Official Journal L 259 , 10/10/2003 P. 0001 - 0058
Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2390/1999 li jistabbilixxi l-għamla u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabilità li jrid jiġi sottomess lill-Kummissjoni bil-għan li jiġu kklerjati l-kontijiet tat-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG kif ukoll għall-għanijiet ta' monitoraġġ u tbassir IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(8) tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-17 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura sabiex jiġu kklerjati l-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2023/2001 [3], jipprovdi illi l-għamla u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabbiltà riferit fl-Artikolu 4(1)(ċ) ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura pprovvduta fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999. (2) Il-għamla u l-kontenut tat-tagħrif dwar il-kontabbiltà li jridu jiġu ssottomessi lill-Kummissjoni għall-għanijiet sabiex jiġu kklerjati l-kontijiet tat-Taqsima Garanziji tal-FAEGG kif ukoll għall-għanijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir huma preżentement stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/1999 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1884/2002 [5]. (3) Minħabba l-bidliet fin-nomenklatura ta' l-estimi finanzjarji u sabiex jinżamm ottimali u aġġornat it-trasferiment tat-tagħrif bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, huwa meħtieġ illi l-Annessi mar-Regolament (KE) Nru 2390/1999 jiġu emendati mis-16 ta' Ottubru 2003. (4) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal Fond, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT' Artikolu 1 L-Annessi I, II u III mar-Regolament (KE) Nru 2390/1999 jinbidlu bit-test fl-Annessi I, II u III ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Għandu jibda japplika mis-16 ta' Ottubru 2003. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Settembru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischeler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103. [2] ĠU L 158, tat-8.7.1995, p. 6. [3] ĠU L 274, tas-17.10.2001, p. 3. [4] ĠU L 295, tas-16.11.1999, p. 1. [5] ĠU L 288, tal-25.10.2002, p. 1. -------------------------------------------------- ANEXO IBILAG IANHANG IΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IANNEX IANNEXE IALLEGATO IBIJLAGE IANEXO ILIITE IBILAGA I CUADRO DE LAS XX-TABELX-TABELLEΠΙΝΑΚΕΣ ΤΩΝ XX TABLETABLEAU DES XTABELLA DELLE XX-TABELQUADRO DOS XX-TAULUKKOX-TABELLEN Ejercicio 2004Regnskabsaaret 2004Haushaltsjahr 2004Οικονομικό έτος 2004Financial year 2004Exercice 2004Esercizio 2004Boekjaar 2004Exercício 2004Tilivuosi 2004Räkenskapsår 2004 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRASFERIMENT TAL-FAJLS TAL-KOMPJUTER LILL-FAEGG Mis-16 ta' Ottubru 2003 INTRODUZZJONI Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi japplikaw għas-sena finanzjarja 2003, li bdiet fis-16 ta' Ottubru 2002. 1. Mezz tat-trasferiment Il-korp koordinanti ta' l-Istat Membru għandu jittrasferixxi il-fajls tal-kompjuter u d-dokumentazzjoni dwarhom lill-Kummissjoni permezz ta' STATEL/STADIUM. Il-Kummissjoni taċċetta stallazzjoni waħda biss ta' l-ISTATEL/STADIUM għal kull Stat Membru. L-aħħar klijent ta' l-ISTADIUM u aktar informazzjoni dwar l-użu ta' l-ISTATEL/STADIUM għandu jiġi ttrasferit mill-website CIRCA tal-FAEGG. 2. Struttura tal-fajl tal-kompjuter 2.1. L-Istat Membru għandu joħloq rekord tal-kompjuter għal kull komponent individwali tal-FAEGG (Sezzjoni garantita) pagamenti u rċevuti. Dawn il-komponenti huma l-oġġetti ndividwali li minnhom jikkonsistiil-pagamenti (irċevuta) għall-(minn) benefiċjarju. 2.2. Ir-reġistri għandu jkollhom struttura ċatta tal-fajl. Jekk is-setturi għandhom aktar minn valur wieħed, huma meħtieġa reġistri separati li jiġbru fihom is-setturi kollha tad-data. Kun ċert li l-ebda addizzjoni doppja ma sseħħ. [1]. 2.3. L-informazzjoni kollha għall-istess kategorija ta' pagamenti jew irċevuti għandha tkun miżmuma fl-istess fajl tal-kompjuter. Fajls separati dwar l-istess pagamenti (eż. għall–kummerċjanti jew ispezzjonijiet, jew għal data bażika u miżurata) mhumiex permessi. 2.4. Il-fajls tal-kompjuter għandu jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin: 1. L-ewwel rekord fil-fajl (filliera ta' fuq) jiġbor fih id-deskrizzjoni tal-fajl. L-ismijiet tas-setturi jinkludu "F" segwita min-numru tas-settur użat fl-Anness I (it-tabella X). L-ismijiet biss tas-setturi eżistenti f'dan l-Anness huma permessi. 2. Ir-reġistri li ġejjin ġol-fajl huma data (filliera tad-data), fl-ordni murija mill-ewwel rekord li jiddeskrivi l-istruttura tal-fajl. 3. Is-setturi huma separati minn semicolon (virgola u waqfa) (;). Il-filliera ta' fuq u l-fillieri tad-data kollha għandhom jiġbru fihom l-istess numru ta' virgola u waqfa. Fil-fillieri tad-data, setturi vojta jidhru bħala virgola u waqfa doppji (;;) ġor-rekord, jew bħala semicolon singoli (;) fl-aħħar tar-rekord. 4. Ir-reġistri jvarjaw fit-tul. Kull rekord jispiċċa bil-kodiċi "CR LF" jew "carriage return - line feed" (f'eżadeċimali: 0D 0A). Il-filliera ta' fuq qatt ma tispiċċa fuq ";". Il-fillieri tad-data jispiċċaw biss fuq ";" f'każ li l-aħħar settur ikun vojt. 5. Il-fajl qiegħed fl-ASCII (kodiċi ISO 8859-1), minbarra fil-każ tal-fajls mill-Greċja, fejn jew il-kodiċi ELOT-928 jew ISO 8859-7 għandhom jiġu applikati. Kodiċi oħrajn (bħall-EBCDIC, TAR, ZIP, eċċ.) mhumiex aċċettati. 