal metodi kif jittieħdu kampjuni

(e) riżultati ta’ l-ispezzjoni.

Artikolu 51

Produzzjoni ta’ qanneb

Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-qanneb li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 3(1a), it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 u l-Artikolu 21a ta’ Regolament (KE) Nru 2461/1999 għandhom jgħoddu.

Artikolu 52

Miżuri addizjonali u għajnuna reċiproka

1. l-Istati Membri għanhom jieħdu l-miżuri żejda meħtieġa għall-applikazzjoni kif suppost ta’ dan il-Kapitolu u għandhom jagħtu l-assistenza reċiproka meħtieġa għall-ispezzjonijiet meħtieġa skond dan il-Kapitolu. F’dan ir-rigward l-Istati Membri jistgħu, fejn f’dan il-Kapitolu mhumiex previsti tnaqqis xieraq u esklużjonijiet, japplikaw sanzjonijiet nazzjonali xierqa kontra parteċipanti fis-suq involuti fil-proċedura biex tingħata l-għajnuna.

2. Kif ikun meħtieġ jew mitlub minn dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin b’mod reċiproku biex jassiguraw kontrolli effettivi, u biex jawtorizzaw l-awtentiċità tad-dokumenti sottomessi u l-preċiżjoni tad-data lit rid tkun verifikata.

TAQSIMA 10 Esklużjoni mill-iskema u evalwazzjoni

Artikolu 53

Eskluzjoni ta’ matżona prima mill-iskema

l-Istati Membri jistgħu jeskludu kull matżona prima agrikola mill-iskema stabbilita minn dan il-Kapitolu fejn matżona prima bħal din tqajjem diffikultajiet min-naħa ta’ kontrollu, saħħa pubblika, l-ambjent, liġi kriminali, jew rata ta’ tnaqqis ta’ prodotti finali ta’ l-enerġija.

Artikolu 54

Evalwazzjoni

Qabel il-15 ta’ Otubru wara t-tmiem tas-sena ta’ marketing in kwistjoni, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex isir valutazzjoni ta’ l-iskema introdotta permezz minn dan il-Kapitolu.

Informazzjoni bħal din għandha tinkludi, b’mod partikolari:

(a) ż-żonas li jikkorrispondu ma’ kull speċi ta’ matżona prima;

(b) il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ matżona prima, prodott finali, bi-prodott u ko-prodott miksuba, b’dettalji tat-tip ta’ matżona prima użata;

(ċ) il-miżuri meħuda taħt l-Artikolu 34;

(d) il-matżona prima eskluża mill-iskema taħt l-Artikolu 53.

Il-KAPITOLU 9 DISPOSIZZJONIJIET FINALI d

Artikolu 55

mħassar

Regolament (KE) Nru 613/97 huwa mħassar.

Artikolu 56

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 23 Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1.

[2] ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 495/2001 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2001, p. 6).

[3] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11. Regolament kif emendat permezz ta’ Regolament (KE) Nru 2550/2001 (ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 105).

[4] ĠU L 94, tad-9.4.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar emendat permezz ta’ Regolament (KE) Nru 1127/98 (ĠU L 157, tat-30.5.98, p. 86).

[5] ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.3, p. 1).

[6] ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 123.

[7] ĠU L 299, ta' l-20.11.1999, p. 16. Regolament kif emendat l-aħħar permezz ta’ Regolament (KE) (ĠU L 55, tas-26.2.2, p. 10).

[8] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar emendat permezz ta’ Regolament (KE) Nru 1335/2003 (L 187, tas- 26.7.2003, p. 16).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

ĦLAS SPEĊIFIKU GĦAL UĊUĦ TAR-RABA’

Kalkolu tat-tnaqqis tal-ko-effiċjent li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 17

1. Għall-osservazzjoni għall-possibilità ta’ qbiż tal-limitu ta’ ż-żona bażi li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru għandu jqis, fuq in-naħa l-waħda ż-żonas bażi u ż-żonas subbażi, ffissati fl-Artikolu 81 tar-Regolament imsemmi aktar qabel, u fuq in-naħa l-oħra, it-total ta’ ż-żonas li għalihom ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għal-għajnuna fir-rigward ta’ dawn ż-żonas bażi u ż-żonas subbażi.

2. Waqt li tkun stabbilita ż-żona totali li għaliha ikunu ġew sottomessi applikazzjonijiet għall-għajnuna, għandhom jitiqiesu l-applikazzjonijiet jew partijiet ta’ applikazzjonijiet li spezzjoni tkun uriet b’mod ċar li mhumiex ġustifikati.

3. F’każ li qbiż tal-limitu jkun osservat għal ċerti żonas bażi jew eejas subbażi, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi għal dawn, il-persentġġ tal-qbiż tal-limitu, kalkulat b’żewġ postijiet deċimali skond it-terminu perentorju ffissat fl-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament. Meta qbiż tal-limitu jiġi osservat minn qabel, l-Istat Membru għandu jinforma mill-ewwel lill-prodotturi.

4. Il-ko-effiċjent tat-tnaqqis tal-ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ fir-rigward tar-ross għandu jiġi kkalkulat, skond l-Artikolu 82 ta’ Regolament (KE) Nru 1782/2003, bil-formola li ġejja:

Tnaqqis tal-ko-effiċjent = żona ta’ riferenza ta’ ż-żona subbażi diviża bż-żona totali li għaliha l-applikazzjonijiet għall-għajnuna ġew sottomessi għal din ż-żona subbażi.

Il-ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ fir-rigward tar-ross imnaqqas, għandu jiġi kkalkulat skond il-formula li ġejja:

ħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ fir-rigward tar-ross imnaqqasħlas speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ fir-rigward tar-ross multiplikat bil-ko-effiċjent tat-tnaqqis..

Dan it-tnaqqis tal-ko-effiċjent u dan il-ħlas imnaqqas li huwa speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ fir-rigward tar-ross għandhom ikunu kkalkulati għal kull żona subbażi, wara l-applikazzjoni tad-distribuzzjoni mill-ġdid prevista fl-Artikolu 82(2) tar-Regolament imsemmi aktar qabel. Id-distribuzzjoni mill-ġdid għandha ssir għall-gwadann ta’ ż-żonas subbażi li jkunu nqabbżu l-limiti tagħhom. Għandha ssir proporzjonalment għall-qbiż tal-limitu fż-żonas subbażi li għalihom ikunu nqabbżu l-limiti.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------