32003R1985



Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0043 - 0044


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1985/2003

tal-10 ta' Novembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 427/2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta' salvagwardja skond il-prodott għal importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 [1] jistabbilixxi kwoti kwantitattivi għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1351/2003 [2] stabbilixxa l-proċeduri amministrattivi għall-ewwel frazzjon tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2004 għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(3) In vista tat-tkabbir tal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 hu xieraq li jiżdiedu l-kwoti skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar l-interpretazzjoni ta' dan l-Artikolu.

(4) Hu għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 427/2003,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 għandu jiġi sostitwit bit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Novembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Marzano

[1] ĠU L 65, 08.03.2003, p. 1.

[2] ĠU L 192, 31.07.2003, p. 8.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

L-ANNESS I

Kalendarju tat-tneħħija gradwali tal-kwoti industrijali (mhux tat-tessuti) fuq importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina

Deskrizzjoni tal-prodotti | KodiċI HS/NM | Jannar sa Diċembru 2003 | Jannar sa April 2004 | Mejju sa Diċembru 2004 | 2005 |

Kalzaturi | ex640299 | 47480959 | 18201035 | 58538970 | tneħħija |

640351640359 | 3712459 | 1423109 | 3183457 | tneħħija |

ex640391ex640399 | 14698530 | 5634436 | 13992904 | tneħħija |

ex640411 | 22106953 | 8474332 | 18901998 | tneħħija |

64041910 | 38683955 | 14828849 | 33502413 | tneħħija |

Oġġetti ta' l-ikel ta' fuq il-mejda u tal-kċina tal-porċellana jew taċ-china | 691110 | 73139 | 28036 | 67905 | tneħħija |

Oġġetti ta' fuq il-mejda taċ-ċeramika, oġġetti tal-kċina ħlief tal-porċellana jew taċ-china | 691200 | 55334 | 21212 | 58124 | tneħħija |

"

--------------------------------------------------