32003R1571



Official Journal L 224 , 06/09/2003 P. 0017 - 0018


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1571/2003

fil-5 ta’ Settembru 2003.

li temenda l-ispeċifikazzjonijiet ta’ isem illi qed jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Numru 1107/96 (Parmiggiano Reggiano)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjoni ġeografika u d-denominazzjonii ta’ l-oriġini ta’prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [1] kif fl-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2] u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, saret talba mill-awtoritajiet Taljani f’isem "Parmigiano Reggiano" irreġistrat bħala deskrizzjoni ta’ l-oriġini protetta mir-Regolament (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjoni ġeografika u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 [3], emendat mir-Regolament (KE) Nru 1204/2003 [4], l-emenda tad-deskrizzjoni, metodu tal-produzzjoni, it-tikkettjar u r-regoli dwar l-għalf tal-baqar.

(2) Wara li din it-talba għal emenda ġiet eżaminata, ġie deċiż illi l-emendi nvoluti huma sostanzjali.

(3) Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2081/92 u peress illi l-emendi huma sostanzjali, il-proċedura fl-Artikolu 6 tapplika mutatis mutandis.

(4) Kien deċiz illi l-emendi f’dan il-każ huma skond ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92. L-ebda oġġezzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament, ma ġiet konsenjata lill-Kummissjoni wara li dawn l-emendi ġew ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Europea [5].

(5) Għalhekk, dawn l-emendi iridu jiġu rreġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi li jinsabu fl-Anness ta’ dan ir-Regolament kienu hawnhekk irreġistrati u ppublikati skond l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara illi jkun ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Europea.

Dan ir-Regolament jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta’ Settembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta’ l-24.07.1992, p. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.05.2003, p. 1.

[3] ĠU L 148, tal-21.06.1996, p. 1.

[4] ĠU L 168, tal-5.07.2003, p. 10.

[5] ĠU C 275, tat-12.11.2002, p.14 (Parmigiano Reggiano).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ITALJA

Parmigiano Reggiano

- Deskrizzjoni:

Il-forma tvarja fil-piż minħabba li l-għoli tagħha jista jkun ta’ mhux inqas minn 20 ċm u mhux iktar minn 26 ċm. Il-forma ma tistax tiżen inqas minn 30 kilo.

It-tidlik biż-żejt tal-qoxra ta’ barra tal-forma, għalkemm dan ftit li xejn isir, issa ma għadux isir peress illi kien qed ikun ta’ żvantaġġ fil-marketing tal-prodott.

- Metodu ta’ Produzzjoni:

Huwa rikjest l-użu ta’ ħalib mhux ippasturizzat. La jistaw jintużaw sħanat u l-anqas additivi.

It-taħlib tal-baqar, għal kemm żmien jista’ jsir it-taħlib, il-konservazzjoni u t-tneħħija parzjali tal-krema illi titla’ fil-wiċċ tal-ħalib ġo tankijiet miftuħin, iż-żieda ta’ inoculum ta’ xorrox naturali li huwa magħmul mill-aċidi tal-bqija tax-xorrox mill-ġurnata ta’ qabel, il-koagulazzjoni tal-ħalib, it-taqtir tal-ġobon moxx u l-mudellar tal-ġobnijiet huma spjegati kif inhu xieraq skond il-prattika lokali, fdata, stabbilità u tradizzjonalment osservata.

- Tikkettjar:

L-oriġini ta’ dan il-ġobon huwa mmarkat fuq il-prodotti u targa mill-kaseina hi mwaħla bl-isem "Parmigiano Reggiano" flimkien ma’ kodiċi sabiex il-prodott jista’ jiġi identifikat u ttraċat b’mod preċiż.

Is-selezzjoni hija mmarkata mill-Consorzio di tutela del Parmigiano Reggiano permezz ta’ sinjali indelibbli għal dawk il-kategoriji ta’ selezzjoni li ġew verifikati minn aġenzija ta’ l-ispezzjoni approvata.

- Oħrajn – Regoli dwar l-għalf tal-baqar:

Lista speċifika ta’ għalf projbit u by-products, jirrifletti t-tagħrif tekniku ta’ dan iż-żmien dwar kif il-bhejjem għandhom jiġu nutriti.

Dawk l-aspetti tar-regoli dwar l-għalf illi ma għandhom ebda impatt fuq il-konnessjoni mat-terittorju ġew issemplifikati waqt li l-istess regoli ġew stretti dwar l-użu tat-"unifeed technique" għall-amministrazzjoni ta’ l-għalf.

--------------------------------------------------