32003R1989

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2003 tas-6 ta' Novembru 2003 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa-pomatika u l-metodi rilevanti ta' l-analiżi

Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0057 - 0077
CS.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
ET.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
HU.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
LT.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
LV.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
MT.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
PL.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
SK.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503
SL.ES Chapter 3 Volume 40 P. 483 - 503


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2003

tas-6 ta' Novembru 2003

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru2568/91 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa-pomatika u l-metodi rilevanti ta' l-analiżi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea,

Wara li kunsidrat il-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar kif tiġi stabbilita organizzazzjoni komuni tas-suq fiż-żjut u x-xaħmijiet [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolamewnt (KE) Nru 1513/2001 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 35a tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2568/91 [3], kif l-ħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 796/2002 [4], jiddefinixxi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żjut taż-żebbuġa u ż-żjut taż-żebbuġa pomatika u jistabbilixxi l-metodi sabiex jistmaw dawn il-karatteristiċi. Il-karattarestiċi taż-żjut fil-kwistjoni jridu jiġu aġġustati sabiex iqisu u d-deskrizzjonijiet u d-definizzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa pomatika li japplikaw mill-1 ta' Novembru 2003 wara emenda fir-Regolament Nru 136/66/KEE, u b'mod partikolari l-inklużjoni tal-kategorija taż-żejt verġni ordinarju taż-żebbuġa fil-kategorija taż-żejt lampante taż-żebbuġa u t-tnaqqis ta' l-aċidità ħielsa tal-kategoriji kollha.

(2) Sabiex jissokta l-proċess ta' l-armonizzazzjoni ma' l-i standards internazzjonali stabbiliti mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żejt taż-Żebbuġa u l-Codex Alimentarius, għandhom jiġu aġġustati ċerti limiti li jirrigwardaw il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa pomatika stabbiliti bir-Regolament (KEE) Nru 2568/91.

(3) Sabiex jitnaqqas in-numru ta' l-analiżijiet meħtieġa għalbiex jiġu klassifikati l-kampjuni taż-żejt taż-żebbuġa intressat, huwa preferibbli li l-laboratorji tal-kontroll iwettqu l-analiżijiet tal-kwalità u s-safa taż-żjut fl-ordni stabbilita f'sensiela tad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati għalbiex jiġi verifikat jekk il-kampjun huwiex konsistenti mal-kategorija dikjarata. Huwa meħtieġ ukoll li jitħassru l-metodi ta' l-analiżi provduti fl-Annessi VIII u IX mar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 li ġew mibdula b'analiżijiet oħra iktar ta' min joqgħod fuqhom diġà ddikjarati f'dan ir-Regolament.

(4) Il-kampjunar ta' lottijiet taż-żjut taż-żebbuġa u taż-żjut taż-żebbuġa pomatika imqiegħda f'pakkeġġi żgħar, skond l-Anness Ia mar-Regolment (KEE) Nru 2568/91, jinvolvi numru ta' diffikultajiet prattiċi għal-laboratorji tal-kontroll. Sabiex jissolvew dawn id-diffikultajiet u jitnaqqsu l-kwantitajiet meħuda kemm jista' jkun, għandu jiġi emendat il-kontenut tal-kampjun primarju.

(5) Sabiex jitħalla perjodu taż-żmien ta' aġġustament għall-i standards il-ġodda u jingħata ż-żmien għad-dħul tal-mezzi dwar kif japplikawhom u sabiex tiġi evitata d-disturbanza tat-transazzjonijiet kummerċjali, l-emendi għal dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw sa l-1 ta' Novembru 2003. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi stabbilit illi ż-żejt taż-żebbuġa u ż-żejt taż-żebbuġa pomatika pakkjati qabel din id-data jistgħu jinbigħu sakemm jispiċċaw il-ħażniet interessati.

(6) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 jiġi mibdul b'li ġej:

"Artikolu 1

1. Iż-żjut, li l-karatteristiċi tagħhom jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punti 1 u 2 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala żjut verġni taż-żebbuġa fit-tifsira tal-punt 1(a) u (b) ta' l-Anness mar-Regolament Nru 136/66/KEE.

2. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 3 ta' l-Anness I ma' dan ir-Rgolament, għandu jitqies bħala żejt lampante taż-żebbuġa fit-tifsira tal-punt (ċ) ta' l-Anness mar-Regolament Nru 136/66/KEE.

3. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 4 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt irraffinat taż-żebbuġa fit-tifsira tal-punt 2 ta' l-Anness mar-Regolament Nru 136/66/KEE.

4. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 5 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt taż-żebbuġa kompost minn żjut irraffinati taż-żebbuġa u żjut verġni taż-żebbuġa fit-tifsira tal-punt 3 ta' l-Anness mar-Regolament 136/66/KEE.

5. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 6 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt krud taż-żebbuġa pomatika fit-tifsira tal-punt 4 ta' l-Anness mar-Rgolament 136/66/KEE.

6. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 7 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt irraffinat taż-żebbuġa pomatika fit-tifsira tal-punt 5 ta' l-Anness mar-Regolament 136/66/KEE.

7. Iż-żejt, li l-karatteristiċi tiegħu jikkonformaw ma' dawk iddikjarati fil-punt 8 ta' l-Anness I ma' dan ir-Regolament, għandu jitqies bħala żejt taż-żebbuġa pomatika fit-tifsira tal-punt 6 ta' l-Anness mar-Regolament 136/66/KEE."

2. Fl-Artikolu 2(1), jitħassru l-inċiżi sebgħa u tnax.

(3) L-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 2(4) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"Għall-għanijiet tal-verifika pprovvduta fil-paragrafu 3, l-analiżijiet riferiti fl-Annessi II, III, IX, X u XII u, meta japplika, kull kontro-analiżi meħtieġa skond il-liġijiet nazzjonali, għandhom jitwettqu qabel id-data minima tad-durabbiltà. Meta l-kampjunar isir iktar minn erba' xhur qabel id-data minima tad-durabbiltà, l-analiżijiet għandhom jitwettqu mhux iktar tard mir-raba' xahar li fih ikun ittieħed il-kampjun. Ma għandu japplika l-ebda limitu taż-żmien għall-analiżijiet l-oħra pprovvduti f'dan ir-Regolament."

4. Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

"Artikolu 2a

L-awtoritajiet nazzjonali jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jivverifikaw jekk kampjun ikunx konsistenti mal-kategorija dikjarata:

(a) jew billi jitwettqu, f'kull ordni, l-analiżijiet ipprovvduti fl-Anness I;

(b) jew billi tiġi segwita l-ordni ddikjarata fl-Anness Ib fuq is-sensiela tad-deċiżjonijiet sakemm tintlaħaq waħda mid-deċiżjonijiet li jidhru fis-sensiela tad-deċiżjonijiet."

5. L-Artikolu 7 jiġi mibdul b'li ġej:

"Artikolu 7

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirrigwardaw il-preżenza tal-kontaminanti.

Rigward is-solventi aloġenati, il-limiti għall-kategoriji kollha taż-żjut taż-żebbuġa huma kif ġej:

- il-kontenut massimu ta' kull solvent aloġenat mikxuf: 0,1 mg/kg,

- il-kontenut massimu tas-solveni aloġenati mikxufa: 0,2 mg/kg."

6. L-Annessi jiġu emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolmnt għandu jidħol is-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mll-1 ta' Novembru 2003.

Madankollu, il-prodotti li jkunu ġew iffabbrikati u tikkettjati b'mod legali fil-Komunità qabel l-1 ta' Novembru 2003 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jinħlew il-ħażniet kollha.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/1966.

[2] ĠU L 201, tas-26.7.2001, p. 4.

[3] ĠU L 248, tal-5.9.1991, p. 1.

