Official Journal L 265 , 16/10/2003 P. 0021 - 0022
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1812/2003 tal-15 ta’ Ottubru 2003 li jemenda u jikkorreġi r-Regolament (KE) Nru 43/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001 u (KE) Nru 1454/2001 dwar għajnuna għall-produzzjoni lokali tal-uċuh tar-raba fir-reġjuni l-aktar imbegħda ta’ l-Unjoni Ewropea IL-KOMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunitàċ Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1452/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li daħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-biedja għad-dipartimenti Franċiżi ta’ lilhinn mill-baħar, li jemenda d-Direttiva 72/462/KEE u jirrevoka r-Regolamenti (kEE) Nru 525/77 u (KEE) Nru 3763/91 (Poseidom) [1], u partikolarment l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 15(7) li jinsabu fih, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li daħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-biedja għall-Ażores u Madejra u jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) [2], u partikolarment l-Artikolu 5(3) li jinsab fih, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1454/2001 tat-28 ta’ Ġunju li daħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-biedja għall-Gżejjer Kanarji u rrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (Poseican) [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1922/2002 [4], Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 43/2003 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 995/2003 [6], jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għal għoti ta’ somma flus biex jgħin il-promozzjoni lokali u għajnuna għall-promozzjoni barra r-reġjun tal-produzzjoni u jiffissa l-ammont ta’ dik l-għajnuna għall-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament(KE) Nru 1452/2001. (2) Operaturi approvati li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ appoġġ għall-promozzjoni lokali tal-frott u ħaxix għandhom jidħlu għall-impenn li jirriferi għalih l-Artikolu 42(2) tal-imsemmi Regolament. Sabiex isiru provvedimenti għaż-żamma tal-kotba ta’ tali operaturi, tibdil għandu jsir għad-dokuments li huma meħtieġa għall-iskop ta’ kontrolli mill-awtoritajiet kompetenti. (3) Dwar l-għajnuna għall-promozzjoni barra mir-reġjun ta’ produzzjoni, dispożizzjonijiet għandhom isiru biex issir deroga għal bżar roża mitħun li jinsab fi ħdan il-kodiċi CN 0910. Il-karatteristiċi ta’ dan il-prodott huma tali li ma jistax jissodisfa il-kondizzjoni ta’ identifikazzjoni tal-pakkett stabbilit fil-kuntratt ta’ kull sena, minħabba li mhuwiex ikkoltivat imma jinġabar fl-ambjent naturali. (4) Il-kodiċi CN 0705 jinkludi l-ħass u ċ-ċikwejra. Aness II għar-Regolament (KE) Nru 43/2003 jinkudi l-ħass imma, minħabba żball materjali, ma jinkludix iċ-ċikwejra, li hija parti mill-istess punt ta’ kodiċi. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 43/2003 għandu għalhekk jiġi hekk emendat biex isewwi l-iżball. (6) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjonijiet tal-kumitati ta’ ġestjoni kollha kkonċernati, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 43/2003 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. L-Artikolu 42(2)(b) huwa mibdul b’dan li ġej: "(b) żommu reġistri separati tal-merkanzija jew kull dokument ieħor li jipprovdi l-istess garanziji għall-iskop ta’ iċċekkjar." 2. L-Artikolu 46(2)(d) huwa mibdul b’dan li ġej: "(d) ir-referenzi u biċċiet art li fuqhom jitkabbru l-prodotti u, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, l-isem u l-indirizz ta’ kull wieħed li jkabbar ikkonċernat, ir-referenzi tal-biċċa art ma hemmx għalfejn ikunu avżati fil-każ ta’ bżar roża mitħun li jidħol fi ħdan il-kodiċi CN 0910;" Artikolu 2 Fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 43/2003, id-deskrizzjoni tal-prodotti tal-kodiċi CN 0705 fil-kolonna II hija kkorreġuta kif ġej: "0705 | Ħass u ċikwejra" | Artikolu 3 Dan ir-Regolament jibda’ jseħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 2 għandu jgħodd mill-1 ta’ Jannar 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta’ Ottubru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11. [2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 26. [3] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 45. [4] ĠU L 293, tad-29.10.2002, p. 11. [5] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 25. [6] ĠU L 144, tat-12.6.2003, p. 3. --------------------------------------------------