Official Journal L 214 , 26/08/2003 P. 0006 - 0007
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1491/2003 tal-25 ta'Awissu 2003 li żżid ma' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (Ficod'India dell'Etna, Monte Etna, Colline di Romagna, Pretuziano delle Colline Teramane, Torta del Casar, Manzana de Girona jew Poma de Girona) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-identifikazzjoni u l-ismijiet ta' l-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti ta' l-ikel(1), kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu, Billi: (1) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-Italja bagħtet lill-Kummissjoni erba' talbiet għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini għall-ismijiet "Ficodindia dell'Etna", "Monte Etna", "Colline di Romagna" u "Pretuziano delle Colline Teramane", u l-Ispanja bagħtet talba waħda għar-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni ta' l-oriġini għall-isem "Torta del Casar" u talba waħda għar-reġistrazzjoni ta' indikazzjoni ġeografika għall-isem "Manzana de Girona" jew "Poma de Girona". (2) Skond l-Artikolu 6(1), ta'l-imsemmi Regolament, ġie ikkonfermat li dawn it-talbiet laħqu l-ħtiġijiet kollha msemmija fir-Regolament, u b'mod partikolari li fihom it-tagħrif kollu meħtieġ fl-Artikolu 4 tiegħu. (3) L-ebda oġġezzjoni taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 intbagħtet lill-Kummissjoni wara il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej(3) tas-sitt ismijiet imniżżla fl-Anness ta' dan ir-Regolament. (4) Is-sitt ismijiet kollha għandhom għalhekk jitniżżlu fir-Reġistru tad-denomonazzjonijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, sabiex jiġu protetti f'kull parti tal-Komunità bħala denominazzjoni ta' l-oriġini protetta jew indikazzjoni ġeografika protetta, skond il-każ. (5) L-Anness ta' dan ir-Regolament iżżid ma' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96(4), kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1428/2003(5), ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Is-sitt ismijiet kollha fl-Anness ta' dan ir-Regolament huma miżjuda ma' l-Annes tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mniżżla bħala deskrizzjoni ta' l-oriġini protetta (PDO) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), skond il-każ, skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta' Awissu 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni -------------------------------------------------- L-ANNESS PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS I TAT-TRATTAT KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM UMAN Frott, ħaxix ta' l-ikel u ċereali L-ITALJA Ficodindia dell'Etna (PDO) L-ISPANJA Manzana de Girona jew Poma de Girona (IĠP) Żjut u xaħam/Żejt taż-żebbuġa L-ITALJA Monte Etna (PDO) Colline di Romagna (PDO) Pretuziano delle Colline Teramane (PDO) ĠOBNIJIET L-ISPANJA Torta del Casar (PDO) --------------------------------------------------