32003R1972



Official Journal L 293 , 11/11/2003 P. 0003 - 0006


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1972/2003

tal-10 ta’ Novembru 2003

dwar il-miżuri tranżitorji li għandhom ikunu adottati fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, Slovenja u Slovakkja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat of Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 41, l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Billi:

(1) Miżuri tranżitorji għandhom ikunu adottati sabiex jevitaw ir-riskju tat-tgħawwiġ tal-kummerċ, li jaffettwa l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli minħabba l-adeżjoni ta’ l-19 Stati ġodda ma’ l-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004.

(2) B’konformità mar-regoli stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistean ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regulation (KE) Nru 500/2003 [2], il-prodotti ma humiex intitolati għal rifużjoni sakemm ikunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità fi żmien 60 jum mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni. L-obiligazzjoni li jħallu t-territorju diganali tal-Komunità fi żmien 60 jum mill-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni hija wkoll ħtieġa primarja għar-rilaxx tal-garanzija marbuta mal-liċenza permezz tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li tistabbilixxi r-regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u l-istabilizzazzjoni bil-quddiem taċ-ċertifikati għall-prodotti ageikoli [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [4]. La darba l-fruntieri nterni jkunu mneħħija ma l-adeżjoni, il-prodotti esportati mill-Komunità tal-ħmistax għandhom ikunu ħallew it-territorju doganali tal-Komunità sat-30 ta’ April 2004 l-aktar tard fil-każi kolha, inklużi meta d-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata anqas minn 60 jum qabel id-data ta’ l-adeżjoni.

(3) It-tgħawwiġ tal-kummerċ li aktarx ifixkel l-organizzazzjonijiet tas-suq ta’ spiss jinvolvu prodotti mċaqalqa artifiċjalemt bil-għand tat-tkabbir u li ma juffurmawx parti mill-ħażniet normali tal-Istati kkonċernati. Il-ħażniet żejda jistgħu wkoll jirriżultaw mill-produzzjoni najjonali. Dispożizzjonijiet għandhom, għalhekk, ikunu magħmula għal ħlasijiet bħala deterrent li għandhom ikunu mposti fuq il-ġażniet żejda fl-Istati Membri ġodda.

(4) Huwa meħtieġ li jkun ipprevenut li l-oġġetti li fir-rigward tagħhom ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni kienu mħallsa qabel l-1 ta’ Mejju 2004 milli jibbenefikaw mit-tieni rifużjoni meta esportati lejn pajjiżi terzi wara it-30 ta’ April 2004.

(5) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma meħtieġa u xierqa u għandhom ikunu applikati b’metodu uniformi.

(6) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitati ta’ Ġestjoni kkonċernati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a) il-"Komunità tal-Ħmistax" tfisser il-Komunità kif kostitwita fit-30 ta’ April 2004;

(b) "l-Istati Membri l-ġodda" tfisser ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja;

(ċ) "il-Komunità mkabbra" tfisser il-Komunità kif kostitwita fl-1 ta’ Mejju 2004;

(d) "prodotti" tfisser il-prodotti agrikolu u/jew il-merkanzija li mhix inkluża fl-Anness I tat-Trattat KE;

(e) "rifużjoni tal-prodotti" tfiser ir-rifużjoni mogħtija permezz ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 [5] jew l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 [6] jew l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001 [7].

L-Artikolu 2

L-esportazzjoni mill-Komunità ta’ Ħmistax

Meta, għall-prodotti intiżi għall-esportazzjoni mill-Komunità ta’ Ħmistax lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda li dwarhom dikjarazzjoni ta# l-esportazzjoni tkun ġiet aċċettata sat-30 ta’ April 2004 l-aktar tard, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 ma kienx hemm konformità magħhom sa dik id-data, il-benefiċjarju għandu jirrifondi xi rifużjoni bi qbil ma l-Artikolu 52 ta’ dak ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Ir-reġim sospensiv

1. Dan l-Artikolu għandu japplika bħala deroga mill-Anness IV, il-Kapitolu 5, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni u mill-Artikolu 20 u 214 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [8].

2. Prodotti elenkati fl-Artikolu 4(5), li qabel l-1 ta’ Mejju 2004 kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ta’ Ħmistax jew fi Stat Membru ġdid u li fl-1 ta’ Mejju 2004 ikunu f’ħażna temporanja jew taħt wieħed mit-trattamenti doganali jew il-proċeduri referuti fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (g) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fil-Komunità mkabbra, jew li huma waqt it-trasport wara li jkunu ġew suġġetti għall-formalitajiet ta’ l-esportazzjoni fi ħdan il-Komunità mkabbra għandhom ikunu mposti erga omnes id-dazju ta’ l-importazzjoni bir-rata applikabbli fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa.

L-ewwel subparagrafu m’għandux ikun applikabbli għall-prodotti esportati mill-Komunità ta’ Ħmistax jew l-importatur jagħti xhieda li l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkun intalbet għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni. Mat-talba ta’ l-esportatur, l-esportatur għandu jirranġa sabiex jakkwista konferma mill-awtorità kompetenti fuq id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma kienetx ġiet mitluba għall-prodotti tal-pajjiż ta’ l-esportazzjoni.

