32003R1795



Official Journal L 262 , 14/10/2003 P. 0013 - 0013


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1795/2003

tat-13 ta’ Ottubru 2003

li jemenda l-Anness VI ta’ Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fejn jidħlu nbejjed ta’ kwalità f’reġjuni speċifikati

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament (KE) Nmr 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 58 tiegħu,

billi:

(1) l-Anness VI.D.1 ta’ Regolament (KE) Nmr 1493/1999 li jistipula li nbejjed ta’ kwalità psr jistgħu jkunu magħmula biss minn għeneb ta’ varjetajiet ta’ inbid li jidrhu fuq il-lista ta’ l-Istat Membru tal-produzzjoni u jiġu maħżuna fir-reġjun speċifikat.

(2) Madankollu, punt D.2 ta’ dak l-Anness jipprovdi li, l-aktar tard sal-31 ta’ Awissu 2003, fil-każ ta’ prattika tradizzjonali gvernata minn dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni, dak l-Istat Membru jista’ jippermetti fuq ċerta kondizzjonijiet, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet espresso u suġġetti għal kontrolli adekwati, li inbid sparkling ta’ kwalità psr ikun miksub biż-żieda mal-prodott bażiku li minnu jsir l-inbid prodott wieħed jew aktar magħmul mis-settur ta’ l-inbid li ma joriġinawx fir-reġjun speċifikat li tiegħu l-inbid ikollu l-isem.

(3) l-Italja applikat din id-deroga għal preparazzjoni tal-"Conegliano-Valdobbiadene" u tal-"Montello e Colli Asolani" inbejjed ta’ kwalità sparkling psr. Minħabba li d-deroga tiskadi fil-31 Awissu 2003 u l-produtturi ta’ l-inbid iġġustifikaw li għandhom bżonn estenzjoni limitata ta’ din id-deroga sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti strutturali li hemm bżonn lil metodu tradizzjonali sabiex ikunu prodotti dawn l-inbejjed, id-deroga għandha tkun estiża sal-31 ta’ Awissu 2005.

(4) Regolament (KE) Nmr 1493/1999 għandu għal daqs tant ikun emendat skond il-bżonn.

(5) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Anness VI.D.2 ta’ Regolament (KE) Nmr 1493/1999 huwa hawnhekk mibdul b’dan li ġej:

"Bħala eċċezzjoni għal paragrafu 1(a), fil-każ ta’ prattika tradizzjonali gvernata minn dispożizzjonijiet speċjali ta’ l-Istat Membru ta’ produzzjoni, dak l-Istat Membru jista’ l-aktar tard sal-31 ta’ Awissu 2005, permezz ta’ awtorizzazzjonijiet espressi u suġġetti għal kontrolli adekwati, tippermetti li inbid sparkling ta’ kwalità psr jinkiseb biż-żieda ta’ prodott bażiku li minnu mill-inbid li minnu jsiru prodott jew prodotti tas-settur ta’ l-inbid li ma joriġinawx fir-reġjun speċifikat li tiegħu għandhom l-isem, iżda:"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.07.99, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.03, p. 1.

--------------------------------------------------