6. Setturi numeriċi: (a) separatur deċimali: "."; (b) is-simbolu (+ jew -) jidher fix-xellug imbiegħed, segwit immmedjatament minn figuri. Għann- numri pożittivi, is-sinjal "+" mhux obbligatorju; (c) numru fiss ta' deċimali (id-dettalji huma stabbiliti fl-Anness III tagħhom); (d) nl-ebda spazji bejn id-diġiti. L-ebda spazji jew sinjali oħrajn bejn l-eluf. 7. Is-settur tad-data: "YYYYMMDD" (is-sena f'erbgħa diġiti, ix-xagħar f'żewġ diġiti, il-ġurnata f'żewġ diġiti). 8. Il-baġit tal-kodiċi FAEGG (settur F109) format: "B99-9999-999" (fejn id-9 qiegħed minnflokk kull figura bejn 0 u 9) [2]. 9. Il-marki tal-kwotazzjoni (“ ”) mhumiex permessi fil-bidu jew fl-aħħar tar-reġistri. Is-separatur tas-settur tas-semicolon";" ma għandux jiġi użat fid-data tal-format tat-test. 10. Is-setturi kollha: l-ebda spazji fil-bidu jew fl-aħħar tas-settur. 11. Il-fajls li jissodisfaw dawn ir-regoli għandhom jidhru bħal dawn li ġejjin (eżempju għas-sena finanzjarja 2003): F100; F101; F106; F107; F108; F109 BE01; 154678; +152.50; EUR; 20030715; B01-1000-123 BE01; 024578; -1000.00; EUR; 20030905; B01-2020-564 BE01; 154985; 9999.20; EUR; 20030101; B01-1100-000 BE01; 100078; +152.75; EUR; 20030331; B01-1234-654 BE01; 215452; +0.50; EUR; 20030615; B01-1000-001 (Jekk lgoġobkhom osservaw: +0.50 u mhux +.50) BE01; 123456; 21550.15; EUR; 20030101; B01-4000-010 eċċ. (fillieri oħrajn tad-data mas-setturi fl-istess ordni). 2.5. Il-fajls tad-data bil-karatteristiċi deskritti taħt 2.4 għandhom jintbgħatu b'tip ta' kunsinna "X-TABLE-DATA" (ara il-klijent ta' l-ISTADIUM). 2.6. Il-programm tal-kompjuter sabiex jiġi ċċekkjat il-format tal-fajls tal-kompjuter qabel ma jintbgħatu lill-Kummissjoni (WinCheckCsv) huwa nkluż fil-programm tat-trasferiment tad-data (il-klijent ta' l-ISTADIUM). L-aġenziji li jħallsu huma mistiedna jniżżlu il-programm li jiċċekkja minn CIRCA separatament għall-għanijiet ta' tisħiħ ta' l-offline. 3. Dokumentazzjoni Il-korp koordinanti ta' l-Istat Membru għandu jittrasferixxi żewġ noti fissierja għal kull aġenzija li tħallas mill-iSTATEL/STADIUM: 1. L-ewwel lok li tispjega d-differenzi kollha, bl'intestatura tal-baġit u s-sub-intestatura, bejn id-dikjarazzjoni annwali [3], bħala parti mill-proċedura annwali tat-tindif finanzjarju (mhux it-tabella 104), u s-somma tar-reġistri ġol-fajls tal-kompjuter (ΣF106).Il-klijent ta' l-ISTADIUM jinkludi tip ta' konsenja speċifika tal-kunsinna għal dan it-trasferiment jiġifieri "NOTA FISSIERA". 2. It-tieni lok, kull kodiċi użat għas-setturi, li għalih l-Anness III ma jinfurzax il-kodiċi standard. Il-klijent ta' l-ISTADIUM jinkludi tip ta' kunsinna speċifika għal dan it-tip ta' trasferiment tabulari jiġifieri "LISTA-KODIĊI". In-nota fissiera għandha tidher u tinħass bħala ittra ordinarja. Partikolarment l-identità ta' min jibgħat jew l-identità ta' l-aġenzija li tħallas u l-isem jew l-unità amministrattiva tad-destinatarju għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar. 4. It-trasferiment tad-data Il-korp koordinanti għandu jibgħat il-fajls tal-kompjuter kompletament u darba biss. Jekk il-korp koordinanti jinnota li d-data foloz ġew trasmessi jew problema seħħet fit-trasferiment tad-data, il-Kummissjoni għandha tiġi nfurmata immedjatament. Il-fajls kollha, li jiġbru fihom informazzjoni mhux korretta, għandhom jiġu ndikati. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiġi meħtieġa tħassar dawn il-fajls. Minn dak iż-żmien, sabiex tiġi evitata r-rikba tar-reġistri tal-kompjuter jew tal-fajls tad-data, il-korp koordinanti għandu jibgħat il-fajls ikkoreġuti tal-kompjuter sabiex jissostitwixxu bis-sħiħ l-informazzjoni mhux ikkoreġuta ta' qabel. [1] L-ewwel aqra r-rimarka preliminari li tikkonċerna l-kwantitajiet ġo kapitolu 5 ta' l-Anness III. [2] Mis-sena finanzjarja 2004 'il quddiem dawn il-kodiċi għandhom jinbidlu ġon-nomenklatura tal-baġit tradizzjonali. Aktar spjegazzjoni hija mogħtija ġo "kodiċi F109 tal-baġit tal-FAEGG" taħt l-Anness III. [3] Id-dikjarazzjoni annwali: id-data mibgħuta mill-ISTATEL/STADIUM li tuża tip ta' kunsinna "DIKJARAZZJONI ANNWALI". -------------------------------------------------- ANNESS III "AIDE-MÉMOIRE" sena finanzjarja 2004 KONTENUTI 1. F100: F101: F102: F103: F103B: F105: F105A: F106: F107: F108: F109: F110: 2. F200: F201: F202A: F202B: F202C: F205: F205A: F206: F207: F211: F212: F213: F214: F215: F216: F217: F218: F220: F221: F222A: F222B: F222C: 3. F300: F300B: F301: F304: F305: F306: F307: 4. F400: F402: F403: F404: 5. F500: F501: F502: F503: F507: F508A: F508B: F508C: F508D: F508E: F508F: F509A: F509B: F510: F510A: F511: F511A: F512: F513: F515: F516: F517: F518: F519: F519B: F519C: F520: F521: F522: F523: F530: F531: F532: F533: 6. F600: F601: F602: F602B: F603: F604: F604B: 7. 8. F800: F800B: F801: F802: F802B: F804: F805: F808: F809: F812: F814: F816: F816B: 9. 