[4] ĠU L 128, tal-15.5.2002, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi mar-Regolament (KEE) Nru 2568/91 huma emendati kif ġej:

1. Is-sommarju huwa emendat kif ġej:

(a) il-vers li ġej jiddaħħal wara l-vers li jikkorrispondi fl-Anness Ia:

"L-Anness Ib: Is-siġr tad-deċijżjonijiet";

(b) il-versi li jikkorrispondu fl-Annessi VIII u XIII jitħassru.

2. L-Anness I jinbidel bit-tabelli u t-testi li ġejjin:

"

ANNOX I

IL-KARATTEISTIĊI TAT-TIPI TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Il-Kategorija | L-Aċidità (%) (*) | Il-Valur tal-Perossidu, mEqO2/kg (*) | Ix-Xama' mg/kg (**) | L-Aċidi saturati fil-posizzjoni-2 tat-trigliċerid (%) | Is-Stigmastadjenini mg/kg [1] | DId-Differenza bejn l-HPLCECN42 u l-ECN42 teoretiku | K232 (*) | K270 (*) | Delta-K (*) | Il-Medjan ta' l-istima organolettika tad-difetti (Md) (*) | Il-Medjan ta' l-istima organolettika tat-tjubija fit-togħma (Mf) (*) |

1.Iż-Żejt taż-żebbuġa extra vandgin | ≤ 0,8 | ≤ 20 | ≤ 250 | ≤ 1,5 | ≤ 0,15 | ≤ 0,2 | ≤ 2,50 | ≤ 0,22 | ≤ 0,01 | Md = 0 | Mf > 0 |

2.Iż-Żejt taż-żebbuġa vandgin | ≤ 2,0 | ≤ 20 | ≤ 250 | ≤ 1,5 | ≤ 0,15 | ≤ 0,2 | ≤ 2,60 | ≤ 0,25 | ≤ 0,01 | Md ≤ 2,5 | Mf > 0 |

3.Iż-Żejt taż-żebbuġa lampante | > 2,0 | — | ≤ 300 [2] | = 1,5 | ≤ 0,50 | ≤ 0,3 | — | — | — | Md > 2,5 [3] | – |

4.Iż-Żejt taż-żebbuġa rraffinat | ≤ 0,3 | ≤ 5 | ≤ 350 | ≤ 1,8 | — | ≤ 0,3 | — | ≤ 1,10 | ≤ 0,16 | – | – |

5.Iż-Żejt taż-żebbuġa mħallat kompost minn żjut taż-żebbuġa rraffinati u żjut taż-żebbuġa vandgin | ≤ 1,0 | ≤ 15 | ≤ 350 | ≤ 1,8 | — | ≤ 0,3 | — | ≤ 0,90 | ≤ 0,15 | – | – |

6.Iż-żejt taż-żebbuġa pomace mhux maħdum | — | — | > 350 [4] | ≤ 2,2 | — | ≤ 0,6 | — | — | — | – | – |

7.Iż-Żejt taż-żebbuġa pomace rraffinat | ≤ 0,3 | ≤ 5 | > 350 | ≤ 2,2 | — | ≤ 0,5 | — | ≤ 2,00 | ≤ 0,20 | – | – |

8.Iż-Żejt taż-żebbuġa pomace | ≤ 1,0 | ≤ 15 | > 350 | ≤ 2,2 | — | ≤ 0,5 | — | ≤ 1,70 | ≤ 0,18 | – | – |

[5] [6] [7] [8]

Noti:

a) Ir-riżultati ta' l-analiżijiet iridu jiġu espressi sa l-istess numru ta' postijiet deċimali kif użati għal kull karatteristika. L-aħħar ċifra diġitali trid tiġi miżjuda b'unit-jekk iċ-ċifra diġitali ta' wara tkun ikbar minn 4.

b) Jekk ma taqbilx mal-valuri ddikjarati karatteristika waħda biss, il-kategorija ta' żejt tista' tiġi mibdula jew iż-żejt iddikjarat bħala impur għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

ċ) Jekk karatteristika tiġi mmarkata b'asterisk (*), li jirreferi għall-kwalit-taż-żejt, dan ifisser dan li ġej:

