Official Journal L 298 , 17/11/2003 P. 0029 - 0033
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1982/2003 tal- 21 ta' Ottubru 2003 biex timplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) li jirrigwardaw ir-regoli dwar il-kampjuni u t-traċċar [1] IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) [2], u partikolarment l-Artikolu 15(2)(d) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas ta' xogħol komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja, fejn ikkomprenda tagħrif komparabbli u miġbur minn grupp wieħed fi żminijiet differenti imma wieħed wara l-ieħor għal perjodu ta' żmien fuq id-dħul u fuq il-livell u t-taħlita ta' faqar u tħollija barra mis-soċjetà fuq livelli nazzjonali u Unjoni Ewropew. (2) Skond l-Artikolu 15(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, implimenta miżuri li huma meħtieġa sabiex jarmonizzaw il-metodi u t-tifsiriet li jirrigwardaw l-aspetti tal-kampjuni u t-traċċi. (3) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolarment huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programmi ta' l-Istatistika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Dawn ir-regoli u l-linji ta' gwida li jirregolaw il-kampjuni u t-traċċi u t-tifsiriet li għandhom jiġu applikati għall-istatistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (UE-SILC) għandhom ikunu bħal m'hemm imniżżel fl-Anness. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] (Test b'relevanza għaż-ŻEE) [2] ĠU L 165, tat-3.7.2003, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS 1. DEFINIZZJONIJIET Għall-għan ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-komponenti miġbura fuq perjodu ta' żmien ta' l-UE-SILC: (a) Kampjun tal-bidu: jirreferi għall-kampjun tal-familji jew persuni li fiż-żmien intgħażlu għad-dħul fl-UE-SILC. (b) Persuni tal-kampjun: ifisser il-membri tal-familja kollha jew sezzjoni minnhom li huma fil-kampjun tal-bidu u 'l fuq minn ċertu età. (ċ) Il-limitu ta' l-età li ntuża biex jiddefinixxi persuni tal-kampjun: Fil-każ ta' panel ta' erba' snin, dan il-limitu ta' età m'għandux ikun aktar minn 14-il sena. F'pajjiżi b'panel ta' erba' snin li jużaw kampjun ta' indirizzi jew familji, il-membri kollha tal-familji li fil-kampjun tal-bidu għalqu l-14-il sena u fuqhom għandhom ikunu persuni tal-kampjun. Fil-pajjiżi b'panel ta' erba' snin li jużaw kampjun ta' persuni, dan għandu jfisser ta' l-anqas l-għażla ta' persuna waħda minn dawn għal kull familja. L-età minima msemmija hawn fuq għandha tkun anqas f'dawk il-każijiet fejn il-panel għandu perjodu ta' żmien itwal. Għall-panel li għandu perjodu ta' żmien itwal minn tmien snin, membri ta' kull età fil-kampjun tal-bidu għandhom ikunu persuni tal-kampjun, u t-tfal mwielda minn ommijiet li huma tal-kampjun u matul iż-żmien li l-omm tkun fil-panel għandhom jiddaħħlu bħala persuni fil-kampjun. (d) Il-perjodu taż-zmien tal-panel: ifisser in-numru ta' snin li matulhom il-persuni fil-kampjun, la darba magħżulin, jippartjienu lill-panel biex jiġbor jew jikkompila informazzjoni fuq medda taż-żmien. (e) Familja tal-kampjun: tfisser familja li ta' l-anqas ikollha persuna fil-kampjun. Familja tal-kampjun fejn ikollha ta' l-anqas persuna waħda fil-kampjun li tkun għalqet is-16-il sena u aktar għandha tiddaħħal fl-UE-SILC għall-ġbir jew ikkompilar ta' informazzjoni dettaljata. (f) Informazzjoni dettaljata: tirreferi għall-bżonn ta' informazzjoni personali (saħħa, aċċess għall-kura tas-saħħa, informazzjoni dettaljata dwar ix-xogħol, storja ta' attività, u kalendarju ta' l-attivitajiet) għall-anqas fuq persuna waħda tal-kampjun li tkun għalqet l-età ta' 16-il