9.1. F900: F901: F902: F903: F904: F905: F906: F907: F908: F909: F910: F911: F920: F921: F922: F930: 9.2. F950: F951: F952: F953: F954: F955: F957: F960: F961: F962: F970: F980: 9.3. F990: Rimarka ġenerali: tifsira tal-kodiċi X, A u D użati fl-Anness I: L-informazzjoni kollha mmarkata "X" jew "A" hija obbligatorja. "X" = element tad-data diġa nkluża fil-versjoni preċedenti ta' dan ir-Regolament. "A" = element tad-data li għandha tiġi miżjuda mqabbla mal-versjoni preċedenti ta' dan ir-Regolament. "D" = element tad-data li għandu jiġi miżjud mqabbel mal-versjoni preċedenti ta' dan ir-Regolament. Fejn talba tad-data ma tagħmilx sens taħt ċirkustanzi partikolari jew ma tgħoddx għall-Istati Membri kkonċernati, imbagħad poġġi valur null, li għandu jiġi rrapreżentat minn żewġ semicolons (;;) konsekuttivi fil-fajl tad-data tal-format taċ-CSV. 1. DATA DWAR IL-PAGAMENTI F100: Isem l-aġenziji li jħallsu Format meħtieġ: għandu jiġi espress b'kodiċi (ara l-lista tal-kodiċi F100.XLS miżmum aġġornat fiċ-CIRCA). http://forum.europa.eu.int/Members/irc/agri/Home/main F101: Numru tar-referenza tal-pagament In-numru tar-referenza li jiddentifika b'mod ċar il-pagament fil-kontijiet ta' l-aġenziji li jħallsu. It-tneħħija ta' l-għajnuna ta' l-ikel ma għandix tkun ikkunsidrata bħala bejgħ tal-prodotti ta' l-intervent. F'dan il-każ partikolari il-field F101 jista' jiġi njorat. F102: Numru tar-referenza tal-pagament preċedenti In-numru tar-referenzali jidentifika b'mod ċar il-pagament fil-kontijiet ta' l-aġenziji pagabbli bħala avanz jew ammont miksub. F103: Tip ta' pagament Format meħtieġ: għall-primjumm tan-nagħġa u tal-mogħża l-lista tal-kodiċi li ġejja hija meħtieġa: Kodiċi | Tifsira | 0 | Għajnuna ta' l-ikel | 1 | Avanz jew pagament parzjali | 2 | Pagament finali (l-ewwel pagament u singolu; jew tqegħid tal-bilanċ wara l-pagament ta' l-avanz; jew pagament tar-refużjoni ta' l-esportazzjoni normali) | 3 | Irkupru/rinborż (issegwi penalità)/korrezzjonijiet | 4 | Irċevuta ta' l-ammonti (mhux preċeduti minn avanz jew pagament finali) | 5 | Rifużjoni ta' l-esportazzjoni tal-pagament qabel il-finanzjament | 6 | L-ebda transazzjoni finanzjarja | Kodiċi "6" jirreferi għall-ħażna pubblika fejn il-Kummissjoni għandu bżonn tad-dettalji tal-moviment tal-kwantitajiet iżda fejn l-ebda transazzjonijiet finanzjarji ma huma nvoluti. F103B: Kontribuzzjoni tas-settur privat Dan il-field huwa rrelatat mal-field F510A fejn il-Kummissjoni tirrikjedi l-perċentwal tal-fondi tal-FAEGG fiż-żona ta' l-iżvilupp rurali. Jiddependi mill-interpretazzjoni tal-pajjiż tal-perċentwal taħt l-F510A, il-field F103B jista' jkun meħtieġ jew le. Jekk l-iffundjar tal-FAEGG huwa espress bħala perċentwal bħala kontra l-investiment totali, l-ammont tal-kontribuzzjoni tas-settur privat għandu jiġi mgħoti hawn. Investment totali jiġi definit bħala l-prezzijiet totali eliġibbli taħt il-FAEGG. Jekk għall-kuntrarju l-F510A huwa espress bħala perċentwal kontra l-infiq pubbliku totali eliġibbli, jiġifieri nazzjonali u Ewropew, imbagħad dan il-field jista' jiġi njorat. Format meħtieġ: +99…99.99 or -99…99.99, fejn id-9 jfisser in-numri diġitali minn 0 sa 9. F105: Pagament b'penalità Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F105A: Riduzzjoni taħt l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1259/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 113) Il-field F105A tat-tabelli X għandu jiġi wżat biex juri l-ammonti miżmuma (ammonti negattivi) fuq il-bażi ta' l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999. Il-field F105A għandu jiġi użat għal kull oġġett tal-baġit fejn retenzjoni ġiet magħmula. Ma hemm l-ebda element speċifiku tal-baġit li fuqu jiġu meħtieġa pagamenti magħmula billi jintużaw l-ammonti miżmuma fuq il-bażi ta' l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1259/1999. Dawn il-pagamenti għandhom għalhekk jiġu murija f'field F105A fl-intestaturi tal-baġit korrispondenti (050401054030, 050401064040, 050401084050 u 050401114070). Huma jidhru bħala ammonti pożittivi li juru li l-infiq huwa ffinanzjat permezz ta' penalitajiet għan-nuqqas ta' rispett ta' reġimi tal-protezzjoni ambjentali jew is-sistema ta' modulazzjoni. Fid-dominju tar-raba' li jinħarat, fuq in-naħa l-oħra, F105A għandu jidher bħala ammont negattiv li juri riduzzjoni fl-għajnuna diretta. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser kull numru minn 0 sa 9 inkluż. F106: Ammont Ammont ta' kull oġġett individwali tal-pagament fil-kurrenti murija fil-field F107. Is-somma ta' dawn l-ammonti (F106) bil-kodiċi tal-baġit (F109) għandha, fil-prinċipju, tikkorrispondi ma' l-ammonti murija fit-tabella 104. L-ammonti fil-field F106 huma dwar l-infiq tal-FEAGG biss. L-infiq nazzjonali ma għandux jidher taħt din l-intestatura.Għall-ħażna pubblika s-somma ta' l-ammonti għandha, fil-prinċipju, tikkorrispondi, ladarba x-xuri huwa kkonċernati, bl-ammonti murija f'linja 4 tat-tabella 1 tad-dikjarazzjoni tal-FAUDIT-ED. Fil-każ tal-bejgħ, għati d-dettalji tal-valuri totali fil-linja 1 tat-tabella 53. Format meħtieġ: +99…99.99 or -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F107: Unità tal-kurrenti Format meħtieġ: ISO 4217 kodiċi: DKK, EUR, GBP, SEK, eċċ. F108: Data tal-pagament Id-data li tiddetermina ix-xahar tal-wirja tad-dikjarazzjoni tal-FAEGG. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). F109: Kodiċi tal-baġit tal-FAEGG Il-kodiċi sħiħ ta' l-istruttura ibbaġettjata bbasata fuq l-attività għandu jiġi mgħoti, li jikludi t-titlu, il-kapitolu, l-Artikolu, l-oġġett u s-sub-oġġett. Format ABB meħtieġ mingħajr spazji: "999999999999999", fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. L-ispazji vojta għandhom jintlew biz-zero (per eżempju, 05020901160 jsir 050209011600000). F110: Sena jew perjodu tal-kummerċ Għall-prodotti ta' l-intervent, il-Kummissjoni għandha bżonn tkun taf is-sena kummerċjali li l-prodott jikkorrispondi għaliha jew il-perjodu tal-kwota li għandu jikkompensa. Per eżempju, fil-każ taċ-ċereali din tista' tkun sena kummerċjali preċedenti aktar milli dik kurrenti. 