32003R1749



Official Journal L 251 , 03/10/2003 P. 0003 - 0004


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1749/2003

tat-2 ta' Ottubru 2003

li jnaqqas, għas-sena tas-suq 2003/04, l-ammont ta' għajnuna lill-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru wara li nqabeż il-limitu ta' ipproċessar f'ċerti Stati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jdaħħal skema Komunitarja ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 jistabbilixxi limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità għal ċertu frott taċ-ċitru, imqassma fost l-Istati Membri skond l-Anness II hemm mehmuż. L-Artikolu 5(2) jipprovdi li meta dan il-limitu jinqabeż l-ammonti ta' għajnuna murija fl-Anness I hemm mehmuż għandhom jitnaqqsu f'kull Stat Membru li fih ikun inqabeż il-limitu. Il-qabża tal-limitu ta' l-ipproċessar hija stmata fuq il-bażi tal-kwantitajiet medji proċessati taħt l-iskema ta' għajnuna matul it-tliet snin tas-suq li jiġu qabel is-sena tas-suq li għalija tkun ġiet iffissata l-għajuna, jew matul perjodu ekwivalenti.

(2) L-Istati Membri kkomunikaw il-kwantitajiet ta' larinġ ipproċessat taħt l-iskema ta' għajnuna skond l-Artikolu 23(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1092/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 li jipprreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2202/96 li jintroduċi skema ta' għajnuna tal-Komunità għall-produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 350/2002 [4]. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, ġie stabbilit l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabżet b'101966 tunnellata metrika. Fil-limitu ta' dik il-qabża, l-Italja qabżet l-limitu tiegħu. L-ammonti ta' għajnuna għall-larinġ indikati fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2003/04 għandhom għalhekk jitnaqqsu b'14,93 % fl-Italja.

(3) L-Istati Membri ikkomunikaw il-kwantitajiet ta' tronġ u grejpfrut ipproċessati taħt l-iskema ta' l-għajnuna skond l-Artikolu 23(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1092/2001. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, ġie stabbilit li l-limitu ta' l-ipproċessar tal-Komunità inqabżet b'2286 tunnellata metrika. F'din il-qabża, il-Greċja, Spanja, Franza u l-Italja qabżu l-għatbiet tagħhom. L-ammonti ta' għajnuna għat-tronġ u l-grejpfrut murija fl-Anness I li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 2202/96 għas-sena tas-suq 2003/04 għandhom għalhekk jitnaqqsu b'19,83 % fil-Greċja, b'54,14 % fi Spanja, b'26,74 % fi Franza u b'33,29 % fl-Italja.

(4) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fejn tidħol l-Italja, u għas-sena tas-suq 2003/04, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għall-larinġ imwassal għall-ipproċessar għandhom ikunu kif murija fl-Anness I hawn mehmuż.

Artikolu 2

Fejn jidħlu l-Greċja, Spanja, Franza u l-Italja, u għas-sena tas-suq 2003/04, l-ammonti ta' għajnuna li għandhom jingħataw taħt ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 għat-tronġ u l-grejpfrut imwassla għall-ipproċessar għandhom ikunu kif murija fl-Anness II hawn mehmuż.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, pġ. 49.

[2] ĠU L 262, tat-2.10.2001, pġ. 6.

[3] ĠU L 150, tas-6.6.2001, pġ. 6.

[4] ĠU L 55, tas-26.2.2002, pġ. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS I

(EWRO/100 kg) |

| Kuntratti multiannwali | Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq | Produtturi individwali |

L-Italja | 9,59 | 8,34 | 7,50 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

(EWRO/100 kg) |

| Kuntratti multiannwali | Kuntratti li jkopru sena waħda tas-suq | Produtturi individwali |

Il-Greċja | 8,39 | 7,30 | 6,57 |

Spanja | 4,80 | 4,17 | 3,76 |

Franza | 7,67 | 6,67 | 6,00 |

L-Italja | 6,98 | 6,07 | 5,46 |

--------------------------------------------------