32003R2174



Official Journal L 326 , 13/12/2003 P. 0012 - 0015


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 2174/2003

tat-12 ta' Diċembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 466/2001 dwar l-aflatossini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jippreskrivi proċeduri Komunitarji dwar sustanzi li jikkontaminaw l-ikel [1], u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi għal sustanzi li jikkontaminaw oġġetti ta' l-ikel [2], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1425/2003 [3], jistabbilixxi livelli massimi ta' aflatossin B1 u aflatossin totali f'ċerti oġġetti ta' l-ikel.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 jiddisponi li safejn ebda livell speċifiku ma jkun ġie ffissat għal qamħirrum biex ikun suġġettat għal għażla, jew għal xi trattament fiżiku ieħor, qabel jittiekel mill-bniedem jew jintuża bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel qabel l-1 ta' Lulju 2003, il-livelli stabbiliti għal ċereali maħsuba għal konsum dirett japplikaw minn hemm 'il quddiem. Ir-raġuni għal dan kienet illi, fil-każ tal-qamħirrum, ma jistax ikun eskluż li metodi ta' għażla jew trattamenti fiżiċi oħra inaqqsu l-livell ta' kontaminazzjoni ta' aflatossini iżda l-effettivit_ reali ta' dawn il-metodi għad trid tiġi ppruvata.. Kien ukoll previst li, fin-nuqqas ta' data li jiġġustifikaw l-iffissar ta' livell massimu speċifiku għal ċereali mhux proċessati, il-livelli ta' 2 μg/kg aflatoxin B1 and 4 μg/kg aflatoxin.

(3) F'dak ir-rigward, ġew mibgħuta data li għandhom x'jaqsmu ma' qamħirrum. Fuq il-bażi tad-data mibgħuta, joħroġ ċar li bl-għażliet diversi u t-trattamenti fiżiċi il-kontenut ta' aflatossin f'qamħirrum mhux proċessat jista' jonqos sostanzjalment wara t-tindif fil-prodott finali għall-konsumatur (qamħirrum ifflejkjat, mitħun mod ieħor). Il-kontaminazzjoni mill-aflatossin kienet l-aktar konċentrata fil-fdal ta' l-għarbiel (skart) u fiż-żerriegħa tal-qamħirrum, fil-meal tan-nuħħala u fil-qamħirrum miksur (prodotti għalf ta' l-annimali). Waqt li mhuwiex possibbli tistma bi preċiżjoni kwantitattivament u b'ċertezza safejn dan it-tnaqqis jista' jinkiseb, joħroġ ċar mid-data disponibbli li l-passi differenti ta' tindif u proċessar huma effettivi biżżejjed fit-tneħħija ta' aflatossini minn prodotti tal-qamħirrum destinati għal konsum tal-bniedem li permezz tagħhom qamħirrum nej b'livelli ta' aflatossin B1 ta'.

(4) Jidher li xi wħud minn dawk li jinfurzaw il-kontroll ta' l-ikel u analisti, waqt li jirrappurtaw ir-riżultat analitiku, jużaw l-istess numru ta' ċifri sinifikanti li bihom jiġi espress il-livell massimu fil-leġislazzjoni.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

"3. Groundnuts, ġewż u frott imqadded li ma jikkonformawx mal-livelli massimi ta' aflatossin preskritti fil-punt 2.1.1.1 ta' l-Anness I u qamħirrum li ma jikkonformax mal-livelli massimi preskritti fil-punt 2.1.2.1 ta' dak l-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm dawn il-prodotti:

(a) ma jkunux maħsuba għal konsum dirett tal-bniedem jew użati bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel;

(b) jikkonformaw mal-livelli massimi preskritti fil-punt 2.1.1.2 ta' l-Anness I għal groundnuts, fil-punt 2.1.1.3 ta' l-Anness I għal ġewż u frott imnixxef u fil-punt 2.1.2.3 ta' l-Anness I għal qamħirrum;