2. DATA DWAR IL-BENEFIĊJARJU (APPLIKANT) Rimarka preliminari: il-fields F200, F201, F202A, F202B u F202C għandhom jiġu użati sabiex jidentifikaw il-benefiċjarju ta' pagament, jiġifieri l-benefiċjarju finali. Il-fields F220, F221, F222A, F222B u F222C għandhom tintuża ukoll jekk pagament huwa magħmul għall-benefiċjarju permezz ta' organizzazzjoni intermedja. Jekk l-organizzazzjoni intermedja hija ukoll il-benefiċjarju finali l-istess data għandha titkompla fil-fields F220, F221, F222A, F222B u F222C bħal ma huma ndikati fil-fields F200, F201, F202A, F202B u F202C. Il-field F207 huwa biss dwar il-field F200. F200: Kodiċi ta' l-identifikazzjoni Dak l-individwu li jidentifika allokat ma' l-applikanti fil-livell ta' l-Istat Membru. F201: Isem Kunjom u isem l-applikant, jew l-isem tal-kummerċ. F202A: L-indirizz ta' l-applikant (triq u numru) F202B: L-indirizz ta' l-applikant (kodiċi postali internazzjonali) F202C: L-indirizz ta' l-applikant (muniċipalità jew belt) F205: Azjenda f'reġjun anqas favorit Fejn dan jaffettwa r-rata ta' l-għajnuna. Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F205A: Bidwi żgħażugħ Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F206: Produtturi tal-ħrejjef tqal/ħfief Format meħtieġ: għall-primjumm tan-nagħġa u tal-mogħża l-lista tal-kodiċi li ġejja hija meħtieġa: —"H" | ħaruf tqil | —"L" | ħaruf ħafif | —"G" | mogħża | F207: Reġjun u subreġjun Reġjun u subreġjun tal-kummerċ tal-benefiċjarju (kodiċi NUTS 3). Format meħtieġ: kodiċi UTS 3 bħal ma huwa speċifikat fid-dokument, li jista' jitniżżel mill-indirizz ta' l-internet li ġej: - DE: http://europa.eu.int/comm/eurostat/ramon/nuts/codelist_de.cfm?list=nuts - EN: http://europa.eu.int/comm/eurostat/ramon/nuts/codelist_en.cfm?list=nuts - FR: http://europa.eu.int/comm/eurostat/ramon/nuts/codelist_fr.cfm?list=nuts F211: Kwantità tar-referenza tal-kunsinna Din hija dwar l-iskema tal-kwota tal-ħalib. Format meħtieġ: +99…99.999 or -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F212: Kwantità tar-referenza tal-bejgħ dirett Din hija dwar l-iskema tal-kwota tal-ħalib. Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F213: Kontenut tax-xaħam tar-referenza Din hija dwar l-iskema tal-kwota tal-ħalib. Format meħtieġ: 9…9.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F214: Xerrejja tal-ħalib Skond l-Artikolu tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 (ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1). Din hija dwar l-iskema tal-kwota tal-ħalib. F215: Data tal-bidu tal-produzzjoni Fil-każ ta' iktar minn data waħda, l-aktar data antika għandha tiġi provduta. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F216: Data ta' l-għeluq tal-produzzjoni Fil-każ ta' aktar minn data waħda, l-aktar data antika għandha tiġi provduta. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F217: Data ta' l-għeluq tal-produzzjoni Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F218: Data ta' l-għeluq tal-ħażna privata Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F220: Kodiċi ta' identifikazzjoni ta' l-organizzazzjoni intermedja L-individwu li jidentifika allokat ma' l-organizzazzjonijiet intermedji għall-livell ta' l-Istat Membru. Il-pagament huwa magħmul lill-benefiċjarju permezz ta' l-organizzazzjoni intermedja, jiġifieri permezz ta' kull istituzzjoni intermedja jew direttament ma' din l-organizzazzjoni. F221: Isem l-organizzazzjoni intermedja Isem l-organizzazzjoni. F222A: L-indirizz ta' l-organizzazzjoni (triq u numru) F222B: L-indirizz ta' l-organizzazzjoni (kodiċi postali internazzjonali) F222C: L-indirizz ta' l-organizzazzjoni (muniċipalità jew belt) 3. DATA DWAR ID-DIKJARAZZJONI/L-APPLIKAZZJONI F300: Numru tad-dikjarazzjoni/l-applikazzjoni Dan għandu jawtorizza d-dikjarazzjoni/l-appplikazzjoni sabiex tiġi traċċata permezz tal-Fajls ta' l-Istati Membri. F300B: Data ta' l-applikazzjoni Id-data ta' l-irċevuta ta' l-applikazzjoni mill-aġenzija li tħallas (li tinkludi kull uffiċini tad-divisjoni jew reġjonali tagħhom). Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F301: Numru tal-kuntratt (fejn huwa applikabbli) F304: Uffiċju ta' l-awtorizzazzjoni Dan huwa l-uffiċju responsabbli għall-kontroll amministrattiv u l-awtorizzazzjoni, per eżempju, ir-reġjun. L-aktar ma l-ġestjoni ta' l-iskema tkun deċentralizzata, iktar l-informazzjoni ssir importanti. F305: Numru taċ-ċertifikat/l-liċenza F306: Data tal-ħruġ taċ-ċertifikat/l-liċenza Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F307: Dokumenti sostenuti ta' l-uffiċju ta' l-azjenda Fejn dan mhux l-istess bħal dak speċifikat fil-field F304 biss. 4. DATA DWAR IS-SIGURTÀ F400: Ammont tas-sigurta' ta' l-istima Fil-prinċipju ir-Regolament għandu jiddetermina l-ammont tas-sigurta' ta' l-istima. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F402: Ammont ta' sigurtà ta' l-iproċessar (minbarra sigurtajiet ta' l-istima) Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F403: Data ta' lodging tas-sigurtà individwali jew tal-ħlas (kreditu) għal sigurtà globali Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tiċċekkja jekk is-sigurtà individwali kif ukoll dik globali tkoprix jew le fiż-żminijiet kollha l-infiq tal-FAEGG. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F404: Data tal-ħlas tas-sigurtà individwali jew il-ħlas (dejn) kontra s-sigurtà globali Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tiċċekkja jekk is-sigurtà individwali jew dik globali ikoprux jew le fiż-żminijiet kollha l-infiq tal-FAEGG. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). 