32003R1854



Official Journal L 272 , 23/10/2003 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1854/2003

20 ta' Ottubru 2003

Tamenda miżuri kontra importi li jifqgħu s-suq magħmulin mir-Regolament (KE) Nru 769/2002 fuq importazzjoni ta' sustanzi aromatiċi li joriġinaw mir-Repubblika taċ-Ċina.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importi li jifqgħu s-suq minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea(1) (Regolament Bażiku), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 [1] tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri nfurzati

(1) F'Mejju ta' l-2002, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 769/2002 [2], impona taxxi definittivi kontra importi ta' sustanzi aromatiċi li joriġinaw mir-Repubblika taċ-Ċina li jifqgħu s-suq (the PRC). It-taxxi ħadu forma ta' taxxa speċifika.

2 Inizjazzjoni

(2) Fit-30 ta' Ottubru 2002, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' notifikazzjoni ta' inizjazzjoni ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [3] l-inizjazzjoni ta' reviżjoni kontra l-importi li jifqgħu s-suq, li japplikaw għal importi fil-Komunità ta' sustanzi aromatiċi li joriġinaw mir-RĊ.

(3) Ir-reviżjoni ġiet mibdija minn inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex teżamina jekk il-miżuri li qegħdin jintużaw humiex adekwati. Il-miżura attwali,i.e. taxxa f'forma ta' taxxa speċifika, ma' jaqdux sitwazzjonijiet fejn il-merkanzija importata tkun danneġġata qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera.

3. Investigazzjoni

(4) Il-kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi li jesportaw, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati u lill-organizzazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta kkonċernati u lill-produtturi tal-Komunità rigward l-inizjazzjoni tal-proċeduri. Partijiet interessati kienu mogħtija l-opportunità biex jagħddu l-perspettivi tagħhom bil-miktub u biex jagħmlu talba għal seduta f'dak iż-żmien stipolat fin-notifikazzjoni ta' inizjazzjoni.

(5) Żewġ importaturi għaddew il-perspettivi tagħhom bil-miktub.

(6) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li kienet neċessarja biex tiddetermina l-adekwazzjoni tal-miżuri utililzzati.

B. RESULTS OF THE INVESTIGATION

(7) L-Artikolu 145 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 jniżżel dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità [4] jipprovdi għad-determinazzjoni tal-Valuri tad-Dwana tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew imħallas f'sitwazzjonijiet fejn l-merkanzija kienet danneġġata qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera.

(8) Sabiex tippreveni li jiġi mħallas ammont kbir ta' taxxa fuq importi li jifqgħu s-suq, t-taxxa speċifika għandha, fil-każ ta' merkanzija danneġġata, tiġi mnaqqsa b'perċentaġġ li jikkorrespondi t-tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew imħallas. Skond regolamenti sew stabbiliti mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità, il-valur tad-Dwana għandu jiġi mnaqqas b'perċentaġġ li jikkorrespondi t-tqassim tal-prezzijiet imħallsa attwalment jew imħallsa.

(9) Ma kienx hemm partijiet interessati li taw kummenti jew argumenti kontra din il-proposta.

(10) Għaldaqstant huwa konkluż li, fl-assenza ta' argument sostanzjali minn partijiet interessati, f'każijiet fejn l-merkanzija kienet danneġġata qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz imħallas attwalment jew imħallas, jiġi mqassam għad-determinazzjoni tal-Valuri tad-Dwana.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) No 769/2002:

"3. F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġiet danneġġata qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera, u għalhekk, il-prezz t imħallas attwalmen jew imħallas, jiġi mqassam għad-determinazzjoni tal-Valuri tad-Dwana skond l-artikolu 145 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2454/93,l-ammont ta' taxxa kontra importi li jifqgħu s-suq, ikkalkolat skond il-bażi msemmija hawn fuq, għandu jiġi mnaqqas b'perċentaġġ li jikkorrespondi t-tnaqqis tat-tqassim tal-prezz imħallas attwalment jew imħallas."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fil-Lussemburgu, fl-20 ta' Ottubru 2003.

F'isem il-Kunsill

Il-President

P. Maroni

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.02, p. 1).

[2] ĠU L 123, 09.05.02, p. 1.

[3] ĠU C 264, 30.10.02, p. 10.

[4] ĠU L 253, 11.10.93, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1335/2003 (ĠU L 187, 26.07.03, p. 16).

--------------------------------------------------