- għaż-żejt taż-żebbuġa, huwa possibbli li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess waqt

- għaż-żjut taż-żebbuġa, jekk mill-inqas wieħed minn dawn il-limiti jrid jiġi mibdul mill-valuri ddikjarati, trid tinbidel il-kategorija taż-żejt, minkejja li jridu jibqgħu kklassifikati f'waħda mill-kategoriji taż-żejt taż-żebbuġa.

d) Jekk karatteristika tkun immarkata b'żewġ asteriski (**) dan ifisser illi għat-tipi kollha ta' żejt taż-żebbuġa pomaci, huwa possibbli li ż-żewġ limiti rilevanti jkunu differenti mill-valuri ddikjarati fl-istess waqt.

Il-Kategorija | [1]Il-Kontenut ta' l-aċidi xaħmin | Is-Somma ta'l-isomeritransolejċi (%) | Is-somma ta'ta' l-isomeritransolejċiutransinolejċi (%) | Il-komposizzjoni ta' l-Isteroli | It-Total ta' l-isteroli (mg/kg) | L-Eritrodjoluul-uvaolu(%) (**) |

Miristika (%) | Linolenika (%) | Arakidika (%) | Ejkosenojka (%) | Behenika (%) | Linjoċerika (%) | Il-Kolesterol (%) | Il-Brassikasterol (%) | Il-Kampesterol (%) | L-Istigmasterol (%) | Il-Beta-sitosterol (%) [2] | Id-Delta-7-stigmasterol (%) |

1.Iż-Żejt taż-żebbuġa extravandgin | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,2 | ≤ 0,2 | =0,05 | ≤ 0,05 | ≤ 0,5 | ≤ 0,1 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1000 | ≤ 4,5 |

2.Iż-Żejt taż-żebbuġa vandgin | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,2 | ≤ 0,2 | =0,05 | ≤ 0,05 | ≤ 0,5 | ≤ 0,1 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1000 | ≤ 4,5 |

3.Iż-Żejt taż-żebbuġa lampante | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,2 | ≤ 0,2 | =0,10 | ≤ 0,10 | ≤ 0,5 | ≤ 0,1 | ≤ 4,0 | – | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1000 | ≤ 4,5 [3] |

4.Iż-Żejt taż-żebbuġa rraffinat | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,2 | ≤ 0,2 | =0,20 | ≤ 0,30 | ≤ 0,5 | ≤ 0,1 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1000 | ≤ 4,5 |

5.Iż-Żejt taż-żebbuġa mħallat kompost minn żjut taż-żebbuġa rraffinati u żjut taż-żebbuġa vandgin | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,2 | ≤ 0,2 | =0,20 | ≤ 0,30 | ≤ 0,5 | ≤ 0,1 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1000 | ≤ 4,5 |

6.Iż-Żjut taż-żebbuġa pomace mhux maħduma | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,3 | ≤ 0,2 | =0,20 | ≤ 0,10 | ≤ 0,5 | ≤ 0,2 | ≤ 4,0 | – | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 2500 | > 4,5 [4] |

7.Iż-żejt taż-żebbuġa pomace rraffinat | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,3 | ≤ 0,2 | =0,40 | ≤ 0,35 | ≤ 0,5 | ≤ 0,2 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1800 | > 4,5 |

8.Iż-Żejt taż-żebbuġapomace | ≤ 0,05 | ≤ 1,0 | ≤ 0,6 | ≤ 0,4 | ≤ 0,3 | ≤ 0,2 | =0,40 | ≤ 0,35 | ≤ 0,5 | ≤ 0,2 | ≤ 4,0 | < Kamp. | ≥ 93,0 | ≤ 0,5 | ≥ 1600 | > 4,5 |

"

3. L-Anness Ia huwa mibdul b'dan li ġej:

"

ANNOX Ia

Il-Kampjunar taż-żejt taż-żebbuġa jew taż-żejt taż-żebbuġa pomace ikkunsinnati f'pakkeġġi immedjati li ma jaqbżux il-100 litru

Dan il-metodu ta' kampjunar japplika għall-kunsinni taż-żejt taż-żebbuġa jew taż-żejt taż-żebbuġa pomace li ma jaqbżux il-125000 litru, imqiegħda f'pakkeġġi li ma jaqbżux il-100 litru.

