Official Journal L 303 , 21/11/2003 P. 0003 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2044/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 li jistabbilixxi l-proċeduri amministrattivi għat-tieni qatgħa tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2004 għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 tas-7 ta' Marzu 1994 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu amministrati l-kwoti kwantitattivi [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) u (4), l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 13, 23 u 24 tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1985/2003 [4], igħarraf il-kwoti kwantitattivi ta' kull sena għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 520/94 huma applikabbli għal dawk il-kwoti. (2) Minħabba t-tkabbir tal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004, il-kwoti mgħarrfin fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 427/2003 ġew miżjuda bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1985/2003. (3) Peress li fl-1 ta' Mejju 2004 il-Komunità Ewropea se tghaddi minn process ta' tkabbir, huwa xieraq li l-kwota ta' l-2004 tiġi assenjata f'żewġ qatgħat, l-ewwel waħda minn Jannar sa April 2004 lill-importaturi fl-Istati Membri kurrenti u t-tieni waħda minn Mejju sa Diċembru 2004 lill-importaturi fil-pajjiżi kollha li ser ikunu Stati Membri minn Mejju 2004 'il quddiem. (4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1351/2003 [5] stabbilixxa proċeduri amministrattivi għall-ewwel qatgħa tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2004 għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (5) Dan ir-Regolament għandu jassenja l-kwoti konnessi mal-kwantitajiet għal Mejju sa Diċembru 2004. (6) Il-Kummissjoni għalhekk adottat ir-Regolament (KE) Nru 738/94 [6], kif l-aħħar emendat mit-Regolament (KE) Nru 983/96 [7], li jniżżel regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 520/94. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta' hawn fuq bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. (7) Ċerti karatteristiċi ta' l-ekonomija taċ-Ċina, n-natura staġjonali ta' ftit mill-prodotti u l-ħin neċessarju għat-trasport ifissru li l-ordnijiet għall-prodotti suġġetti għal kwota ġeneralment isiru qabel il-bidu tal-perjodu tal-kwota. Huwa għalhekk importanti li jiġi żgurat li l-limitazzjonijiet amministrattivi ma jimpedux li sseħħ l-importazzjoni pjanata. Sabiex ma tintlaqatx il-kontinwità ta' l-andamenti tal-kummerċ, l-arranġamenti biex tiġi assenjata u amministrata t-tieni qatgħa tal-kwoti ta' l-2004 għandhom għalhekk jiġu adottati qabel Mejju 2004 (8) Wara stħarriġ tal-metodi amministrattivi differenti provduti mir-Regolament (KE) Nru 520/94, il-metodu bażat fuq l-andamenti tal-kummerċ tradizzjonali għandu jiġi adottat. B'dan il-metodu l-kwoti jitqassmu f'zewġ porzjonijiet; waħda minnhom riservata għall-importaturi tradizzjonali u l-oħra għall-applikanti l-oħrajn. (9) Dan irriżulta li hu l-aħjar mod li bih tiġi żgurata l-kontinwità tal-kummerċ għall-importaturi Komunitarji konċernati u li jiġi evitat kull disturb fl-andamenti tal-kummerċ. (10) Il-perjodu tar-referenza użat biex ġie allokat il-porzjon tal-kwota mwarrab għall-importaturi tradizzjonali fil-Komunità fir-Regolament preċedenti dwar l-amministrazzjoni ta' dawn il-kwoti ma jistax jiġi aġġornat. Is-snin 2000 u 2001 kienu karatterizzati b'ċertu tagħwiġ, fejn, b'mod partikolari, kien hemm żieda ta' aktar mid-doppju ta' l-applikazzjonijiet minn Stat Membru wieħed, li rriżultat fi tnaqqis sostanzjali ta'allokazzjonijiet individwali tal-kwota lill-importaturi mhux tradizzjonali kollha fl-Istati Membri kollha. Fl-2002, kien hemm żieda sinifikanti fl-applikazzjonijiet minn importaturi mhux tradizzjonali minn kumpaniji tar-Renju Unit għal Stati Membri oħra li tissuġġerixxi sforz biex tiġi evitata l-prova ta' persuni assoċjati. Ukoll, investigazzjonijiet għadhom għaddejin dwar numru ta' detenturi tal-liċenzja fl-2002 u l-2003 li setgħu kisru