5. DATA DWAR IL-PRODOTTI Rimarka preliminari dwar il-kwantitajiet: bħala regola basika, kwantitajiet, żoni u numri/ħafna annimali għandhom jintwerew darba biss. Fil-każ ta' pagament avvanzat segwit minn pagament tal-bilanċ, il-kwantità għandha tintwera fir-reġistri tal-pagament avvanzat. Aġġustament għall-kwantitajiet, żoni u ħafna/numri ta' annimali għandhom jidhru fir-reġistri li jkopru il-bilanċ jew il-pagamenti li jsegwu. Fil-każ li s-somom ikunu koperti, jekk l-ammont li għalihom ġie applikat jiġpi ridott minħabba kwantitajiet mhux korretti, żoni jew ħafna annimali, l-aġġustamenti għall-kwantitajiet għandhom jintwerew b'sinjal ta' minus. F500: Kodiċi tal-prodott/kodiċi tas-submiżura ta' l-iżvilupp rurali L-Istati Membri għandhom għandhom irressqu l-listi tal-kodiċi personali tagħhom, għandhom ikunu dettaljati fin-nota fissiera tal-fajl(s) tal-pagament. Fil-każ tal-miżuri ta' l-iżvilupp rurali, uri fejn huwa applikabbli kodiċi għal kull submiżura implementata (eż. tip ta' miżura agri-ambjentali). Fil-każ ta' l-istrutturar u t-tibdil tal-vinja (post tal-baġit 050209071650) kodiċi tal-miżuri għandhom jiġu msemmija. Dawn il-kodiċi jirreferu għad-definizzjonijiet tal-miżuri definiti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond l-Artikoli 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1). Fil-każ tal-prodotti li ma humiex ta' l-Anness I: il-kodiċi tal-merkanzija (kodiċI NM iddikkjarat f'kaxxa 33 tas-SAD; 8 diġiti). Ghall-iskema tal-bidwi z-zghir il-kodici li gej ghandu jkun applikat: Kodiċi | fejn il-pagament tar-rata ċatta jqiegħed fih | A | element taż-żona ta' l-għajnuna | B | element tal-primjum ta' l-annimal | C | Kemm il-primjum ta' l-annimal kif ukoll l-element taż-żona ta' l-għajnuna | F501: Tip ta' annimal Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21), jiġifieri "il-primjum singolu maqtul", jekk jogħġbok irreferi għall-Artikolu 11(1)(a) u (b) għat-tip tal-annimal. Dan huwa importanti minħabba fid-differenzazzjoni fil-primjum. Format meħtieġ: għandu jitfisser b'kodiċi; il-kodiċi għandhom jiġu spjegati fl-ittra li takkompanjahom. F502: Kwantità mħallsa (numru ta' annimali, ettari, eċċ.) Ara r-rimarki preliminari f'intestatura 5 (data dwar il-prodotti). Għall-iżvilupp rurali il-kwantitċa mħallsa għandha titfisser fl-unità adatta għas-submiżuri agri-ambjentali msemmija f'F500. Tabella ta' korrispondenza bejn il-kodiċi tas-submiżura (eż. riduzzjoni ta' l-input) użata f'F500 u l-unità sabiex jiġi kkalkulat il-primjum (eż. ha) użata f'F502 għandha tiġi nkluża fin-nota fissiera tal-fajl(s) tal-pagamenti. Għas-settur ta' l-inbid, il-prodotti miksuba wara d-distillazzjoni għandhom jitfissru bis-saħħa alkoħolika. Għas-setturi l-oħra kollha, il-kwantità mħallsa għandha titfisser fl-unità, li hija stabbilita fir-Regolament bħala l-bażi tal-pagament tal-primjum. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibiltà li jiżdied in-numru tad-deċimi jekk sinifikattivi (massimu 6). F503: Kwantità koperta mill-applikazzjoni tal-pagament maħruġ (kwantità kklejmjata) Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibiltà li jiżdied in-numru tad-deċimi jekk sinifikattivi (massimu 6). F507: Produzzjoni Produzzjoni Rapreżżentattiva biex jiġi kkalkolat il-ħlas tal-kumpens (skond il-pjan ta' Reġjunaliżżazzjoni skond l-Artikolu 3 tal-Kunsill Regolattiv (EC) No 1251/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 1)). Format meħtieġ: 9…9.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F508A: Żona koperta mill-applikazzjoni tal-pagament maħruġ Iż-żona koperta mill-applikazzjoni. Ara r-rimarka preliminari f'intestatura 5 (data dwar il-prodotti). Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F508B: Żona koperta mill-pagament magħmul Iż-żona li fuqha sar l-pagament. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F508C: Żoni ddikkjarati għall-għalf Din l-informazzjoni hija direttament relatata ma' l-intestatura tal-baġit għall-primjum ta' l-annimali. Iż-żoni ddikkjarati għall-għalf huma użati sabiex tiġi kkalkulata d-densità ta' l-istokkjar. Din l-informazzjoni għandha tkun dejjem provduta jekk il-benefiċjarju jkun intitolat li juża ż-żona ta' l-għalf. Is-setturi kkonċernati huma l-laħam u xi miżuri ta' l-iżvilupp rurali. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F508D: Suġġett għas ceiling fuq unitajiet ta' bhejjem Fejn primjum ta' bhejjem jitnaqqas minħabba skond il-qies taż-żona ta' l-għalf. Format meħtieġ: Iva = "Y"; le = "N". F508E: Primjum ta' l-estensifikazzjoni mħallas Ara Regolament (KE) Nru 1254/1999. Għall-iskema tal-bidwi ż-żgħir "Y" tfisser li l-ammont globali jiġbor fih element tal-primjum ta' l-estensifikazzjoni. Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F508F: Annimali maqtula, esportati jew ikkonsenjati Dan il-field skond il-primjum singolu tal-qtil għandu juri jekk l-annimali li għalihom saret it-talba għall-għajnuna ġewx maqtula, esportati jew ikkonsenjati. Formnat meħtieġ: għandha tiġi murija permezz ta' xi wieħed minn dawn il-kodiċi: —M | maqtula | —E | esportati | —K | Ikkonsenjati | F509A: Żona ddikjarata ħażina Id-differenza bejn iż-żona ddikkjarata u dik misjuba. Id-dikjarazzjoni li hija ż-żona ddikkjarata li taqbeż iż-żona misjuba u rrapurtata b'figura pożittiva. L-istqarrija tkun iż-żona misjuba ma taqbiżx iż-żona ddikkjarata u rrapurtata b'figura negattiva. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F509B: Żona ddikkjarata ħażina (żona ta' l-għalf) Id-differenza bejn iż-żona ddikkjarata u dik misjuba.Ara ukoll il-field F508C. