Official Journal L 324 , 11/12/2003 P. 0017 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2157/2003 ta' l-10 ta' Diċembru 2003 li jemenda għas-sitta u għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi Indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi Indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lill-Afganistan, li jsaħħaħ l-interdizzjoni tat-titjir u jestendi l-ifriżar ta' fondi u riżorsi oħra finanzjarji fil-każ tat-Taliban ta' l-Afghanistan [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, ta' l-imsemmi, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet kopriti bl-ifriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt ir-Regolament. (2) Fl-4 ta' Diċembru 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness I għandu jkun hekk emendat. (3) Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, l-10 December 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, pġ. 9. [2] ĠU L 303, tal-21.11.2003, pġ. 20. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif. Id-dħul li ġej għandu jkun miżjud taħt l-intestatura "Persuni naturali": Saifi AMMARI (altrimenti (a) El Para (isem tal-ġlied), (b) Abderrezak Le Para, (c) Abou Haidara, (d) El Ourassi, (e) Abderrezak Zaimeche, (f) Abdul Rasak Ammane Abu Haidra, (g) Abdalarak). Data tat-twelid: L-1 ta' Jannar 1968. Post tat-twelid: Kef Rih, Alġerija. Ċittadinanza: Alġerija. --------------------------------------------------