3. Il-prodotti elenkati fl-Artikolu 4(5) li ġejjin pajjiżi terzi li huma taħt l-ipproċessar il-ġewwa referuti fl-Artikolu 4(16)(d) jew id-dħul temporanju referut fl-Artikolu 4(16)(f) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 fi Stat Membru ġdid fl-1 ta’ Mejju 2004 li fih huma rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa f’dik id-data jew aktar tard, għandhom ikollhom id-dazju ta’ l-importazzjoni impost kif applikabbli fid-data tar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi.

L-Artikolu 4

L-imposti fuq il-merkanzija f’ċirkolazzjoni ħielsa

1. Mingħajr preġudizzju għal l-Anness IV, tal-Kapitolu 4, ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, u meta leġislazzjoni aktar stretta ma tkunx applikata fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jimponu il-ħlasijiet fuq id-detenturi tal-ħażniet żejda fl-1 ta’ Mejju 2004 fuq il-prodotti f’ċirkolazzjoni ħielsa.

2. Sabiex tkun iddeterminata il-ħażna żejda ta’ kull detentur, l-Istati Membri ġodda għandhom iqisu, partikolarment:

(a) il-medja tal-ħażniet disponibbli fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni;

(b) it-tip tal-kummerċ fit-tlett snin ta’ qabel l-adeżjoni;

(ċ) iċ-ċirkostanzi li fihom dawn il-ħażniet kienu akkumulati.

Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli għal-prodotti importati fl-Istati Membri ġodda jew li joriġinaw minn l-Istati Membri ġodda. Il-ħażniet żejda kif mistħajla huma applikabbli wkoll għall-prodotti intiżi għas-suq tal-Istati Membri ġodda.

Ir-reġistrazzjoni tal-ħażniet għandha titwettaq fuq il-bażi tan-Nomeniklatura Magħqudha kif applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004.

3. L-ammont tal-imposti referuti fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bir-rata tad-dazju ta’ l-importazzjoni erga omnes kif applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2004. L-introjtu tal-imposti miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali għandu jkun assenjat lejn il-budget nazzjonali tal-Istati Membri ġodda.

4. Sabiex ikun assigurat li dak l-impost referut fil-paragrafu 1 ikun applikat b’mod korrett, l-Istati Membri ġodda għandhom, mingħajr dewmien, iwettqu inventarju tal-ħażniet kif disponibbli fl-1 ta’ Mejju 2004. Għal dan l-iskop l-Istat Membru ġdid għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-kwantità tal-prodotti f’ħażniet żejda, apparti milli dawk il-kwantitajiet b’ħażniet pubbliċi kif referuti fl-Artikolu 5 sal-31 ta’ Lulju 2004 l-aktar tard.

5. Dan l-Artikolu għandu jkun applikabbli għal-prodotti koperti b’dawn il-kodiċi NM li ġejjin:

- fil-każ ta’ Ċipru:

02044310, 02062991, 04081180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [9], 170240 [10], 170290 [11], 19019099, 20031020, 20031030, 21069098 [12],

- fil-każ tar-Repubblika Ċeka:

02013000, 02023090, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [13], 170240 [14], 170290 [15], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [16],

- fil-każ ta’ l-Estonja:

02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071450, 02071460, 02071470, 02072710, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [17], 170240 [18], 170290 [19], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200911, 200912, 200919, 200940, 200971, 200979, 21069098 [20],

- fil-każ ta’ l-Ungerija:

02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 110210, 110220, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [21], 170240 [22], 170290 [23], 180620, 20031020, 20031030, 21069098 [24],

- fil-każ tal-Latvja:

02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02071290, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [25], 170240 [26], 170290 [27], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200911, 200919, 21069098 [28],

- fil-każ tal-Litwanja:

02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [29], 170240 [30], 170290 [31], 19019099, 200290, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [32],

- fil-każ ta’ Malta:

02023090, 02043000, 02044310, 04081180, 04089180, 02062991, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [33], 170240 [34], 170290 [35], 180620, 20031020, 20031030, 21069098 [36],

- fil-każ tal-Polonja:

02013000, 02023090, 02031110, 02032110, 02043000, 02044310, 02062991, 040210, 040221, 040510, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [37], 170240 [38], 170290 [39], 20031020, 20031030, 200820,

- fil-każ tal-Islovakkja:

02013000, 02023090, 02062991, 02031110, 02032110, 02071410, 02071460, 02071470, 02072710, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [40], 170240 [41], 170290 [42], 180620, 19019099, 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [43],

- fil-każ tal-Islovenja:

02013000, 02023090, 02043000, 02044310, 02062991, 02031110, 02032110, 02071210, 02071290, 02071410, 02071460, 02071470, 04081180, 04089180, 16023211, 040210, 040221, 040510, 04052010, 04052030, 040590, 0406, 07032000, 07115100, 1001, 1002, 1003, 1004, 1005, 100610, 100620, 100630, 100640, 1007, 1008, 1101, 1102, 1103, 1104, 1107, 1108, 1509, 1510, 1517, 170230 [44], 170240 [45], 170290 [46], 20031020, 20031030, 200820, 200911, 200912, 200919, 200940, 21069098 [47].

