32003R1956



Official Journal L 289 , 07/11/2003 P. 0010 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1956/2003

tas-6 ta' Novembru 2003

li jistabbilixxi l-ammonti li għandhom ikunu allokati lill-importaturi mill-ewwel porzjon tal-kwota kwantitattiva tal-Komunità fuq ċerti prodotti li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Cina

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 520/94 tas-7 ta' Marzu 1994 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja sabiex jiġu amministrati l-kwoti kwantitattivi [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikoli 9 u 13 tiegħu,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1351/2003 tat-30 ta' Lulju 2003 li jistabbilixxi proċeduri amministrattivi għall-ewwel porzjon tal-kwoti kwantitattivi tal-2004 għal ċerti prodotti li li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Cina [3], u partikolarment l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1351/2003 jistabbilixxi l-porzjon ta' kull kwota konċernata riservat għal importaturi tradizzjonali u oħrajn u l-kundizzjonijiet u l-metodi għal parteċipazzjoni fl-allokazzjoni tal-kwantitajiet disponibbli. Importaturi issottomettew applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bejn il-31 ta' Lulju 2003 u t-3 ta' wara nofs in-nhar, ħin ta' Brussell, tad-19 ta' Settembru 2003, skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1351/2003.

(2) Il-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri, konformi ma' l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru1351/2003, tagħrif dwar l-ammonti u l-volum miġbur ta' l-applikazzjonijiet għal liċenzja ta' importazzjoni sottomessi u l-volum sħiħ importat minn importaturi tradizzjonali fl-1998 jew 1999, is-snin ta' referenza.

(3) Il-Kummissjoni issa tista', fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni, tistabblixxi kriterji kwantitattivi uniformi li permezz tagħhom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jissodisfaw applikazzjonijiet għal liċenzja sottomessi minn importaturi fl-Istati Membri għall-ewwel porzjon tal-kwoti kwantitattivi tal-2004.

(4) Eżami tal-figuri fornuti mill-Istati Membri turi li l-volum miġbur ta' applikazzjonijiet sottomessi minn importaturi tradizzjonali għall-prodotti elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament jeċċedi l-porzjon tal-kwota merfugħa għalihom. L-applikazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu issodisfati billi tiġi applikata r-rata uniformi ta' tnaqqis murija fl-Anness I għal volum ta' importazzjoni ta' kull importatur, espress f'termini ta' kwantità jew valur, mifrux fuq il-perjodu ta' referenza.

(5) Eżami tal-figuri fornuti mill-Istati Membri turi li l-volum miġbur ta' applikazzjonijiet sottomessi minn importaturi m'humiex tradizzjonali għall-prodotti elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament jeċċedi l-porzjon tal-kwota merfugħa għalihom. L-applikazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu issodisfati billi tiġi applikata r-rata uniformi ta' tnaqqis murija fl-Anness II għall-ammonti mitluba minn kull importatur, kif limitat bir-Regolament(KE) Nru 1351/2003.

(6) Ammonti m'humiex mittieħda minn importaturi m'humiex tradizzjonali ġew trasferiti lil importaturi tradizzjonali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Bi tweġiba għal applikazzjonijiet għal liċenzja dwar prodotti elenkati fl-Anness I sottomessi kif xieraq minn importaturi tradizzjonali, l-awtoritatijiet nazzjonali kompetenti għandhom jallokaw lil kull importatur kwantità jew valur ugwali għal dak li importa fl-1998 jew 1999, kif indikat mill-importatur, aġġustat mir-rata ta' tnaqqis kif speċifikata fl-Anness msemmi għal kull kwota.

Fejn l-użu ta' dan il-kriterju kwantitattiv jitlob allokazzjoni akbar minn dik li saret applikazzjoni għaliha, il kwantità jew valur allokati għandhom ikunu limitati għal dawk speċifikati fl-applikazzjoni.

Artikolu 2

Bi tweġiba għal applikazzjonijiet għal liċenzja dwar prodotti elenkati fl-Anness II sottomessi kif xieraq minn importaturi m'humiex tradizzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jallokaw lil kull importatur kwantità jew valur ugwali għall-ammont mitlub fil-limiti fissati bir-Regolament (KE) Nru 1351/2003, aġġustati bir-rata ta' tnaqqis speċifikata fl-Anness imsemmi għal kull kwota.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fis-6 ta' Novembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 66, 10.03.94, p. 1.

[2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1.

[3] ĠU L 192, 31.07.03, p. 8.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Rata ta' tnaqqis (-) applikabbli għal importazzjonijiet fl-1998 jew 1999

(importaturi tradizzjonali)

Deskrizzjoni tal-Prodott | Kodiċi HS/CN | Rata ta' tnaqqis |

Kalzatura li taqa' taħt kodiċi HS/CN | Eż640299 | –63,77 % |

640351640359 | –43,90 % |

Eż640391Eż640399 | –66,42 % |

Eż640411 | –63,09 % |

64041910 | –35,39 % |

Tagħmir għall-mejda jew għall-kċina, tal-porċellana jew ċaqquf, li jaqa' taħt kodiċi HS/CN | 691110 | –58,07 % |

Tagħmir taċ-ċeramika għall-mejda, tagħmir għall-kċina, affarijiet oħra tad-dar u tal-banju li m'humiex tal-porċellana jew ċaqquf li jaqgħu taħt il-kodiċi HS/CN | 691200 | –52,88 % |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Rata ta' tnaqqis (-) applikabbli għall-volum mitlub fil-limiti ta' l-ammonti massimi ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1351/2003

(Importaturi mhux tradizzjonali)

Deskrizzjoni tal-prodott | KODI¬I HS/CN | Rata ta' tnaqqis |

Kalzatura li taqa' taħt kodiċi HS/CN | eż640299 | –82,04 % |

640351640359 | –97,09 % |

eż640391eż640399 | –94,40 % |

eż640411 | –91,15 % |

64041910 | –83,49 % |

Tagħmir għall-mejda jew għall-kċina, tal-porċellana jew ċaqquf, li jaqa' taħt kodiċi HS/CN | 691110 | –71,85 % |

Tagħmir taċ-ċeramika għall-mejda, tagħmir għall kċina, affarijiet oħra tad-dar u tal-banju li m'humiex tal-porċellana jew ċaqquf li jaqgħu taħt il-kodiċi HS/CN | 691200 | –78,15 % |

--------------------------------------------------