Jekk il-kunsinna taqbeż il-125000 litru, tiġi ssubdiviża f'lottjiet ta' 125000 litru jew taħthom. Jekk il-kunsinna tkun inqas minn 125000 litru, għandha tikkostitwixxi lott wieħed. TIl-metodu għandu mbagħad jiġi applikat għal kull lott.

In-numru minimu tal-kampjuni primarji li jrid jittieħed jiġi stabbilit mid-daqs tal-lott skond it-tabella ddikjarata fil-punt 1.

Id-daqs tal-kampjun primarju jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-kapaċità tal-pakkeġġjar immedjat, skond it-tabella ddikjarati fil-punt

Il-kunsinna, il-kampjun primarju u l-kampjun tal-laboratorju għandhom ifissru d-definizzjonijiet mogħtija fl-istandard EN ISO 555.

“Lott” għandu jfisser sett ta' unitajiet tal-bejgħ li jiġu prodotti, iffabbrikati u ppakkjati f'ċirkostanzi hekk illi ż-żejt li jkun jinsab f'kull unita tal-bejgħ hija kkunsidrata li tkun omoġenja fit-termini tal-karatteristiċi analitiċi kollha.

1. IN-NUMRU TAL-KAMPJUNI PRIMARJI LI JRID JITTIEĦED

In-numru minimu tal-kampjuni primarji li jrid jittieħed irid jiġi stabbilit mid-daqs tal-lott, skond it-tabella li ġejja:

Id-Daqs tal-lott (litri) minn | In-numru minimu tal-kampjuni primarji |

7500 | 2 |

25000 | 3 |

75000 | 4 |

125000 | 5 |

Il-pakki immedjati magħżula għalbiex jagħmlu kampjun primarju jridu jkunu maġenb xulxin fil-lott.

F'każijiet ta' dubju, l-Istati Membri għandhom iżidu n-numru ta' kampjuni primarji li jridu jittieħdu.

2. IL-KONTENUT TAL-KAMPJUNI PRIMARJI

2.1 Il-kampjuni primarji jrid ikun fihom dan li ġej:

Meta l-pakkeġġjar immedjat ikollu kapaċità ta': | Il-kampjun prinċipali għandu jinkludi żejt mill: |

a)5 litri jew iktar | a)3 pakki immedjati |

b)3 litri jew iktar imma inqas minn 5 litri | b)3 pakki immedjati |

c)2 litri jew iktar imma inqas minn 3 litri | c)3 pakki immedjati |

d)litru 1 jew iktar imma inqas minn 2 litri | d)6 pakki immedjati |

e)0,75 ta' litru jew iktar imma inqas minn litru | e)6 pakki immeedjati |

f)inqas minn 0,75 ta' litru | f)tliet darbiet iż-żejt min-numru minimu tal-pakki b'kapaċità totali ta' iktar minn 1,5 litri |

2.2 Il-kampjuni primarji jridu jinżamu fil-pakkeġġjar immedjat sal-waqt ta' l-analiżi. Iż-żejt fil-kampjuni primarji għandu mbagħad, skond kif japplika, jiġi ssuddiviż fi tliet kampjuni tal-laboratorju sabiex jitwettqu:

(a) l-analiżijiet riferiti fl-Annessi II, III, IX u X,

(b) l-analiżi riferita fl-Anness XII,

(ċ) l-analiżijiet l-oħra.

2.3 Il-pakki li jikkostitwixxu kampjun primarju għandhom jiġu ssuddiviżi skond il-roċeduri tal-kontroll ipprovvduti fil-liġijiet nazzjonali.

