32003R2172



Official Journal L 326 , 13/12/2003 P. 0008 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2003

tat-12 ta’ Diċembru 2003

li jemenda u jikkoreġi ir-Regolament (Ke) No 2273/2002 li tniżżel liġijiet dettaljati fuq l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1254/1999 fejn jidħol l-istħarriġ ta’ prezzijiet għal ċerti annimali bovini jew rappresentanti tas-swieq tal-komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1],u b’mod partikolari l-Artikolu 41 ta’ dan,

billi:

(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2273/2002 [2] li jnizzel dispożizzjonijiet fuq l-irrekordjar ta’ prezzijiet fuq is-swieq raprezentattivi ta’ l-Istati membri għall kategoriji varji ta’ annimali Bovini. Liġijiet dettaljati fuq l-informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti għat-tiftix tal-prezz għall kull waħda min dawn il-kategoriji huwa pprovdut fl-Annessi ta’ dak ir-Regolament.

(2) Fuq talba ta’ l-Istati membri kkonċernati, l-Annessi I,II u III tar-Regolament (KE) No 2273/2002 għandu jkun parzjalment reviżjonat fid-dawl tas-suq u d-daqs tal-popolazzjoni tal-bhejjem fl-Istati membri jkun żviluppat.

(3) Fid-dawl ta’ esperjenza, huwa barra min hekk jidher li l-Anness II tar-Regolament (KE)No 2273/2002 li jkunu jfihom żball

(4) Regolament (KE) No 2273/2002 għandu għalhekk jkun emendat u ikkoreġut kif suppost.

(5) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2273/2002 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. F’L-ANNESS I, parti G, punt 2 hu mibdul b’dan li ġej:

"2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti tal-piżijiet |

Nuchtere stierkalveren voor de mesterij, 1e kwaliteit

—Zwartbont | 60 |

—Roodbont | 25 |

—Vleesras | 15" |

2. F’L-ANNESS I, parti H, punt 2 hu mibdul b’dan li ġej:

"2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti tal-piżijiet |

tkabbir ta' għoġġiela

—barrin tal-ħalib | 56 |

—barrin taċ-ċanga | 44" |

3. F’L-ANNESS II, parti F, punt 2 hu mibdul b’dan li ġej:

"2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koefficjenti tal-piżijiets |

—għoġġiela tal-ħalib | 10 |

—għoġġiela tal-laħam | 90" |

4. in l-Anness III, parti B, punt 2 huwa mibdul b’dan li ġej:

"2. Kwalitajiet

Veaux blancs, moyenne des types commerciaux "extra"., "blanc bleu"., "pie rouge". et "pie noire"..".

L- Artikolu 2

F’L-ANNESS II, parti C, tar-Regolament (KE) No 2273/2002, punt 2 huwa kkoreġut kif ġejjin:

"2. Kwalitajiet u koeffiċjenti

Kwalitajiet | Koeffiċjenti tal-piżijiet |

Race charolaise de conformation U | 35 |

Race charolaise de conformation R | 35 |

Race limousine de conformation U | 30" |

L- Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

għandhom jgħoddu għall-komunikazzjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikoli 1(3), 2(3) and 3(3) tar-Regolament (KE) No 2273/2002 trasmess mit-8 ta’Jannar 2004.

L-Artikolu 2 għandhom jgħoddu mill-1 ta’ Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 12ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 1).

[2] ĠU L 347, ta' l-20.12.2002, p. 15.

--------------------------------------------------