sena u fuqhom f'kull familja. (g) Ko-residenti (persuni li m'humiex fil-kampjun): Ir-residenti kurrenti kollha ta' familja fil-kampjun ħlief għal dwak li aktar 'il fuq tfissru bħala persuni tal-kampjun. (h) Disinn li jdur: jirriferi għall-għażla tal-kampjun li hija bbażata fuq numru ta' subkampjuni jew replikazzjonijiet, fejn kull waħda minnhom hija simili fid-daqs u disinn u li tirrappreżenta l-populazzjoni kollha. Minn sena għal oħra xi repliki jinżammu, fil-waqt li oħrajn jitwaqqgħu u jinbiddlu b'repliki ġodda. Fil-każ ta' disinn li jdur fuq erba' repliki b'rotazzjoni ta' replika waħda fis-sena, waħda mir-repliki għandha titwaqqa' minnufih wara l-ewwel sena, it-tieni għandha tinżamm għall-sentejn, it-tielet għal tliet snin u r-raba' għandha tinżamm għal erba' snin. Mit-tieni sena 'il quddiem, replika waħda ġdida għandha tiddaħħal kull sena u tinżamm għal erba' snin. Għall-komponenti rappreżentattivi meħuda fuq medda taż-żmien tal-UE-SILC, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (i) Età: tirreferi għall-età fl-aħħar tad-dħul tal-perjodu ta' referenza. (j) Membri tal-familja: tirreferi għall-dawk il-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex jikklassifikaw persuna bħala membru tal-familja, bħal ma huma mmniżżla fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1980/2003 [1] fuq id-definizzjonijiet u d-definizzjonijiet aġġornati. (k) Familji kollettivi: tirreferi għall-postijiet mhux istituzzjonalizzati ta' abitazzjoni kollettivi li m'humiex bħal familji ta' alloġġ, dormitorji fi stabbilimenti edukattivi jew postijiet oħra ta' alloġġ fejn jagħmru fihom aktar minn ħames persuni fejn ma jaqsmux l-ispejjeż tal-post bejniethom. Imdaħħlin wkoll persuni li joqogħdu bħala alloġġjati fil-familji b'aktar minn ħames alloġġjati. (l) Istituzzjoni: tirriferi għall-familji ta' l-anzjani, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa, istituzzjonijiet reliġjużi (kunventi, monasteri), istituzzjonijiet korrezzjonali u ħabsijiet. Bażikament, istituzzjonijiet huma differenti minn familji kollettivi minħabba l-fatt li, f'ta l-ewwel il-persuni residenti individwalment ma għandhom l-ebda responsabbilità biex jieħdu ħsieb il-familja. F'xi każijiet, il-familji ta' l-anzjani jistgħu jikkunsidraw ruħhom bħala familji kollettivi fuq il-bażi ta' dik ir-regola. 2. POPOLAZZJONI FIL-MIRA TA' L-UE-SILC Il-populazzjoni fil-mira ta' l-UE-SILC għandhom ikunu l-familji privati kollha u l-membri kurrenti tagħhom li waqt il-ġbir tad-data jkunu residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru. Il-persuni li jkunu qed jgħixu fil-familji kollettivi u f'istituzzjonijiet ġeneralment jitħallew barra mill-populazzjoni mmirata. Partijiet żgħar tat-territorju nazzjonali li jammontaw għal mhux aktar minn 2 % tal-populazzjoni nazzjonali u t-territorji nazzjonali mmniżżlin hawn isfel jistgħu jitħallew barra mill-UE-SILC, wara ftehim bejn l-Istati Membri konċernati u l-Kummissjoni (Eurostat). TABELLA 1 Territorji nazzjonali li jistgħu jitħallew barra mill-EU-SILC Pajjiż | Territorji | Franza | Dipartimenti u territorji Franċiżi lil hinn mill-baħar | L-Olanda | Il-Gżejjer Frisjaniċi tal-Punent bl-eċċezzjoni ta' Texel | L-Irlanda | Il-gżejjer kollha fil-baħar mhux 'il boġħod ħafna mix-xtajta bl-eċċezzjoni ta' Achill, Bull, Cruit, Goruma, Inishnee, Lettermore, Lettermullan u Valentia | Ir-Renju Unit | L-Iskozja n-naħa ta' fuq tal-Kanal Kaledonjan, il-Gzejjer Scilly | 3. GĦAŻLA TAL-KAMPJUN 1. Għall-komponenti kollha ta' l-UE-SILC (sew studjati jew fuq bażi ta' reġistrazzjoni), id-data rappreżentattiva jew lonġitudinali (kampjun tal-bidu) għandha tkun ibbażata fuq kampjun probabbli ta' rappreżentanza nazzjonali tal-populazzjoni li toqgħod ġewwa l-familji privati ġewwa l-pajjiż, irrispetivament tal-lingwa, nazzjonalità, jew l-istat legali tar-residenza. Il-familji privati kollha u l-persuni kollha mill-età ta' 16-il sena 'il fuq li joqogħdu ġewwa l-familji huma eliġibbli għall-operazzjoni. 