3. L-ANALIŻIJIET U R-RIŻULTATI

(a) Kull wieħed mill-kampjuni primarji riferit fil-punt 1 għandu jiġi ssuddiviż f'kampjuni tal-laboratorju, skond il-punt 2.5 ta' l-istandard EN ISO 555, u analizzat kif ġej:

- li jiġu stabbiliti l-aċidi xaħmin ħielsa, kif riferit fl-ewwel inċiż ta' l-Arrikolu 2(1),

- li jiġi stabbilit il-valur tal-perossidu, kif riferit fit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(1),

- l-analiżi spettrofotometriku, kif riferitr fit-tmien inċiż ta' l-Artikolu 2(1),

- li tiġi stabbilita l-komposizzjoni ta' l-aċidu xaħmi, kif riferit fid-disa' inċiż ta' l-Artikolu 2(1).

(b) Meta wieħed mir-riżultati riferiti fil-(a) għal mill-inqas wieħed mill-kampjuni primarji meħuda mill-istess lott ma jikkonformax mal-karatteristiċi tal-kategorija ddikkjarata taż-żejt, il-lott kollu interessat irid jiġi ddikjarat li ma jikkonformax.

Meta r-riżultati ta' l-analiżjiet riferiti fil-(a) għal kull wieħed mill-kampjuni primarji meħud mill-istess lott ma jkunux kollha uniformi, mogħtija l-karatteristiċi tat-tennija tal-metodi interessati, il-lott intier għandu jiġi ddikjarat mhux uniformi u kull kampjun primarju jrid jiġi ssoġġettat għall-analiżijiet l-oħra meħtieġa. Inkella, kampjun primarju minn dan il-lott irid jiġi ssoġġettat għall-analiżijiet l-oħra meħtieġa.

(ċ) Meta wieħed mir-riżultati ta' l-analiżijiet riferiti fit-tieni paragrafu tal-punt (b) ma jikkonformax mal-karatteristiċi tal-kategorija ddikjarata taż-żejt, il-lott kollu interessat irid jiġi ddikjarat li ma jikkonformax.

Meta r-riżultti ta' l-analiżijiet riferiti fit-tieni paragrafu tal-punt (b) jikkonformaw mal-karatteristiċi tal-kategorija ddikjarata taż-żejt, il-lott kollu jrid jiġi ddikjarat li jikkonforma.”

"

4. L-Anness Ib li ġej irid jiddaħħal wara l-Anness Ia."

ANNOX Ib

IS-SIĠRA TAD-DEĊIŻJONIJIET GĦALBIEX JIĠI VVERIFIKAT JEKK KMPJUN TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA HUX KONSISTENTI MAL-KATEGORIJA DDIKJARATA

L-analiżi għalbiex jiġi vverifikat jekk żejt taż-żebbuġa jew żejt taż-żebbuġa pomace jkunux konsistenti mal-kategorija ddikjarata jista' jiġi midħul għalih:

(a) TEXT MISSING!!!

(b) TEXT MISSING!!!

L-analiżijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontaminati meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konformità ma' l-istandards tal-Komunità Ewropea jridu jitwettqu separatament.

Is-siġra tad-deċiżjonijiet tapplika għall-kategoriji kollha taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żejt taż-żebbuġa pomace. Tikkonsisti mit-tabelli enumerati minn 1 sa 11 li jridu jiġu avviċinati fuq il-bażi tal-kategorija ddikjarata taż-żejt interessat fl-ordni ddikjarata fit-tabella ġenerali.

