32003R1842



Official Journal L 268 , 18/10/2003 P. 0060 - 0060


Ir-Regolament tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Ottubru 2003

li jiffissa r-rati ta’ l-imgħax li jridu jintużaw għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż tal-finanzjament tal-miżuri ta’ l-intevent li jikkomprendu x-xiri għas-sena ta’ wara, il-ħażna u d-disponiment mit-Taqsima Garanziji tal-FAEGG għas-sena tal-kontijiet 2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ.

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1883/78 tat-2 ta’ Awissu 1978 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-finanzjament ta’ l-interventi mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (FAEGG) [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1259/96 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 3 tar-Regolament tl-Kummissjoni (KEE) Nru 411/88 tat-12 ta’ Frar 1988 dwar il-metodu u r-rata ta’ l-imgħax li jridu jintużaw għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż għall-finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent li jikkomprendu x-xiri għas-sena ta’ wara, il-ħażna u d-disponiment [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2623/1999 [4], jistabbilixxi illi r-rata uniformi ta’ l-imgħax użata għall-kalkolu ta’ l-ispejjeż tal-finanzjament tal-miżuri ta’ l-intervent trid tikkorrispondi mar-rati Euribor ta’ tliet xhur u ta’ 12-il xahar bil-qudiem ippeżati b’terz u b‘żewġ terzi rispettivament.

(2) Il-Kummissjoni tiffissa din ir-rata qabel il-bidu ta’ kull sena tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG fuq il-bażi tar-rati rreġistrati fis-sitt xhur ta’ qabel na jiġu ffissati.

(3) L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KEE) Nru 411/88 jistabilixxi illi jekk ir-rata ta’ l-imgħax miġrura minn Stat Membru tkun iktar baxxa għal mill-inqas sitt xhur mir-rata uniformi ta’ l-imgħax iffissata mill-Komunità, tiġi ffissata rata speċifika ta’ l-imgħax għal dan l-Istat Membru. Meta Stat Membru ma jinnotifikax ir-rati qabel it-tmiem tas-sena tal-kontijiet, ir-rata li trid tiġi applikata tiġi stabbilita fuq il-bażi tar-rati ta’ l-imgħax ta’ referenza ddikjarati fl-Anness mar-Regolament imsemmi.

(4) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-FAEGG,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT;

Artikolu 1

Għan-nefqa miġrura matul is-sena tal-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG:

1. ir-rata ta’ l-imgħax riferita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 411/88 għandha tkun ta’ 2,3 %;

2. ir-rata speċifika ta’ l-imgħax riferita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) 411/88 għandha tkun ta’ 2,2 % għall-Italja.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Ottubru 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 216, tal-5.8.1978, p. 1.

[2] ĠU L 163, tat-2.7.1996, p. 10.

[3] ĠU L 40, tat-13.2.1998, p. 25.

[4] ĠU L 318, tal-11.12.1999, p. 14.

--------------------------------------------------