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F510: Regolament tal-Komunità u numru ta' l-oġġett Fil-każ tal-merkanziji ta' l-intervent, l-istrument ad hoc ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huwa meħtieġ. F510A: Rata tal-Komunità tal-finanzjament ( %) Il-perċentwal għall-iżvilupp nrurali huwa l-perċentwal ta' l-għajnuna totali, li huwa provdut mill-FAEGG. Dan il-perċentwal jista' jiġi kkalkulat, bħala kontra l-investiment totali, ladarba l-kontijiet totali eliġibbli taħt il-FAEGG, jinkludu l-kontribuzzjoni tas-settur privat (ara F103B). Alternattivament bħala kontra l-prezzijiet totali pubbliċi eliġibbli taħt il-FAEGG jiġifieri eskluża l-kontribuzzjoni tas-settur privat. Format meħtieġ: +99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F511: Ir-rata tal-FAEGG ta' l-għajnuna (f'EUR) għal kull unità ta' miżura Ħlief fejn ma hemmx bidla fil-fields F511 jew F512 matul is-sena kummerċjali. Format meħtieġ: 9…9.999999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. L-użu ta' sitt postijiet deċimali tista' tidher stramba iżda xi regolamenti bħar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 660/1999 (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 10), jpoġġu l-primjum ma' aktar minn ħames deċimali mill-primjum sa ħames deċimali anke meta tintuża l-ewro. Sabiex jiġu koperti l-possibbiltajiet kollha n-numri tad-deċimali ġiet mgħollija għal sitta. F511A: Għajnuna nazzjonali miżjuda (f'EUR) għal kull unità Ammonti mħallsa mill-envelop nazzjonali. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru tad-deċimali jekk sinifikanti (massimu 6). F512: Rata ta' konversjoni Ir-rata applikata ta' l-agrikoltura dwar il-pagament (ħlief fejn ma hemm l-ebda bidla fil-fields F511 jew F512 matul is-sena kummerċjali). Format meħtieġ: 9…9.999999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F513: Ir-rata tal-FAEGG ta' l-għajnuna (f'kurrenti imfissra f'field F107) għal kull unità ta' miżura Format meħtieġ: 9…9.999999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9 (ara l-kumment taħt F511). F515: Kunsinni grossi "Kunsinni grossi" tkopri l-kwantitajiet kollha tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ikkonsenjati kif inhu muri fl-Artikolu 9(g) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92, mingħajr l-ebda tibdil għall-kontenut tax-xaħam. Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru tad-deċimali jekk sinifikattiv (massimu 6). F516: Bejgħ dirett gross Fil-każ ta' l-oġġetti tal-baġit 050208021501 u 050208031502, il-valur tal-produzzjoni għall-bejgħ ta' l-organizzazzjoni tal-produttur skond, kif xieraq, l-Artikolu 23(3) jew Artikolu 15(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1). Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied n-numru tad-deċimali jekk sinifikattiv (massimu 6). F517: Kontenut attwali tax-xaħam Bħal ma ntwera mis-sejbiet ta' l-analisi tal-laboratorju, murija bħala perċentwal aktar milli fi grammi jew kilogrammi. Format meħtieġ: 9…9.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiċdied in-numru tad-deċimali jekk sinifikattiv (massimu 6). F518: Kunsinni aġġustati Kwantitajiet ikkonsenjati, aġġustati għall-kontenut tal-ħxuna skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001 (ĠU L 187, 10.7.2001, p. 19). Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru ta' deċimali jekk sinifikattivi (massimu 6). F519: Bejgħ dirett Ħalib u ħalib ekwivalenti kif inhu meqjus fl-Artikolu 9(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92. Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru ta' deċimali jekk sinifikattivi (massimu 6). F519B: Kunsinni wara korrezzjonijiet amministrattivi (jekk ikun hemm) Is-settur tal-ħalib: "korrezzjonijiet amministrattivi" tfisser aġġustamenti magħmula minn l-aġenzija li tħallas għall-kwantitajiet iddikkjarati mix-xerrejja. Bidliet bħal dawn għandhom dejjem jintwerew separatament mill-kwantitajiet iddikkjarati mix-xerrejja. Il-korrezzjonijiet jistgħu jkunu kemm pożittivi kif ukoll negattivi. Il-bidliet netti għandhom jintwerew imqabbla mas-sitwazzjoni qabel il-korrezzjoni. Ma hemm l-ebda disposizzjoni sabiex jiġu nklużi ratti ċatti hawnhekk. Il-korrezzjonijiet li jsegwu kontrolli immedjati, meħtieġa taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001, għandhom jiġu rreġistrati fil-fields F600 sa F603. Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru ta' deċimali jekk sinifikattivi (massimu 6). F519C: Bejgħ dirett wara l-korrezzjonijiet amministrattivi (jekk ikun hemm) Għad-definizzjoni tal-korrezzjonijiet amministrattivi, ara l-field F519B. Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru ta' deċimali jekk sinifikattivi (massimu 6). F520: Kwantitajiet ikkonsenjati 'il fuq minn jew taħt il-kwoti Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F521: Bejgħ dirett 'il fuq minn jew taħt il-kwoti Format meħtieġ: +99…99.999 jew -99…99.999, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibbiltà li jiżdied in-numru ta' deċimali jekk sinifikattivi (massimu 6). F522: Lieva dovuta addizzjonali Għall-kunsinni jew bejgħ dirett (għandha tiġi magħmula distinzjoni permezz tal-kodiċi tal-baġit (field F109)). Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F523: Interess dovut għall-pagament tard Għall-kunsinni jew bejgħ dirett (għandhom jiġu distinti permezz tal-kodiċi tal-baġit fil-field F109). Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F530: Saħħa alkoħolika attwali bil-volum Imfissra f' % vol/hl. Format meħtieġ: 99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F531: Saħħa alkoħolika totali bil-volum Imfissra f' % vol/hl. Format meħtieġ: 99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F532: Saħħa alkoħolika naturali bil-volum Imfissra f' % vol/hl. Format meħtieġ: 99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F533: Żona fejn jikkultivaw l-għeneb għall-inbid Żona fejn jikkultivaw l-għeneb għall-inbid kif inhi murija fl-Anness III lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1). Format meħtieġ: għandu jiġi mfisser minn wieħed minn dawn il-kodiċi li ġejjin: A, B, CIA, CIB, CII, CIIIA, CIIIB. 6. DATA DWAR L-ISPEZZJONIJIET Il-Kummissjoni għandha bżonn tkun taf in-numru ta' l-ispezzjonijiet maħruġa u n-numru tal-każijiet fejn il-penalitajiet ġew applikati bħala riżultat. Fejn il-primjum huwa miżmum jew rikopert bis-sħiħ, il-pagamenti zero għandhom jintwerew. F600: Spezzjoni On-farm jew sensing remot Il-"kontrolli mmedjati" imsemmija hawnhekk huma dawk imsemmija fir-regolamenti relevanti [1]. Huma jinkludu żjajjar fiżiċi tar-razzett u/jew kontrolli bis-sensing remot. Il-fields F601 sa F603 għandhom bżonn biss li jitkomplew fejn il-kontroll immedjat jintwera fil-field F600. Kull rekord, jekk hux pagament ta' l-avvanz jew tal-bilanċ jew ieħor, dak jista' jiġi mqabbel ma' ispezzjoni partikolari, għandu jkollu l-kodiċi xieraq (ara taħt) fil-field F600. Kontrolli amministrattivi, bejn it-tifsira tar-regolamenti msemmija fuq (ara n-nota fil-qiegħ tal-paġna), ma għandhomx jissemmew f'F600. Ma humiex imsemmija bħala tali f'xi field. Madankollu, il-penalitajiet imposti għandhom jingħataw f'F105, kemm jekk joriġinaw mill-kontroll amministrattiv kif ukoll minn dak immedjat. Format meħtieġ: "N"= ebda spezzjoni, "F"= ispezzjoni on-farm u "T"= ispezzjoni b'sensing remot. Il-kodiċi "FT" għandha tintwera fejn kemm il sensing remot kif ukoll iż-żjajjar fiżiċi tar-razzett kienu użati. F601: Data ta' l-ispezzjoni Dan il-field għandu jitkompla meta spezzjoni mmedjata tintwera f'field F600. Dan il-field mhux meħtieġ għall-kontrolli remoti ta' sensing. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena f'erbgħa diġiti, xahar f'żewġ diġiti, jum f'żewġ diġiti). F602: Applikazzjoni ridotta Jekk l-applikazzjoni ġiet ridotta bħala riżultat ta' spezzjoni, dan għandu jintwera hawnhekk. Dan il-field għandu jitkompla meta spezzjoni mmedjata tintwera f'field F600. Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F602B: Rikalkulazzjoni tal-lieva pagabbli addizzjonali Għall-mument wara l-ispezzjonijiet immedjati. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. F603: Raġuni għar-riduzzjoni Fejn hemm aktar minn raġuni waħda uri dik li tiġġustifika l-għola penalità. Dan il-field għandu jitkompla meta spezzjoni mmedjata tintwera f'field F600. Ghall-iskema tal-bidwi z-zghir il-kodici li gej ghandu japplika: A | Żoni restritti mhux disponibbli għall-użu personali tal-biedwi | B | Mhux rispett ta ceiling bovini | C | Mhux rispett tal-kondizzjonijiet tajbin ta' l-agrikoltura | Format meħtieġ: għandu jitfisser b'kodiċi; il-kodiċi għandu jiġi spjegat fl-ittra li takkompanjah. F604: Regolament talKunsill (KEE) Nru 386/90 (ĠU L 42, 16.2.1990, p. 6) (kontrolli mmedjati) Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". F604B: Regolament (KEE) Nru 386/90 (kontrolli tas-sostituzzjoni) Format meħtieġ: iva = "Y"; le = "N". 7. (MHUX UŻAT) 8. DATA ADDIZZJONALI DWAR IR-RIFONDI TA' L-ESPORTAZZJONI F800: Piż nett Ara r-rimarka preliminari fl-intestatura 5 (data dwar il-prodotti). Fil-każ tal-prodotti mhux ta' l-Anness I: il-kwantità ta' l-ingredjent li għalih r-rifond ta' l-esportazzjoni huwa mħallas. Jekk il-kodiċi tal-merkanzija (F500) tikkuntieni aktar minn ingredjent wieħed eliġibbli għall-iffundjar, imbagħad reġistri multipli b'ammonti u kwantitajiet korrispondenti għandhom jinħolqu. Format meħtieġ: +99…99.99 jew -99…99.99, fejn 9 jfisser diġitu minn 0 sa 9. B'possibiltà li jiżdied in-numru tad-deċimali jew sinifikattiv (masssimu 6). F800B: Unità ta' miżura għall-field F800 Format meħtieġ: għall-primjumm tan-nagħġa u tal-mogħża l-lista tal-kodiċi li ġejja hija meħtieġa: Karattru | Tifsira | K | Kilogramm | L | Litru | P | Biċċa (oġġett) | F801: Numru ta' l-applikazzjoni (rimborżi ta' l-esportazzjoni: SAD) F802: Uffiċju doganali ta' l-ippostjar tas-sorveljanza doganali Il-Membri Stati għandhom jużaw il-Lista ta' l-Uffiċju Doganali tat-Transitu (COL(2)). Din hija l-lista ta' l-uffiċini doganali awtorizzati lill-Komunità/l-operazzjonijiet transitarji komuni. Jista' jkun li minħabba fl-iskop tiegħu ta' "l-operazzjonijiet transitarji" xi wħud mill-uffiċini doganali jistgħu ikunu nieqsa għalkemm din għandhatkun l-eċċezzjoni. F'dak il-każ l-Istat Membru għandu jipprovdi l-isem sħiħ ta' l-uffiċju doganali. Format meħtieġ: Il-format tal-kodiċi COL jikkonsisti f'żewġ posizzjonijiet sabiex juri l-pajjiż segwit minn sitt posizzjonijiet numeriċi li jiddefinixxu l-uffiċju doganali. Għall-mument "NL146123". F802B: Uffiċju doganali tal-ħruġ Uri l-uffiċju doganali, li jiċċertifika li l-prodotti koperti mil-applikazzjonijiet tar-rimborż ħalla t-territorju doganali tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jużaw il-lista ta' l-uffiċju doganali tat-transitu (COL(3)). Din hija l-lista ta' l-uffiċini doganali awtorizzati lill-Komunità/l-operazzjonijiet tat-transitu komuni. Jista' jkun li minħabba fl-objettivi tagħha ta' "operazzjonijiet tat-transitu" xi wħud mill-uffiċini doganali jistgħu jkunu nieqsa għalkemm din għandha tkun l-eċċezzjoni. F'dak il-każ l-Istat Membru għandha tipprovdi l-isem sħiħ ta' l-uffiċju doganali. Din l-informazzjoni hija mportanti għall-awdituri b'kunnessjoni ma' l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 386/90 dwar il-kontrolli tas-sostituzzjoni. Din l-informazzjoni hija disponibbli f'T5 jew fid-dokumenti ekwivalenti. Format meħtieġ: Il-format tal-kodiċi COL jikkonsisti f'żewġ posizzjonijiet sabiex jintwera l-pajjiż segwit minn sitt posizzjonijiet numeriċi li jiddefinixxu l-uffiċju doganali. Għall-mument "NL146123". F804: Kodiċi tar-rimborżta' l-esportazzjoni Tnax-il diġitu għall-prodotti tan-nomenklatura agrikola. Ara n-nota fissiera lil F800 għall-proċedura li għandha tiġi segwita fejn aktar minn ingredjent wieħed tal-prodott proċessat huwa eliġibbli għar-rimborż (mhux l-Anness I). F805: Kodiċi għad-destinazzjoni Format meħtieġ: "XX", fejn X jfisser ittra minn A sa Z (kodiċi tan-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ estern tal-Komunità.. Ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2020/2001 (ĠU L 273, 16.10.2001, p. 6) u l-aġġornamenti sussegwenti). Għal skop ta' l-armonizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom ukoll jużaw il-kategorija mħallta (kodiċi Q*) tan-nomenklatura ta' pajjiżi u territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ estern. Huwa magħruf li dik in-nomenklatura ma tkoprix il-każijiet speċjali kollha tar-rimborż ta' l-esportazzjoni iżda l-Kummissjoni ma teħtieġx dak it-tip ta' dettall. L-Istati Membri għandhom għalhekk jikkonvertu l-kodiċi speċjali nazzjonali tagħhom lill-aktar kategoriji vasti tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistiċi tal-kummerċ estern qabel ma tintbgħat id-datatagħhom lill-Kummissjoni. F808: Data ta' l-iffissar avvanzat Jekk ġie rranġat qabel, id-data li fuqha r-rimborż kien stabbilit. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). F809: L-aħħar ġurnata tal-validità (fixing avvanzat) Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). F812: Stima jekk applkabbli (iffissar avvanzat) Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 (ĠU L 147, 30.6.1995, p. 7) jew proċedura simili għall-setturi oħrajn. Il-Kummissjoni għandha bżonn ir-referenza ta' l-istedina għall-istima. F814: Jum ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-pagament (COM-7) Għas-settur tal-laħam taċ-ċanga: fil-każ tal-finanzjament avvanzat, kompli field F814 biss (bla ma tagħti każ fields F816 u F816B); jekk il-finanzjament avvanzat ma jkunx involut, kompli fields F816 u F816B (bla ma tagħti każ field F814). Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). F816: Data ta' l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni Data ġot-tifsira ta' l-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11). Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). F816B: Data ta' l-esportazzjoni mit-territorju ta' l-UE Id-data ta' l-esportazzjoni kif inhija murija fid-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni jew fuq it-T5. Ara ukoll l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999. Format meħtieġ: "YYYYMMDD" (sena b'erbgħa diġiti, xahar b'żewġ diġiti, jum b'żewġ diġiti). 9. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI FUQ BUYING-IN U BEJGĦ MILL-ĦAŻNA PUBBLIKA Dawn it-transazzjonijiet (buying-in u bejgħ) jaqgħu taħt l-intestatura tal-baġit li tkopri prezzijiet oħrajn. Fil-każ tal-buying-in, ipprovdi dettalji tal-kwantitajiet u l-valuri totali f'linja 4 tat-Tabella 1 (jew 51). Fil-każ tal-bejgħ, għati dettalji tal-kwantitajiet u l-valuri totali f'linja 1 tat-Tabella 53. Il-Kummissjoni għandha bżonn dettalji tal-movimenti tal-kwantitajiet bought in, bejgħ u telf anke fejn l-ebda transizzjonijiet finanzjarji ma huma involuti, bħal ma huwa l-każ b'bejgħ liberu ta' oġġetti ta' l-ikel u telf fit-tollerenzi permessi. Għall-prodotti ta' l-intervent, l-emfażi hija fuq movimenti ta' l-istokk iddettaljat aktar mill fuq l-implikazzjonijiet finanzjarji. Id-differenza bis-sistema FAUDIT-ED hija li l-Kummissjoni mhijiex interessata fit-totali kumulattivi. Il-Kummissjoni trid ukoll l-informazzjoni fit-Tabella "X" sabiex tirrifletti t-transizzjonijiet attwali. Tabella 8 (Ħażna pubblika – Posizzjoni ta' l-istokk u movimenti pubbliċi) issupplimenta d-data ta' fuq. 9.1. INFORMAZZJONI DWAR FAJLS BUYING-IN F900: Tip ta' prodott Format meħtieġ: għall-primjumm tan-nagħġa u tal-mogħża l-lista tal-kodiċi li ġejja hija meħtieġa: Qamħ komuni | 01 | Qamħ ta' l-Awstralja | 02 | Barli | 03 | Segala | 04 | Sorgu | 05 | Qamħirrum | 06 | Zokkor | 11 | Żejt taż-żebbuġ | 21 | L-Artikolu ta' l-alkoħol 39/40 jew l-Artikolu 30 | 31 | L-Artikolu ta' l-alkoħol 36/37 jew l-Artikolu 27/28 | 32 | Ross | 41 | Trab tal-ħalib xkumat | 51 | Butir | 52 | Laħam taċ-ċanga/laħam nej | 71 | Laħam taċ-ċanga bl-għadma/vitella | 72 | Laħam tan-nagħġa | 73 | Laħam tal-mogħża | 74 | Laħam tal-majjal | 75 | [1] L-Artikolu 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 445/2002 (ĠU L 74, 15.3.2002, p. 1) (żvilupp rurali).L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 1) (IACS).Il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419/2001 (ĠU L 327, 12.12.2001, p. 1) (raba' għat-taħrit u primjum ta' l-annimal).L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2159/89 (ĠU L 207, 19.7.1989, p. 19) (ġewż).L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1621/1999 (ĠU L 192, 24.7.1999, p. 21) (għeneb imnixxef).L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/1999 (ĠU L 75, 20.3.1999, p. 20) (ħops). --------------------------------------------------