Meda kodiċi NM ikopri prodotti li dwarhom id-dazju tal-importazzjoni fil-paragrafu 3 ma jkunx l-istess, l-inventarju tal-ħażniet kif referuti fil-paragrafu 4 għandu jkun għal kull prodott jew grupp ta’ prodotti suġġetti għal dazju differenti ta’ l-importazzjoni.

6. Il-Kummissjoni tista żżid prodotti mal-lista jew tneħħi prodotti mil-lista stabbilita fil-paragrafu 5.

L-Artikolu 5

ċĊensiment tal-ħażniet publiċi

Sal-31 ta’ Lulju 2004 l-aktar tard, kull Stat Membru ġdid għandu jikkomunika l-lista u l-kwantitajiet tal-merkanzija li huma f’ħażniet publiċi f’dak l-Istat Membru kif referut fl-Anness IV, il-Kapitolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni.

L-Artikolu 6

Ħażniet tas-sigurtà nazzjonali

Il-ħażniet referuti fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5 m’għandhomx jinkludu ħażniet tas-sigurtà nazzjonali li jistgħu possibbilment kienu ġew akkumulati mill-Istati Membri ġodda. Dan ta’ l-aħħar għandu jinforma lill-Kummissjoni bit-tibdiliet kollha magħmula fil-ħażniet tas-sigurtà nazzjonali flimkien mal-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tibdil għall-iskopijiet li jkun stabbilit il-bilanċ tal-forniment tal-Komunità.

L-Artikolu 7

Miżuri fil-każ tan-nuqas tal-pagament tal-imposti

Jekk xi Stat Membru jkollu suspett li l-imposti li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 3 u 4 ma jkunux tħallsu fir-rigward ta’ prodott, dan għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat sabiex dan ikun jista jieħu l-miżuri xierqa.

L-Artikolu 8

Prova tan-nuqqas tal-pagament tar-rifużjoni/rifużjoni fuq il-produzzjoni

Il-prodotti li dwarhom id-dikjarazzjoni ta’ l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi tkun aċċettata mill-Istati Membri ġodda matul il-perijodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sa-30 ta’ April 2005 jistgħu jikkwalifikaw għal rifużjoni tal-esportazzjoni jew rifużjoni permezz tal-proċeduri referuti fl-Artikolu 4 u 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [48] basta li jkun stabbilit li l-ebda rifużjoni ta’ l-esportazzjoni ma tkunx diġa ġiet imħallsa fir-rigward ta’ dawk il-prodotti jew mill-kostitwenti tagħhom.

L-Artikolu 9

L-ebda pagament doppju tar-rifużjonijiet

L-ebda prodott m’għandu jkun eliġibbli għal aktar minn rifużjoni waħda tal-esportazzjoni. Kwalunkwe prodott li jakkwista rifużjoni tal-esportazzjoni m’għandux ikun eliġibbli għal rifużjoni tal-produzzjoni meta użat fil-prodotti tal-manifattura referuti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1722/93 [49] jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1265/2001 [50].

L-Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja fl-Unjoni Ewropea.

Dan għandu jkun applikabbli sat-30 April 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Novembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 102, tas-17.4.1999, p. 11.

[2] ĠU L 74, ta’ l-20.3.2003, p. 19.

[3] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

[4] ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 21.

[5] ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21.

[6] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[7] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 1.

[8] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[9] Apparti milli 17023010.

[10] Apparti milli 17024010.

[11] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[12] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[13] Apparti milli 17023010.

[14] Apparti milli 17024010.

[15] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[16] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[17] Apparti milli 17023010.

[18] Apparti milli 17024010.

[19] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[20] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[21] Apparti milli 17023010.

[22] Apparti milli 17024010.

[23] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[24] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[25] Apparti milli 17023010.

[26] Apparti milli 17024010.

[27] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[28] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[29] Apparti milli 17023010.

[30] Apparti milli 17024010.

[31] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[32] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[33] Apparti milli 17023010.

[34] Apparti milli 17024010.

[35] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[36] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[37] Apparti milli 17023010.

[38] Apparti milli 17024010.

[39] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[40] Apparti milli 17023010.

[41] Apparti milli 17024010.

[42] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[43] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[44] Apparti milli 17023010.

[45] Apparti milli 17024010.

[46] Illimitat għall- 17029010, 17029050, 17029075, 17029079.

[47] Biss għal-merkanzija b’kontenut ta’ ħalib ta’ aktar minn 40 %.

[48] ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

[49] ĠU L 159, ta’ l-1.7.1993, p. 112.

[50] ĠU L 178, tat-30.6.2001, p. 63.

--------------------------------------------------