l-prova ta' persuni assoċjati. Is-snin 1998 jew 1999 huma għalhekk l-iktar snin reċenti li huma rappreżentattivi tat-tendenza normali fl-andamenti tal-kummerċ tal-prodotti msemmija li huma impurtati mill-importaturi fil-Komunità. Importaturi tradizzjonali fil-Komunità għandhom, għalhekk, jagħtu prova li impurtaw prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li huma koperti mill-kwoti msemmija fis-snin 1998 jew 1999. Is-snin 2001 u 2002 huma l-aktar snin reċenti li huma rappreżentattivi tat-tendenza normali fl-andamenti tal-kummerċ tal-prodotti msemmija li huma impurtati minn importaturi fl-Istati li qed jaderixxu. Peress li l-maġġoranza l-kbira ta' l-importaturi fl-Istati li qed jaderixxu ma kienux suġġetti għar-restrizzjonijiet ta' l-importazzjoni u għalhekk ma kienu taħt l-ebda ħtieġa legali li jżommu d-dokumenti ta' l-importazzjoni għal kemm l-1998 u daqstant iehor l-1999, id-dispożizzjoni ta' prova li tikkonċerna l-1998 u l-1999 kienet timponi piżijiet sproporzjonati fuqhom. Importaturi tradizzjonali fl-Istati li qed jaderixxu għandhom għalhekk jagħtu prova li fl-2001 jew l-2002 importaw prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li huma koperti bil-kwoti msemmija. (11) Instab fil-passat li l-metodu previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 520/94, li hu bażat fuq l-ordni li fiha l-applikazzjonijiet huma riċevuti, jista' ma jkunx mod xieraq ta' kif jiġi allokat dak il-porzjon tal-kwota riservat għall-importaturi mhux tradizzjonali. Għalhekk, skond l-Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 520/94, huwa xieraq li jiġi provdut għal allokazzjoni fil-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba, fuq il-bażi ta' stħarriġ simultanju ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-importazzjoni li fil-fatt ġew preżentati, skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. (12) Il-Kummissjoni tikkonsidra li hu meħtieġ li operaturi li japplikaw bħala importaturi mhux tradizzjonali u li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' persuni assoċjati fis-sens ta' l-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jniżżel id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92 [8] li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 881/2003 [9], jistgħu jressqu biss applikazzjoni waħda għal-liċenzja għal kull linja tal-kwota mwarrba għall-importaturi mhux tradizzjonali. Sabiex jiġu esklużi applikazzjonijiet spekulattivi, l-ammont li kull importatur mhux tradizzjonali jista' jitlob għandu jkun ristrett għal volum iffissat. (13) Huwa xieraq li s-sehem tal-kwota riservat għall-importaturi tradizzjonali ikun iffissat għal 75 % u s-sehem għall-importaturi mhux tradizzjonali għal 25 %. (14) Jidher anki xieraq li kwantitajiet mhux meħuda mill-importaturi mhux tradizzjonali jiġu trasferiti għall-importaturi tradizzjonali, sabiex jiġi żgurat li dawn il-kwantitajiet ikunu jistgħu jiġu assenjati xorta waħda fis-sena li fiha ġew attribwiti. (15) Għall-iskop ta' l-allokazzjoni tal-kwota, limitu taż-zmien għandu jkun stabbilit għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzja mill-importaturi kemm tradizzjonali u dawk m'humiex tradizzjonali. (16) L-Istati Membri u l-Istati li qed jaderixxu għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-liċenzji ta' l-importazzjoni riċevuti, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 520/94. L-informazzjoni dwar l-importazzjoni preċedenti ta' l-importaturi tradizzjonali għandha tkun esprima fl-istess unitajiet bħall-kwota msemmija. (17) Sabiex importaturi tradizzjonali tal-Komunità jkunu jistgħu jkomplu bil-prattiċi kummerċjali tagħhom li jimportaw l-ammont sħiħ tal-kwantitajiet garantiti tagħhom kmieni fil-bidu tas-sena tal-kwota u li jiżguraw kompetittività ma' l-importaturi fl-Istati li qed jaderixxu li m'humiex soġġetti għall-ħtiġijiet tal-liċenzja qabel l-1 ta' Mejju 2004, il-liċenzji maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri għandhom jiġu maħruġa malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tal-kriterji kwantitattivi mill-Kummissjoni. Huma għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sal-31 ta' Diċembru 2004. (18) Dawn il-miżuri huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-amministrazzjoni tal-kwoti mwaqqaf skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 520/94, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dan ir-Regolament iniżżel id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1985/2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 427/2003 għall-kwoti konnessi mal-kwantitajiet minn Mejju sa Diċembru 2004. Ir-Regolament (KE) Nru 738/94 li jniżżel ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 520/94 għandu jgħodd, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. Il-kwoti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu assenjati skond il-metodu bażat fuq l-andamenti tal-kummerċ tradizzjonali, msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 520/94. 2. Il-porzjonijiet ta' kull kwota kwantitattiva mwarrba għall-importaturi tradizzjonali u l-importaturi mhux tradizzjonali għat-tieni qatgħa tal-kwoti ta' l-2004 huma mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. 3. (a) Il-porzjon imwarrab għall-importaturi mhux tradizzjonali għandu jkun imqassam skond il-metodu bażat fuq allokazzjoni fil-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba. Il-volum mitlub minn kull applikant ma jistax ikun iżjed minn dak imniżżel fl-Anness II. (b) Operaturi li huma meqjusa bħala persuni assoċjati kif definit mill-Artikolu 143 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistgħu jressqu biss applikazzjoni waħda għal-liċenzja għall-porzjon tal-kwota mwarrba għall-importaturi mhux tradizzjonali rigward il-merkanzija deskritta fl-applikazzjoni. Minbarra d-dikjarazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 3(2)(g) tar-Regolament (KE) Nru 738/94, kif emendat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 983/96, l-applikazzjoni għal-liċenzja għall-kwota mhux tradizzjonali għandha tiddikjara li l-applikant m'hux assoċjat ma' kull operatur ieħor li qed japplika għal-linja tal-kwota mhux tradizzjonali msemmija. (ċ) Dawk il-proporzjonijiet tal-kwantitajiet riservati għall-importaturi mhux tradizzjonali u li m'humiex assenjati ser jiżdiedu mal-kwantitajiet riservati għall-importaturi tradizzjonali. Artikolu 3 Applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu preżentati lill-awtoritajiet kompetenti elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament mill-jum ta' wara dak li fih ikun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, sal-15.00 (ħin ta' Brussel) tal-31 ta' Diċembru 2003. Artikolu 4 1. Għall-iskop ta' l-allokazzjoni tal-porzjon ta' kull kwota mwarrab għall-importaturi tradizzjonali, "tradizzjonali" għandha tfisser: - operaturi stabbiliti fil-Komunità qabel l-1 ta' Mejju 2004, li jistgħu juru li impurtaw merkanzija għal ġol-Komunità fis-sena kalendarja 1998 jew 1999, - operaturi stabbiliti f'wieħed mill-Istati li qed jaderixxu qabel l-1 ta' Mejju 2004 li jistgħu juru li impurtaw merkanzija għal ġo l-Istati li qed jaderixxu fis-sena kalendarja 2001 jew 2002. 2. Id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94 għandhom ikunu konnessi mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera matul jew is-sena kalendarja 1998 jew 1999 għall-importaturi tradizzjonali stabbiliti fil-Komunità u jew is-sena kalendarja 2001 jew 2002 għall-importaturi tradizzjonali stabbiliti fl-Istati li qed jaderixxu, kif indikat mill-importatur, tal-prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma koperti mill-kwota li dwarha qed issir l-applikazzjoni. 