Il-muftieħ għat-tabelli ġenerali sal-11:

- Il-linja doppja (=) tindika r-rotta li trid tiġi segwita fil-każ ta' konformità (tweġiba pożittiva) mal-kriterji speċifikati fil-kaxxa ta' qabel. Il-linja bit-tikek (…) tindika r-rotta alternattiva li trid tiġi segwita filkaż ta' nuqqas ta' konformità,

- l-intestaturi fil-kaxex fit-tabelli minn 1 sa 11 jirreferu għall-analiżijiet ipprovvduti f'dan ir-Regolament fuq il-bażi tat-tabella ta' l-ekwivalenza ddikjarata- flAppendiċi 1 ma' dan l-Anness,

- l-ittri fil-parentesi li jidhru fiċ-ċrieki tad-deċiżjoni negattiva fit-tabelli minn 1 sa 11 jirreferu inkroċjament għat-tagħrif indikattiv mogħti fl-Appendiċi 2 ma' dan l-Anness. Fihom infushom l-ittri ma jintitolawx l-obbligu li jiġu segwiti l-analiżijiet jew jimplikaw il-veraċità ta' l-assunzjonijiet iddikjarati.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 1

It-tabella ta' l-ekwivalenza bejn l-annessi ma' dan ir-Regolament u l-analiżijiet speċifikati fis-siġra tad-deċiżjonijiet

L-Aċidità | L-Anness II | Li jiġu stabbiliti l-aċidi xaħmin |

Il-Valur tal-perossidu | L-Anness III | Li jiġi stabbilit il-valur tal-perossidu |

L-Ispettrometrija UV | L-Anness IX | L-Analiżi spettometrika |

L-Istima oragnolettika | L-Anness XII | L-Itsima organolettika taż-żejt taż-żebbuġa verġni |

It-3,5-Stigmastadjeni | L-Anness XVII | Il-Metodu ta' kif jiġu stabbiliti l-istigmastadjeni fiż-żjut veġetali |

It-Trans isomeri ta' l-aċidi xaħmin | L-Anness Xa u | L-Analiżi bil-kromatografija tal-gass tal-metil esteri ta' l-aċidi xaħmin |

L-Anness Xb | It-Tħejjija tal-metil esteri ta' l-aċidi xamin |

Il-Kontenut ta' l-aċidi xaħmin | L-Anness Xa u | L-Analiżi bil-kromatografija tal-gass tal-metil esteri ta' l-aċidi xaħmin |

L-Anness Xb | It-Tħejjija tal-metil esteri ta' l-aċidi xamin |

Il-ΔECN42 | L-Anness XVIII | Li tiġi stabbilita l-komposizzjoni tat-trigliċeridi ma' l-ECN42 (id-differenza bejn l-informazzjoni HLPC u l-kontenut teoretiku) |

Il-Komposizzjoni ta' l-isteroli u t-total ta' l-isteroli | L-Anness V | Li jiġu stabbiliti l-komposizzjoni u l-kontenut ta' l-isteroli bil-kromatografija tal-gass tal-kolonna kapillarja |

L-Eritrodjolu u l-Uvaolu | L-Anness VI | Li jiġu stabbiliti l-eritrodjolu u l-uvaolu |

Ix-Xama' | L-Anness IV | Li jiġi stabbilit il-kontenut tax-xama' bil-kromatorgrafija tal-gass tal-kolonna kapillarja |

L-Alkoli alifatiċi | L-Anness XIX | Li jiġi stabbilit il-kontenut ta' l-alkoli alifatiċi bil-kromatografija tal-gass tal-kolonna kapillarja |

L-Aċidi xaħmin issaturari fil-posizzjoni-2 | L-Anness VII | Li jiġu stabbiliti l-aċidi xaħmin issaturati fil-posizzjoni-2 tal-gliċerid |

Appendiċi 2

It-Tabella 1

(a) ara ż-żejt taż-żebbuġa verġni jew lampante (Il-Kriterja tal-Kwalità tat-Tabella 2 jew il-Kriterji tal-Kwalità u tas-safa tat-Tabella 4)

(b) Ara ż-żejt taż-żebbuġa lampante (Il-Kriterji tal-Kwalità u tas-safa tat-Tabella 4)

It-Tabella 2

(a) Ara ż-żejt taż-żebbuġa lampante (Il-Kriterji tal-Kwalità u s-safa tat-Tabella 4)