(ċ) ikunu suġġettati għal trattament sekondarju li jinvolvi għażla jew xi trattament fiżiku ieħor u li wara dan it-trattament il-livelli massimi preskritti fil-punti 2.1.1.1 u 2.1.1.2 ta' l-Anness I ma jinqabżux, u li dan it-trattament ma jirriżultax f'residwi oħrali jagħmlu ħsara;

(d) ikunu tikkettjati b'mod ċar li juri d-destinazzjoni tagħhom, u jkollu l-indikazzjoni "il-prodott irid ikun suġġettat għal għażla jew xi trattament fiżiku ieħor biex titnaqqaslu l-kontaminazzjoni bl-aflatossin qabel il-konsum tal-bniedem jew l-użu bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel""

2. L-Anness I hu emendat kif preskritt fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 37, tat-13.02.1993, p. 1.

[2] ĠU L 77, tas-16.03.2001, p. 1.

[3] ĠU L 203, tat-12.08.2003, p. 1

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 466/2001 huwa emendat kif ġej:

1. Fit-Taqsima 2 (Mikotossini), il-punt 2.1 (Aflatossini) jinbidel b'dan li ġej:

"Prodott | Livell massimu aflatossin(μg/kg) | metodu ta' teħid ta' kampjuni | Prestazzjoni kriterji għall-metodi ta' analiżi |

| | B1 | (B1 + B2 + G1 + G2) | M1 |

2.1.AFLATOSSINI

2.1.1.Groundnuts, ġewż u frott imnixxef

2.1.1.1.Groundnuts, ġewż u frott imnixxef u prodotti proċessati tagħhom, maħsuba għal konsum dirett tal-bniedem jew għal użu bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel | 2,0 | 4,0 | — | Direttiva tal-Kummissjoni 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE |

2.1.1.2.Groundnuts li jridu jiġu suġġettati għalgħażla, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum tal-bniedem jew qabel jintużaw bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel | 8,0 | 15,0 | — | Direttiva 98/53/EC | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.1.3.Ġewż u frott imnixxef li jrid jiġi suġġettat għal għażla, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum tal-bniedem jew qabel l-użu bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel | 5,0 | 10,0 | — | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.2.Ċereali (inkluż qamħ saraċen, Fagopyrum sp)

2.1.2.1.Ċereali (inkluż qamħ saraċen, Fagopyrum sp) u prodotti proċessati minnhom maħsuba għall-konsum dirett tal-bniedem jew għall-użu bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel | 2,0 | 4,0 | — | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.2.2.Ċereali (inklużi qamħ saraċen, Fagopyrum sp), bl-eċċezzjoni ta' qamħirrum, li jridu jkunu suġġettati għal għażla, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum tal-bniedem jew qabel l-użu bħala ingredjenti f'oġġetti ta' l-ikel | 2,0 | 4,0 | — | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.2.3.Qamħirrum li jrid jiġi suġġettat għal għażla, jew trattament fiżiku ieħor, qabel il-konsum tal-bniedem jew qabel l-użu bħala ingredjent f'oġġetti ta' l-ikel | 5,0 | 10,0 | — | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.3.Ħalib (ħalib mhux imsajjar, ħalib għall-manifattura ta' prodotti b'bażi tal-ħalib u ħalib trattat bis-sħana kif imfisser fid-Direttiva tal-Kunsill 92/ 46/KE kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 | — | — | 0,05 | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2.1.4.L-ispeċi ta' ħwawar li ġejjin:Capsicum spp. (frott imnixxef tiegħu, sħiħ jew mitħun, inklużi bżar aħmar, trab tal-bżar aħmar, cayenne u paprika)Piper spp. (Frott tiegħu, inkluż bżar abjad u iswed)Myristica fragrans (noċemuskata)Zingiber officinale (ġinġer)Curcuma longa (żagħfran) | 5,0 | 10,0 | — | Direttiva 98/53/KE | Direttiva 98/53/KE | |

2. In-nota f'qiegħ il-paġna 9 hi mħassra.

--------------------------------------------------