32003R1518



Official Journal L 217 , 29/08/2003 P. 0035 - 0042


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/2003

tat-28 ta' Awissu 2003

iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 fuq l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 [2], u partikolarment l-Artikoli 8(2), 13(12) u 22 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/95 ta' 16 ta' Ġunju 1995 iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta' esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal [3] kien emendat konsiderevolment ghal diversi drabi [4]. Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità l-imsemmi Regolament għandu jkun ikkodifikat.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jipprovdi li l-esportazzjonijiet kollha li għalihom ir-rifużjonijiet ta' esportazzjoni huma mitluba għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni tal-liċenza ta' esportazzjoni bl-arranġament bil-quddiem tar-rifużjoni. Għalhekk regoli speċifiċi ta' implimentazzjoni għandhom jkunu stabbiliti għas-settur tal-laħam tal-majjal li għandhom partikolarment jinkludu disposizzjonijiet għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li għandha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzi, flimkien ma' dawk li jinsabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jniżżel regoli komuni u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-liċenzi u l-arranġament bil-quddiem tal-liċenzi għal prodotti agrikoli [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 325/2003 [6].

(3) Sabiex wieħed jassigura l-amministrazzjoni xierqa tas-sistema, ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta' esportazzjoni taħt is-sistema imsemmija għandha tkun fissa. Minħabba fir-riskju ta' spekulazzjoni ġewwa s-sistema fis-settur tal-laħam tal-majjal, il-liċenzi ta' esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli u kondizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-aċċess tal-kummerċjanti ġewwa din is-sistema għandhom ikunu stabbiliti.

(4) l-Artikolu 13(11) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 jipprovdi li l-konformità ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi matul ir-Ronda ta' l-Urugwaj ta' negozjati multilaterali tal-kummerċ dwar il-volum ta' esportazzjoni għandha tkun assigurata fuq il-bażi tal-liċenzi ta' esportazzjoni. Għalhekk skeda dettaljata għad-depożitu ta' l-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzi għandha tkun stabbilita.

(5) Barra dan, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni għandha tkun komunikata biss wara perjodu ta' konsiderazzjoni. Dan il-perjodu jippermetti lill-Kummissjoni biex tapprezza l-kwantitajiet li applikat għalihom kif ukoll l-infiq involut u, jekk addatat, tieħu miżuri speċifiċi li japplikaw partikolarment ghall-applikazzjonijiet li huma pendenti. Huwa fl-interess tal-kummerċanti li jħallu l-applikazzjoni tal-liċenza tkun irtirata wara li jkun stabbilit l-aċċettazzjoni tal-ko-effiċjent.

(6) Fil-każ ta' applikazzjonijiet li jirrigwardaw kwantitajiet daqs jew inqas minn 25 tunnellata metrika, il-liċenza ta' esportazzjoni għandha tinħareġ immedjatament jekk il-kummerċjant jitlobha. F'dan il-każ, il-liċenzi ma jkunux soġġetti għal ebda miżuri speċjali meħudin mill-Kummissjoni.

(7) Sabiex wieħed jassikura t-tkomplija eżatta tal-kwantitajiet li għandhom jkunu esportati, deroga mir-regoli dwar it-toleranzi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandha tkun stabbilita.

(8) Il-Kummissjoni għandha tiddisponi minn informazzjoni preċiza li tirrigwarda l-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-użu tal-liżenzi maħruġa, sabiex tkun tista' tamministra din is-sistema. Fl-interessi ta' amministrazzjoni effiċjenti, in-notifiki mill-Istati Membri għall-Kummissjoni għandhom isiru skond mudell uniformi.

(9) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-esportazzjonijiet kollha tal-prodotti fis-settur tal-laħam tal-majjal li għalihom rifużjoni ta' esportazzjoni hija mitluba, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' esportazzjoni flimkien ma' l-iffissar bil-quddiem tar-rifużjoni.

Artikolu 2

1. Il-liċenzi ta' esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 90 jum mid-data attwali tal-ħruġ fis-sens ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandhom jkollhom imniżżla, fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodott u, fit-taqsima 16, il-kodiċi tal-prodott bi 12-il ċifra tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għall-ħlasijiet lura (rifondi) fuq l-esportazzjoni.

3. Il-kategoriji tal-prodotti riferiti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, kif ukoll ir-rata tal-garanzija għal-liċenzi ta' esportazzjoni, huma mniżżla fl-Anness I.

4. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi nfushom għandu jkollhom imniżżla, fit-taqsima 20, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

- Reglamento (CE) no (…)

- Forordning (EF) nr. (…)

- Verordnung (EG) Nr. (…)

- Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. […]

- Regulation (EC) No (…)

- Règlement (CE) no (…)

- Regolamento (CE) n. (…)

- Verordening (EG) nr. (…)

- Regulamento (CE) n.o (…)

- Asetus (EY) N:o (…)

- Förordning (EG) nr (…)

Artikolu 3

1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni jistgħu jkunu ddepożitati ma' l-awtoritajiet kompetenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa ta' kull ġimgħa.

2. L-applikanti għal-liċenzi ta' esportazzjoni jridu jkunu persuni naturali jew legali li, malli jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet, ikunu kapaċi jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri illi jkunu ilhom imdaħħla fil-kummerċ fis-settur tal-laħam tal-majjal (porku, perżut u bacon) għal mill-inqas 12-il xahar. Iżda, l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ir-restoranti li jbigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi ta' l-aħħar jistgħu ma jiddepożitawx applikazzjonijiet.

3. Il-liċenzi ta' esportazzjoni jinħarġu nhar l-Erbgħa ta' wara l-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1, basta iżda illi l-ebda waħda mill-miżuri partikolari riferiti fil-paragrafu 4 ma tkun ittieħdet minn dak in-nhar mill-Kummissjoni.

4. Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni jirrigwardaw kwantitajiet u/jew infiq li jaqbżu l-modi normali tal-kummerċ, jew fejn ikun hemm ir-riskju li jinqabżu, fil-waqt li tieħu f'konsiderazzjoni l-limiti riferiti fl-Artikolu 13 (11) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 u/jew in-nefqa korrispondenti matul il-perjodu taż-żmien involut, il-Kummissjoni tista':

(a) twaqqaf persentaġġ wieħed biex il-kwantitajiet applikati għalihom ikunu aċċettati;

(b) tirrifjuta l-applikazzjonijiet li għalihom il-liċenzi ta' esportazzjoni għadhom m'humiex maħruġa;

(ċ) tissospendi d-depożitu ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni għal perjodu massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol. Sospensjoni ghal perjodu itwal tista' tkun deċiza flimkien mal-proċedura prevista fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75. F'dawn il-każijiet, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni depożitati matul il-perjodu ta' sospensjoni għandhom ikunu inammissibbli.

Dawn il-miżuri jistgħu jkunu rranġati skond il-kategorija tal-prodotti u d-destinazzjoni.

5. Fejn il-kwantitajiet applikati għalihom ma jintlaqgħux jew jitnaqqsu, il-garanzija għandha tiġi rilaxxjata fil-pront għall-kwantitajiet kollha li għalihom applikazzjoni ma tkunx ġiet sodisfatta.

6. Minkejja il-paragrafu 3, fejn jitwaqqaf persentaġġ wieħed ta' aċċettazzjoni li huwa inqas minn 80 %, il-liċenza għandha tinħareġ sa mhux iktar tard mill-ħdax-il jum tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni ta' dak il-persentaġġ fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Matul l-għaxart ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tiegħu, l-operatur jista':

(a) jew jirtira l-applikazzjoni, f'liema każ il-garanzjia hija rilaxxjata immedjatament; jew

(b) id-data tal-ħruġ normali għall-ġimgħa relevanti.

7. Bħala deroga minn paragrafu 3, il-Kummissjoni tista' twaqqaf ġurnata oħra differenti min-nhar l-Erbgħa biex jinħarġu l-liċenzi ta' esportazzjoni meta ma jkunx possibili li din id-data tkun rispettata.

Artikolu 4

1. Ma' l-applikazzjoni ta' l-operatur, applikazzjonijiet ta' liċenzi li ma jaqbżux il-25 tunnellata metrika ta' prodotti ma għandhomx ikunu soġġetti għal ebda miżuri speċjali kif riferit fl-Artikolu 3(4) u l-liċenzi applikati għalihom għandhom jinħarġu immedjatament.