3. Minflok id-dokumenti msemmija fl-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 520/94, l-applikanti jistgħu jehmżu ma' l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzja dokumenti magħmulin u awtentikati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi ta' l-informazzjoni doganali disponibbli bħala prova ta' l-importazzjoni tal-prodott imsemmi waqt jew is-sena kalendarja 1998 jew 1999 (Stati Membri tal-Komunità) jew is-sena kalendarja 2001 jew 2002 (Stati li qed jaderixxu) magħmulha jew minnhom infushom jew, fejn applikabbli, mill-operatur li ħadulu l-attivitajiet tiegħu. Artikolu 5 L-Istati Membri u l-Istati li qed jaderixxu għandhom jinformaw il-Kummissjoni mhux aktar tard mill-10.00 (ħin ta' Brussel) fit-23 ta' Jannar 2004 tan-numru u tal-kwantità globali ta'applikazzjonijiet għal-liċenzja ta' l-importazzjoni u, fil-każ ta'applikazzjonijiet minn importaturi tradizzjonali, tal-volum ta' importazzjoni preċedenti magħmulha minn importaturi tradizzjonali matul il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 4(1) ta' dan ir-Regolament. Artikolu 6 Il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji kwantitattivi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-iskop li jissodisfaw l-applikazzjonijiet ta' l-importaturi mhux aktar tard mill-10 ta' Frar 2004. Artikolu 7 Liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati li qed jaderixxu għandhom ikunu validi mill-1 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004. Liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni tal-kriterji kwantitattivi mill-Kummissjoni. Għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ sal-31 ta' Diċembru 2004. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni Pascal Lamy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 66, 10.03.94, p. 1. [2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1. [3] ĠU L 65, 08.03.03, p. 1. [4] ĠU L 295, 13.11.03, p. 43. [5] ĠU L 192, 31.07.03, p. 8. [6] ĠU L 87, 31.03.94, p. 47. [7] ĠU L 131, 01.06.96, p. 47. [8] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. [9] ĠU L 134, 29.05.03, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Allokazzjoni tal-kwota ta' l-2004 - it-tieni qatgħa Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM | Porzjon riservat għall- importaturi tradizzjonali (75 %) | Porzjon riservat għall-importaturi mhux tradizzjonali (25 %) | Kalzatura li taqa' taħt il-kodiċi SA/NM | ex640299 | 43904228 par | 14634742 par | 640351640359 | 2387593 par | 795864 par | ex640391ex640399 | 10494678 par | 3498226 par | ex640411 | 14176498 par | 4725500 par | 64041910 | 25126810 par | 8375603 par | Reċipjenti ta' fuq il-mejda, oġġetti tat-tisjir fil-kċina tal-porċellana jew tal-kina li jaqgħu taħt il-kodiċi SA/NM | 691110 | 50929 tunnellata metrika | 16976 tunnellata metrika | Reċipjenti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda, oġġetti tat-tisjir fil-kċina, oġġetti oħra tad-dar u oġġetti tat-tojlit, barra dawk tal-porċellana jew tal-kina li jaqgħu taħt il-kodiċi SA/NM | 691200 | 43593 tunnellata metrika | 14531 tunnellata metrika | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Il-kwantità massima li tista' tkun mitluba minn kull importatur mhux tradizzjonali Deskrizzjoni tal-prodott | Kodiċi SA/NM | Kwantità massima determinata minn qabel | Kalzatura li taqa' taħt il-kodiċi SA/NM | ex640299 | 5000 par | 640351640359 | 5000 par | ex640391ex640399 | 5000 par | ex640411 | 5000 par | 64041910 | 5000 par | Reċipjenti ta' fuq il-mejda, oġġetti tat-tisjir fil-kċina tal-porċellana jew tal-kina li jaqgħu taħt il-kodiċi SA/ NM | 691110 | 5 tunnellata metrika | Reċipjenti taċ-ċeramika ta' fuq il-mejda, oġġetti tat-tisjir fil-kċina, oġġetti oħra tad-dar u oġġetti tat-tojlit, barra dawk tal-porċellana jew tal-kina li jaqgħu taħt il-kodiċi SA/NM | 691200 | 5 tunnellata metrika | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Lista ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri 1. IL-BELĠJU Service Public Fédéral Economie, P.M.E., Classes Moyennes & Energie Administration du Potentiel économique Politiques d'accès aux marchés, Service Licences Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie Bestuur Economisch Potentieel Markttoegangsbeleid, Dienst Vergunningen Generaal Lemanstraat 60, Rue Général-Leman 60 B-1040 Brussel/Bruxelles Tel. (32-2) 206 58 