32003R2049



Official Journal L 303 , 21/11/2003 P. 0020 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003

ta' l-20 ta' Novembru 2003

li jemenda għal ħamsa u għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi Indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' 'l Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi Indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċertu merkanzija u servizzi lill-Afganistan, li jsaħħaħ l-interdizzjoni tat-titjir u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra fil-każ tat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2003 [2], u partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, ta' l-imsemmi,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet kopriti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2) Fil-11 u t-12 ta' Novembru 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw. Għalhekk, l-Anness I għandu jkun hekk emendat.

(3) Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti fir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, pġ. 9.

[2] ĠU L 295, tat-13.11.2003, pġ. 81.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

1. Id-dħul li ġej għandu jkun miżjud taħt l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet":

DJAMAT HOUMAT DAAWA SALAFIA (altrimenti (a) DHDS, (b) El-Ahouel)

2. Id-daħliet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni naturali":

(a) Faraj Farj Hassan AL SAADI, Viale Bligny 42, Milan, l-Italja. Post tat-twelid: il-Libja. Data tat-twelid: it-28 ta' Novembru 1980 (altrimenti (a) MOHAMED ABDULLA IMAD. Post tat-twelid: Gaza. Data tat-twelid: it-28 ta' Novembru 1980; (b) MUHAMAD ABDULLAH IMAD. Post tat-twelid: il-Ġordan. Data tat-twelid: it-28 ta' Novembru 1980; (c) IMAD MOUHAMED ABDELLAH. Post tat-twelid: il-Palestina. Data tat-twelid: it-28 ta' Novembru 1980; (d) HAMZA "il-Libjan").

(b) Mokhtar BELMOKHTAR. Post tat-twelid: Gardaja. Data tat-twelid: l-1 ta' Ġunju 1972. Informazzjoni oħra: Iben Mohamed u Zohra Chemkha.

(ċ) Cherif Said BEN ABDELHAKIM (altrimenti (a) DJALLAL, (b) YOUCEF, (c) ABOU SALMAN), Corso Lodi 59, Milan, l-Italja. Post tat-twelid: Menzel Temine (it-Tunisja). Data tat-twelid: il-25 ta' Jannar 1970.

(d) Zarkaoui Imed BEN MEKKI (altrimenti ZARGA jew NADRA), Via Col. Aprosio 588, Vallecrosia (IM), l-Italja. Post tat-twelid: Tunes (Tuniżja). Data tat-twelid: il-15 ta' Jannar 1973. Informazjoni oħra: Tribunal ta' Milan – Ordni ta' Kustodja, tat- 30.09.2002, 36601/2001 R.G.N.R. - 7464/2001 R.G.GIP.

(e) Hamraoui Kamel BENN MOULDI (altrimenti KAMEL jew KIMO), Via Bertesi 27, Cremona, l-Italja jew Via Plebiscito 3, Cremona, l-Italja. Post tat-twelid: Beja (Tuniżja). Data tat-twelid: il-21 ta' Ottubru 1977.

(f) Maxamed Cabdullaah CIISE, Via Quaranta (moskea), Milan, l-Italja. Post tat-twelid: Somalja. Data tat-twelid: it-8 ta' Ottubru 1974.

(g) Radi Abd El Samie Abou El Yazid EL AYASHI, (altrimenti MERA'I), Via Cilea 40, Milan, l-Italja. Post tat-twelid: El Garbija (l-Eġittu). Data tat-twelid: it-2 ta' Jannar 1972.

(h) Bouyahia HAMADI, Corso XXII Marzo 39, Milan, l-Italja. Post tat-twelid: Tuniżja. Data tat-twelid: it-22 ta' Mejju 1966. (altrimenti GAMEL MOHMED. Post tat-twelid: il-Marokk. Data tat-twelid: il-25 ta' Mejju 1966.)

(i) Mohammed Tahir HAMMID (altrimenti ABDELHAMID AL KURDI), Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Post tat-twelid: Poshok (l-Iraq). Data tat-twelid: 1 November 1975. Titolu: Imam.

(j) Rihani LOFTI (altrimenti ABDERRAHMANE), Via Bolgeri 4, Barni (Como), l-Italja. Post tat-twelid: Tunes (Tuniżija). Data tat-twelid: l-1 ta' Lulju 1977.

(k) Daki MOHAMMED, Via Melato 11, Reggio Emilia, l-Italja. Post tat-twelid: il-Marokk. Data tat-twelid: id-29 ta' Marzu 1965.

(l) Mohamed Amin MOSTAFA, Via della Martinella 132, Parma, l-Italja. Post tat-twelid: Karkuk (l-Iraq). Data tat-twelid: il-11 ta' Ottubru 1975.

(m) Nasri Ait El Hadi MUSTAPHA. Post tat-twelid: Tunes. Data tat-twelid: il-5 ta' Marzu 1962. Informazzjoni oħra: Iben ta' Abdelkader u Amina Aissaoui.

(n) Saadi NASSIM (altrimenti ABOU ANIS), (a) Via Monte Grappa 15, Arluno (Milan), l-Italja, (b) Via Cefalonia 11, Milan, l-Italja. Post tat-twelid: Haidra (Tuneżija). Data tat-twelid: it-30 ta' Novembru 1974.

(o) Drissi NOUREDDINE, Via Plebiscito 3, Cremona, l-Italja. Post tat-twelid: Tunes (Tuniżija). Data tat-twelid: it-30 ta' April 1969.

(p) Lazher Ben Khalifa Ben Ahmed ROUINE (altrimenti (a) SALMANE, (b) LAZHAR), Vicolo S. Giovanni, Rimini, l-Italja. Post tat-twelid: Sfax (Tuneżija). Data tat-twelid: l-20 ta' Novembru 1975.

(q) Mourad TRABELSI (altrimenti ABOU DJARRAH), Via Geromini 15, Cremona, l-Italja. Post tat-twelid: Menzel Temine (Tuneżija). Data tat-twelid: l-20 ta' Mejju 1969.

--------------------------------------------------