(b) Ara ż-żejt taż-żebbuġa ekstra veġni (Il-Kriterji tal-Kwalità tat-Tabella 1)

It-Tabella 3

(a) Il-Preżenza taż-żejt irraffinat (taż-żubbuġa u oħrajn)

(b) Il-Preżenza taż-żejt taż-żebbuġa pomace

It-Tabella 4

(a) Ara ż-żejt taż-żebbuġa ekstra verġni u ż-żejt taż-żebbuġa verġni (Il-Kriterji tal-Kwalità tat-Tabella 1 u t-Tabella 2)

(b) Il-Preżenza taż-żejt irraffinat (taż-żebbuġa u oħrajn)

(c) Il-Preżenza taż-żejt taż-żebbuġa pomace

(d) Il-Preżenza taż-żjut esterifikati

It-Tabella 7

(a) Il-Preżenza taż-żejt taż-żebbuġa pomace

(b) Il-Preżenza taż-żjut esterifikati

Tabella 8

(a) Il-Preżenza taż-żejt irraffinat (taż-żebbuġa u oħrajn)

(b) Ara ż-żejt taż-żebbuġa lampanti (Il-Kriterji tal-Kwalità u s-safa tat-Tabella 4)

(ċ) Il-Preżenza taż-żjut esterifikati

Tabella 11

(a) Il-Preżenza taż-żjut esterifikati”

"

5. L-Annex VIII huwa mħassar.

6. L-Annex XIII huwa mħassar.

[1] Is-somma ta' l-isomeri li setg]et (ma setg]etx) ti[i mifruda bil-kolonna kapillari

[2] Jew jekk il-medjan tad-difetti jkun inqas jew egwali g]al 2,5 u l-medjan tat-tjubija tat-tog]ma ta' frott huwa 0

[3] Iż-żjut b'kontentut ta' xama' ta' bejn it-300 mg/kg u t-350 mg/kg huma kkunsidrati żejt taż-żebbuġa lampante jekk il-kontenut totali ta' l-alkol alifatiku ikun inqas minn jew egwali għal 350 mg/kg jew jekk il-kontenut eritrodjolu u uvaolu huwa inqas minn jew egwali għal 3,5 %.

[4] Iż-żjut b'kontenut tax-xama' ta' bejn it-300 mg/kg u t-350 mg/kg huma kkunsidrati żejt taż-żebbuġa pomace mhux maħdum jekk il-kontenut totali ta' l-alkol alifatiku ikun ogħla minn 350 mg/kg u jekk il-kontenut eritrodjolu u uvaolu jkun ikbar minn 3,5 %.

[5] Aċidi xaħmin oħra preżenti (%): palmitiċi: minn 7,5 sa 20,0; palmitolejċi: minn 0,3 sa 3,5; eptadekanojċi: = 0,3; eptadeċenojċi: = 0,3; steariċi: minn 0,5 sa 5,0; olejċi: minn 55,0 sa 83,0; linolejċi: minn 2,5 sa 21,0

[6] Is-Somma ta': Delta-5-23-Stigmastadjenol + Klerosterol + Beta-Sitosterol + Sitostanol + Delta-5-Avenasterol + Delta-5-24-Stigmastadjenol.

[7] Iż-żjut b'kontenut ta' xama' ta' bejn it-300 mg/kg u t-350 mg/kg huma kkunsidrati żejt taż-żebbuġa jekk il-kontenut totali ta' l-alkol alifatiku ikun inqas minn jew egwali għal 350 mg/kg jew jekk il-kontenut eritrodjolu u uvaolu huwa inqas minn jew egwali għal 3,5 %

[8] Iż-żjut b'kontenut ta' xama' ta' minn bejn 300 mg/kg u 350 mg/kg huma kkunsidrati żejt taż-żebbuġa mhux maħdum jekk il-kontenut totali ta' l-alkol alifatiku ikun ogħla minn 350 mg/kg u jekk il-kontenut eritrodjolu u uvaolu huwa ikbar minn 3,5 %.

--------------------------------------------------