2. Kampjuni probabbli rappreżentattivi għandhom jinkisbu kemm għall-familji li jiffurmaw bażikament l-unità tal-kampjun, il-kollezzjoni tad-data u l-analiżi tad-data, kif ukoll għall-persuni individwali li huma fil-populazzjoni mmirata. 3. Il-qafas tal-kampjun u l-metodi dwar l-għażla tal-kampjun għandhom jiżguraw li kull individwu u familja fil-populazzjoni mmirata hija assenjata għażla magħrufa u probabbiltà ta' non-zero. 4. B'eċċezzjoni paragrafi minn 1 sa 3 fil-Ġermanja għandhom japplikaw esklussivament għal dik il-parti tal-kampjun ibbażata fuq kampjun probabbli skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003 li jikkonċerna l-istatistiċi tal-Komunità fuq id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-ħajja. 4. RAPPREŻENTATTIVITÀ TAL-KAMPJUN F'termini ta' rekwiżiti ta' preċiżżjoni għall-varjabbli l-aktar kritiki u l-oġġettivi biex jipproduċu riżultati kemm f'livell ta' pajjiż individwali kif ukoll fuq livell Unjoni Ewropew, ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 (L-Artikolu 9 u l-Anness II) jirreferi għad-daqs minimu effettiv tal-kampjun li għandu jkun akkwistat. Pajjiżi individwali jekk jixtiequ jistgħu jkollhom kampjuni akbar biex jilħqu r-rekwiżiti nazzjonali. Biex jiġi kkalkolat l-effett tad-disinn għall-għan biex ikunu ffissati d-daqsijiet tal-kampjun li jridu jkunu akkwistati, għandha tittieħed bħala r-referrenza statistika, l-indikazzjoni strutturali rappreżentattiva fuq ir-rata ta' riskju ta' faqar fuq livell nazzjonali bħal ma hi mfissra mill-Kunsill. Għall-komponenti meħuda fuq medda taż-żmien din l-indikazzjoni rappreżentattiva tista' tiġi ffissata mill-ewwel sena ta' kull waħda mis-serje ta' data meħuda fuq medda taż-żmien. Il-fattur li jinħtieġ sabiex jiżdied id-daqs tal-kampjun ħalli jieħu konsiderazzjoni n-nuqqas ta' tweġib u l-effett tad-disinn għandu jkun evalwat minn kull pajjiż fuq il-bażi ta' l-esperjenzi tal-passat u d-disinn tal-istħarrig propost u miftiehem mal-Kummissjoni (Eurostat). 5. IL-PREĊIŻJONIJIET MEĦTIEĠA GĦALL-PUBBLIKAZZJONI TAD-DATA Il-preċiżjonijiet meħtieġa li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni tad-data miġbura fl-UE-SILC għandha tkun espressa f'termini ta' numru ta' kampjuni ta' osservazzjonijiet fuq liema l-istatistika hi bbażata u l-livell tal-ħaġa mhux imwieġeb (b'żieda mat-total mhux imwieġeb fuq il-livell ta' unità). Il-Kummissjoni ma għandhiex tippubblika estimi li jkunu bbażati fuq ftit anqas minn 20 kampjun ta' osservazzjoni, jew jekk in-nuqqas ta' tweġib għall-ħaġa kkoncernata taqbeż il-50 %. Jekk id-data tkun giet ikkalkolata fuq bażi ta' kampjun ta' osservazzjonijiet bejn 20 sa 49, jew jekk għall-ħaġa kkonċernata n-nuqqas ta' tweġib jeċċedi 20 % u hu anqas jew daqs 50 % din għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni bil-bandiera. Meta d-data tkun ibbażata fuq kampjun ta' osservazzjonijiet ta' 50 jew aktar u n-nuqqas ta' tweġib għall-ħaġa ma jeċċedix 20 % id-data għandha tkun ippubblikata mill-Kummissjoni normali. Il-pubblikazzjonijiet kollha tad-data għal kull Stat Membru għandhom jinkludu l-informazzjoni teknika fuq id-daqs tal-kampjun effettiv kif ukoll indikazzjoni ġenerali tal-iżbalji bażiċi għall-anqas ta' l-estimi prinċipali. 