16 Fax (32-2) 230 83 22/231 14 84 2. ID-DANIMARKA Erhvervs -og Boligstyrelsen Vejlsøvej 29 DK-8600 Silkeborg Tel. (45) 35 46 60 30 Fax (45) 35 46 64 01 3. IL-ĠERMANJA Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) Frankfurter Strasse 29–35 D-65760 Eschborn Tel. (49) 619 69 08-0 Fax (49) 619 69 42 26/(49) 6196 908-800 4. IL-GREĊJA Ministry of Economy & Finance General Directorate of Policy Planning & Implementation Directorate of International Economic Issues 1, Kornarou Street G-Athens 105-63 Tel. (30-210) 328-60 31/328 60 32 Fax (30-210) 328 60 94/328 60 59 5. L-ISPANJA Ministerio de Economía y Hacienda Dirección General de Comercio Exterior Paseo de la Castellana, 162 E-28046 Madrid Tel. (34) 913 49 38 94/913 49 37 78 Fax (34) 913 49 38 32/913 49 37 40 6. FRANZA Service des titres du commerce extérieur 8, rue de la Tour-des-Dames F-75436 Paris Cedex 09 Tel. (33-1) 55 07 46 69/95 Fax (33-1) 55 07 48 32/34/35 7. L-IRLANDA Department of Enterprise, Trade and Employment Licencing Unit, Block C Earlsfort Centre Hatch Street Dublin 2 Ireland Tel. (353-1) 631 25 41 Fax (353-1) 631 25 62 8. L-ITALIA Ministero Attività Produttive Direzione Generale Politica Commerciale Div. VII Viale Boston 25 I-00144 Roma Tel. 39 0659932489 Fax 39 06592 55 56 9. IL-LUSSEMBURGU Ministère des affaires étrangères Office des licences Boîte postale 113 L-2011 Luxembourg Tel. (352) 22 61 62 Fax (352) 46 61 38 10. L-OLANDA Belastingdienst/Douane Engelse Kamp 2 Postbus 30003 NL 9700 R Groningen;Tel. (31-50) 523 91 11 Fax (31-50) 523 22 10 11. L-AWSTRIJA Bundesministerium für Wirtschaftliche und Arbeit Aussenwirtschaftsadministration Abteilung C2/2 Stubenring 1 A-1011 Wien Tel. (43) 1711 00 0 Fax (43) 1711 00 83 86 12. IL-PORTUGALL Ministério das Finanças Direcção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo, Edificio da Alfândega de Lisboa Largo do Terreiro do Trigo P-1100 Lisboa Tel. (351-21) 881 4263 Fax (351-21) 881 4261 13. SUOMI/IL-FILLANDJA Tullihallitus/Tullstyrelsen Erottajankatu/Skillnadsgatan 2 FIN-00101 Helsinki/Helsingfors Tel. (358-9) 6141 Fax (358-9) 614 28 52 14. L-ISVEZJA Kommerskollegium Box 6803 S-113 86 Stockholm Tel. (46-8) 690 48 00 Fax (46-8) 30 67 59 15. IR-RENJU UNIT Department of Trade and Industry Import Licensing Branch Queensway House West Precinct Billingham TS23 2NF United Kingdom Tel. (44-1642) 36 43 33/36 43 34 Fax (44-1642) 53 35 57 Lista ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati li qed jaderixxu 1. ĊIPRU Ministry of Commerce, Industry and Tourism Trade Department 6 Andrea Araouzou Str. 1421 Nicosia Tel. ++357 2 867100 Fax ++357 2 375120 2. IR-REPUBBLIKA CEKA Ministerstvo prumyslu a obchodu Licencní správa Na Frantisku 32 110 15 Praha 1 Tel. (420) 22406 2206 Fax (420) 22421 2133 3. L-ESTONJA Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium Harju 11 15072 Tallinn Estonia Tel. (372) 6256 400 Fax (372) 6313 660 4. L-UNGERIJA Gazdasági és Közlekedési Minisztérium Engedélyezési és Közigazgatási Hivatala 1024Budapest Margit krt. 85. Postafiók: 1537 Budapest Pf. 345. Tel. 0036(1) 336 7300 Fax 0036(1)336 7302 5. IL-LATVJA Ekonomikas Ministrija Brivibas iela 55 LV-1519 Riga Tel. 00371701 3006 Fax 00371728 0882 6. IL-LITWANJA Lietuvos Respublikos ûkio Ministerija Gedimino Ave 38/2 LT-2600 Vilnius Tel. 003705262 50 30/00 370 5262 87 50 Fax 003705262 39 74 7. MALTA Ministry for Economic Services Commerce Division Lascaris Valletta CMR02 Tel. 0035621243286 Fax 0035621231919 8. IL-POLONJA Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki Spolecznej Pl.Trzech Krzyzy 3/5 00-950 Warszawa Tel. 00 48/22/693 55 53 Fax 00 48/22/693 40 21 9. L-ISLOVAKKJA Ministerstvo Hospodárstva SR Odbor výkonu obchodno-politických opatrení Mierová 19 827 15 Bratislava Tel. 00421243423913/00421248542160 Fax 00421 2 4342 3919 10. L-ISLOVENJA Ministrstvo za gospodarstvo Področje ekonomskih odnosov s tujino Kotnikova 5 1000 Ljubljana Tel. +386(0)1/478 3600 Fax +386(0)1/478 3611 --------------------------------------------------