32003R1991



Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0081 - 0082


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2003

tat-12 ta' Novembru 2003

li jemenda għall-24 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitatjiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-network ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta' Afganistan [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1724/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2) Fit-3 ta' Novembru 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness I għandu jkun emendat kif xieraq.

(3) Biex jassigura li l-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament huma effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ma' dan ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu hawnhekk emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, pġ. 9.

[2] ĠU L 247, tat-30.9.2003, pġ. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif ġej:

1. Il-punt li ġej għandu jiġu miżjud taħt it-titolu

"Persuni Naturali"

:

"Ibrahim DAWOOD (jew (a) Ebrahim Dawood; (b) Sheikh Dawood Hassan). Data tat-twelid: 1955. Post tat-twelid: Ratnagiri, l-Indja. Nazzjonalità: Indjana. Nru tal-Passaport: A-333602, maħruġ f'Bombay, l-Indja, fis-6 t'April 1985.";

2. Il-punt

"Al Taqwa Trade, Property and Industry Company Limited (magħrufa wkoll bħala Al Taqwa Trade, Property and Industry) (magħrufa wkoll bħala Al Taqwa Trade, Property and Industry Establishment) (magħrufa wkoll bħala Himmat Establishment), fil-ħsieb ta' Asat Trust Reg., Altenbach 8, FL-9490 Vaduz, Liechtenstein"

taħt l-intestatura

"Persuni, gruppi u entitajiet legali"

għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"WALDENBERG AG (jew: (a) Al Taqwa Trade, Property and Industry; (b) Al Taqwa Trade, Property and Industry Company Limited; (c) Al Taqwa Trade, Property and Industry Establishment; (d) Himmat Establishment). Indirizz: (a) Asat Trust Reg., Altenbach 8, FL-9490 Vaduz, Liechtenstein; (b) Via Posero, 2, 22060 Campione d'Italia, l-Italja".

--------------------------------------------------