6. KAMPJUN TAL-PERSUNI, KAMPJUN TAL-FAMILJI U KO-RESIDENTI LI JIBQGĦU JISSEGWEW FIL- KOMPONENTI LONĠITUDINALI TA' L-UE-SILC 1. Biex jiġu studjati t-tibdiliet fuq medda taż-żmien fuq livell individwali u biex tiġi kkalkulata l-indikazzjoni ta' l-għaqda soċjali fuq id-dħul tal-faqar persistenti, il-persuni kollha tal-kampjun li baqgħu jew iċċaqalqu fid-djar privati fit-territorju nazzjonali koperti fl-istħarriġ għandhom jibqgħu fil-kampjun ta' l-UE-SILC għall-perjodu (il-perjodu tal-panel) għal ta' l-anqas erba' snin. 2. Bl-eċċezzjoni għall-paragrafu 1, f'dawk l-Istati Membri li jużaw disinn li jdur, id-dewmien tal-panel jista' jvarja minn sena sa ta' l-anqas erba' snin għar-replikazzjonijiet li ddaħħlu fl-ewwel sena. 3. Ir-regoli għall-persuni tal-kampjun, kampjun tal-familji u ko-residenti li jibqgħu jissegwew qegħdin jidhru hawn taħt. TABELLA 2 Regoli għall-kampjun ta' persuni, kampjun tal-familji u ko-residenti li jibqgħu jissegwew Persuni fil-kampjun Għandhom Tiċċaqlaq għal familja privata fin-nazzjon territorju kopert fl-istħarriġ | Ikunu segwiti fil-lokazzjoni l-ġdida tal-familja | Persuni oħra li temporanjament għadhom barra imma li għadhom xorta meqjusa bħala membri tal-familja | Ikunu koperti fil-familja li tagħha jappartjenu | Persuni li ma għadhomx membri ta' familja privata, jew dawk li ċċaqalqu barra mit-teritorju nazzjonali koperti fl-istħarriġ | Jitneħħew mill-istħarriġ | Familji fil-kampjun Għandhom Sena waħda mhux numerata minħabba xi impossibbiltà biex jinstab l-indirizz, l-indirizz mhux wieħed residenzjali jew mhux okkupat, mitluf (m' hemm ebda informazzjoni x'ġara lill-familja), jew l-okkupant tal-familja qiegħed jirrifjuta li jikkopera | Jitneħħew | Ma ġewx ikkuntattjati fl-ewwel sena tal-panel jew ma gewx ikkuntatjati minħabba l-impossibbiltà biex jidħlu fl-indirizz, minħabba l-okkupanti kollha tal-familja huma temporanjament barra jew ma jistgħux jirrispondu minħabba xi inkapaċità jew mard | Jitneħħew | Ko-residenti Għandhom Jgħixu ġo familja li għall-anqas għandha kampjun wieħed tal-persuna | Ikunu segwiti | Jgħixu ġo familja li m'għandha l-ebda persuna fil-kampjun | Jitneħħew | 7. IMPUTAZZJONI U PPEŻAR 1. Fejn in-nuqqas ta' tweġib għall-varjabbli tad-dħul fuq livell komponenti jirriżulta f'data nieqsa, għandhom japplikaw metodi xierqa ta' imputazzjoni ta' l-istatistika. 2. Fejn varjabbli ta' dħul gross ikun liema jkun ma jinġabarx direttament fuq livell komponenti, għandhom japplikatw metodi xierqa ta' imputazzjoni ta' l-istatistika u/jew mudell biex jinkisbu l-varjabbli meħtieġa mmirati. 3. Fejn jiġri li ma jkunx hemm tweġib għal xi kwestjonarju individwali ġewwa familja tal-kampjun, proċeduri xierqa ta' l-istatistika għall-effett/jew għall-imputazzjoni għandhom jintużaw biex jiġi kkalkulat id-dħul totali ta' l-okkupanti tal-familji. 4. Fatturi li jħallu effett għandhom jiġu kkalkolati kif meħtieġ biex jittieħed kont tal-units ta' probabbilità ta' l-għażla, nuqqas ta' tweġib u, biex jittranġa kif xieraq il-kampjun għad-data esterna dwar id-distribuzzjoni tal-familji u persuni li jinsabu fil-populazzjoni mmirata, bħal mis-sess, bl-età, (gruppi ta' etajiet ta' ħames snin) id-daqs tal-familja u kompożizzjoni u reġjun (fuq livell NUTS II), jew li jirrelataw għad-data tad-dħul minn riżorsi oħra nazzjonali fejn l-Istati Membri konċernati jikkunsidraw din id-data esterna biżżejjed biex wieħed joqgħod fuqha. 5. L-Istati Membri għandhom ifornu l-Kummissjoni (Eurostat) b'dak it-tagħrif meħtieġ li jikkonċerna l-organizzazzjoni u l-metodoloġija ta' l-istħarriġ, u, partikolarment, għandhom jindikaw il-kriterja użata fl-għażla tad-disinn u d-daqs tal-kampjun [1] Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------