F'każijiet bħal dawn, minkejja l-Artikolu 2(1), il-perjodu ta' validità tal-liċenzi għandu jkun limitat għal ħamest ijiem tax-xogħol mid-data attwali tal-ħruġ fis-sens ta' l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 u t-taqsima 20 ta' l-applikazzjonijiet ta' liċenzi u l-liċenzi nfushom għandhom juru mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

- Certificado válido durante cinco días hábiles y no utilizable para la aplicación del artículo 5 del Reglamento (CEE) no 565/80 del Consejo [7]

- Licens, der er gyldig i fem arbejdsdage, og som ikke kan benyttes til at anvende artikel 5 i Rådets forordning (EØF) nr. 565/80 [8]

- Fünf Werktage gültige und für die Anwendung von Artikel 5 der Verordnung (EWG) Nr. 565/80 des Rates [9] nicht verwendbare Lizenz

- Πιστοποιητικό που ισχύει για πέντε εργάσιμες ημέρες και δεν χρησιμοποιείται για την εφαρμογή του άρθρου 5 του κανονισμού (ΕΟΚ) αριθ. 565/80 [10]

- Licence valid for five working days and not useable for application of Article 5 of Council Regulation (EEC) No 565/80 [11]

- Certificat valable cinq jours ouvrables et non utilisable pour l'application de l'article 5 du règlement (CEE) no 565/80 du Conseil [12]

- Titolo valido cinque giorni lavorativi e non utilizzabile ai fini dell'applicazione dell'articolo 5 del regolamento (CEE) n. 565/80 [13]

- is-Certificaat met een geldigheidsduur van vijf werkdagen en niet te gebruiken voor de toepassing van artikel 5 van Verordening (EEG) nr. 565/80 van de Raad [14]

- Certificado de exportação válido durante cinco dias úteis, não utilizável para a aplicação do artigo 5.o do Regulamento (CEE) n.o 565/80 do Conselho [15]

- Todistus on voimassa viisi arkipäivää eikä sitä voi käyttää sovellettaessa asetuksen (ETY) N:o 565/80(16) 5 artiklaa

- Licensen är giltig fem arbetsdagar men gäller inte vid tillämpning av artikel 5 i rådets förordning (EEG) nr 565/80 [16]

2. Il-Kummissjoni tista', fejn ikun neċessarju, tissospendi l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-liċenzi ta' esportazzjoni ma għandhomx ikunu trasferibbli.

Artikolu 6

1. Il-kwantità esportata skond t-tolleranza riferita fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 ma għandhiex tagħti d-dritt ta' ħlas tar-rifużjoni.

2. Fit-taqsima 22 tal-liċenza, għandu jkun indikat mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

- Restitución válida por (…) toneladas (cantidad por la que se expida el certificado)

- Restitutionen omfatter (…) t (den mængde, licensen vedrører)

- Erstattung gültig für… Tonnen (Menge, für welche die Lizenz ausgestellt wurde)

- Επιστροφή ισχύουσα για […] τόνους (ποσότητα για την οποία έχει εκδοθεί το πιστοποιητικό)

- Refund valid for … tonnes (quantity for which the licence is issued),

- Restitution valable pour… tonnes (quantité pour laquelle le certificat est délivré)

- Restituzione valida per (…) t (quantitativo per il quale il titolo è rilasciato)

- Restitutie geldig voor… ton (hoeveelheid waarvoor het certificaat wordt afgegeven)

- Restituição válida para… toneladas (quantidade relativamente à qual é emitido o certificado)

- Tuki on voimassa (…) tonnille (määrä, jolle todistus on myönnetty)

- Ger rätt till exportbidrag för (…) ton (den kvantitet för vilken licensen utfärdats)

Artikolu 7

1. Kull nhar ta' Ġimgħa mis-siegħa ta' wara nofsinhar (13.00), l-Istati Membri għandhom jibagħtu dawn li ġejjin permezz ta' fax fil-każ tal-perjodu preċedenti:

(a) l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' esportazzjoni kif riferiti fl-Artikolu 1 depożitati mit-Tnejn sa l-Erbgħa ta' l-istess ġimgħa, waqt li jiddikjaraw jekk jaqawx ġewwa l-iskop ta' l-Artikolu 4 jew le;

(b) il-kwantitajiet koperti mill-liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa l-Erbgħa ta' qabel, ma jinkludux dawk maħruġa immedjatament taħt l-Artikolu 4;

(ċ) il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta' esportazzjoni irtirati skond l-Artikolu 3(6) matul il-ġimgħa ta' qabel.

2. In-notifika ta' l-applikazzjonijiet riferita fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tispeċifika:

(a) il-kwantità skond il-piż tal-prodott għal kull kategorija riferita fl-Artikolu 2(3);

(b) tqassim skond id-destinazzjoni tal-kwantità għal kull kategorija fil-każ fejn ir-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni;

(ċ) ir-rata applikabbli tar-rifużjoni;

(d) l-ammont totali tar-rifużjoni stabbilit bil-quddiem f'ewro għal kull kategorija.

3. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni fuq kull xahar i wara l-iskadenza tal-validità tal-liċenzi ta' esportazzjoni l-kwantità mhux użata ta' liċenzi ta' esportazzjoni.

4. In-notifiki kollha riferiti fil-paragrafi 1 u 3, inklużi n-notifiki "nil", għandhom isiru skond il-mudell imwaqqaf fl-Anness II.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/95 huwa mħassar.

Ir-referenzi magħmula lil dan l-imsemmi Regolament imħassar għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Romano Prodi

Il-President

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.1.1975, pġ. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.2000, pġ. 5.

[3] ĠU L 133, tas-17.6.1995, pġ. 9.

[4] Ara l-Anness III.

[5] ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, pġ. 1.

[6] ĠU L 47, tal-21.2.2003, pġ. 21.

[7] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[8] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[9] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[10] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[11] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[12] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[13] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[14] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[15] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

[16] ĠU L 62, tas-7.3.1980, pġ. 5.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Il-Kodiċi tal-prodott tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni | Il-Kategorija | Ir-Rata tal-garanzija (EUR/100 kg) piż Nett |

020311109000 | 1 | 5 |

020321109000 |

020312119100 | 2 | 5 |

020312199100 |

020319119100 |

020319139100 |

020319559110 |

020322119100 |

020322199100 |

020329119100 |

020329139100 |

020329559110 |

020319159100 | 3 | 4 |

020319559310 |

020329159100 |

021011319110 | 4 | 15 |

021011319910 |

021012199100 | 5 | 5 |

021019819100 | 6 | 20 |

021019819300 | 7 | 15 |

160100919120 | 8 | 5 |

160100999110 | 9 | 5 |

160241109110 | 10 | 10 |

160242109110 | 11 | 10 |

160241109130 | 12 | 5 |

160242109130 |

160249199130 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

Ir-Regolamenti mħassra u l-emendi suċċessivi

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1370/95 | (ĠU L 133, tas-17.6.1995, pġ. 9) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2739/95 | (ĠU L 285, tad-29.11.1995, pġ. 11) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/96 | (ĠU L 149, tat-22.6.1996, pġ. 17) |

Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 2439/97 | (ĠU L 339, ta' l-10.12.1997, pġ. 9) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 540/98 | (ĠU L 70, ta' l-10.3.1998, pġ. 6) |

Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/98 | (ĠU L 215, ta' l-1.8.1998, pġ. 58) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2399/1999 | (ĠU L 290, tat-12.11.1999, pġ. 18) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2000 | (ĠU L 154, tas-27.6.2000, pġ. 14) |

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2898/2000 | (ĠU L 336, tat- 30.12.2000, p. ġ 32) |

Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2002 | (ĠU L 79, tat-22.3.2002, pġ. 9) |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/95 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3(1), (2) u (3) | L-Artikolu 3(1), (2) u (3) |

L-Artikolu 3(4), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 3(4)(a) |

L-Artikolu 3(4), it-tieni inċiż | L-Artikolu 3(4)(b) |

L-Artikolu 3(4), it-tielet inċiż | L-Artikolu 3(4)(c) |

L-Artikolu 3(5) | L-Artikolu 3(5) |

L-Artikolu 3(6), l-ewwel sentenza u t-tieni sentenza,kliem introduttorju | L-Artikolu 3(6), l-ewwel sentenza u t-tieni sentenza,kliem introduttorju |

L-Artikolu 3(6), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 3(6)(a) |

L-Artikolu 3(6), it-tieni inċiż | L-Artikolu 3(6)(b) |

L-Artikolu 3(7) | L-Artikolu 3(7) |

L-Artikolu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafi | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 4, it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6, l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 6, it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 6(2) |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 7(2), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 7(2)(a) |

L-Artikolu 7(2), it-tieni inċiż | L-Artikolu 7(2)(b) |

L-Artikolu 7(2), it-tielet inċiż | L-Artikolu 7(2)(c) |

L-Artikolu 7(2), ir-raba' inċiż | L-Artikolu 7(2)(d) |

L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 7(3) |

L-Artikolu 7(4) | L-Artikolu 7(4) |

L-Artikolu 8 | — |

— | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 9 | — |

L-Artikolu 10 | L-Artikolu 9 |

L-Anness I | L-Anness I |

L-Anness II | L-Anness II |

— | L-Anness III |

— | L-Anness IV |

--------------------------------------------------