Official Journal L 212 , 22/08/2003 P. 0001 - 0038
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1480/2003 tal-11 ta' Awissu 2003 li jimponi dazju definittiv b'effett oppost u l-ġbir definittiv tad-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala DRAM (dynamic random access memories - memorji dinamiċi b'aċċess każwali) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni sussidjata minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea [1], u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ippreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv [2], Billi: A. MIŻURI PROVIŻORJI (1) Bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 708/2003 [3], (minn hawn il-quddiem referut bħala "ir-Regolament proviżorju"), dazju proviżorji b'effett b'effett oppost kien impost fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' mikro ċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala DRAM (dynamic random access memories - memorji dinamiċi b'aċċess każwali) li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea. (2) Huwa mfakkar li l-investigazzjoni dwar is-sussidju u d-danni kienet tkopri il-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2001 ("PI"). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi relevanti għall-istudju tad-danni kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 1998 dat-tmien tal-PI ("il-perijodu meqjus"). B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI (3) Sussegwentament għall-iżvelar tal-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien ġie deċiż li jkunu imponuti l-miżuri proviżori, diversi partijiet interessati kienu ippreżentaw bil-miktub il-kummenti tagħhom. Bi qbil mad-disposiżżjonijiet ta' l-Artikoilu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (minn hawn il-quddiem referur bħala "ir-Regolament bażiku"), il-partijiet interessati kollha li talbu għal smiegħ ġew mogħtija l-opportunità li jkunu mismugħa mill-Kummissjoni. (4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għas-sejbiet definittivi. (5) Il-partijiet kollha kienu informati bil-fatti essenzali u bil-konsiderazzjoni li fuq il-bażi tagħhom kien intiż li tkun rakkomandata l-imposizzjoni tad-dazju definittiv b'effett b'effett oppost u tal-ġbir definittiv ta' l-ammonti iggarantiti bħala dazi proviżoji. Dawn kienu wkoll ġew mogħtija perijodu li fih huma setgħu iressqu rappreżentazzjonijiet sussegwentament ta' din id-Deċiżjoni. (6) L-argumenti orali u bil-kitba ippreżentati mill-partijiet kienu meqjusa, u, meta xieraq, is-sejbiet proviżorji kienu modifikati kif xieraq. C. IL-PRODOTT IKKONSIDRAT U L-PRODOTT SIMILI (7) Minħabba li l-ebda kummenti ma kienu wasslu b'segwiment tal-iżvelar tas-sejbiet proviżorji rigward id-definizzjoni tal-prodott ikonċernat u tal-prodott simili, il-konklużjonijiet elenkati fir-reċiti 8 sa 11 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati. D. SUSSIDJI (8) Bħala segwiment tal-publikazzjoni tar-Regolament li jimponi d-dazju proviżorju b'effett oppost, il-produtturi tal-Komunità, Samsung Electronics Co., Ltd ("Samsung"), Hynix Semiconductor Inc. ("Hynix"), il-Gvern tal-Korea ("GOK"), il-Bank Korean tal-Kambjali ("BKK"), il-Bank Korean tal-Iżvilupp ("BKI"), Citibank Seoul, Il-Bank Woori, il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Koperattiva Agrikola ("FNKA") u l-Bank Shinhan ippreżentaw kummenti li jikkonċernaw is-sejbiet tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwardja is-sussidji. Il-miżuri li saru kummenti dwarhom hija s-self sindikata ta' 80 biljun KRW, il-garanzija KEIC għal krediti ta' l-esportazzjoni fl-ammont ta' 600 miljun Dollari Amerikani, Il-Programm BKI ta' tat-Titoli ta' l-Imgħax, mixtrija minn banek kredituri b'valur ta' 1 miljun KRW ta' titoli konvertibli f'Mejju 2001 u Ottubru 2001 bġala pakketta ta' strutturar mill-ġdid. La darba uħul mill-kwistjonijiet ġenerali huma importanti għall-istudju tal-miżuri kollha kif investigati, dawn is-suġġetti huma elenkati hawn taħt f'kapitolu ta' introduzzjoni. 1. INTRODUZJONI (i) Kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern (9) Il-kwistjoni ta' x'jikkostitwixxi "kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern" hija ċentrali għal din l-investigazzjoni, u għanhekk huwa tajjeb li jkunu mistqarra mill-ġdid uħud mill-prinċipji ta' gwida f'din il-materja Skond l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, għal sussidju sabiex ikun jeżisti hemm il-ħtieġa li jkun stabbilit bħala l-ewwel pass li jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn għand gvern. L-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku jagħti d-definizzjoni ta' "gvern" bħala gvern jew xi korp pubbliku fi ħdan it-territorju tal-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-esportazzjoni. Skondl-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku, kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern għandha tkun meqjusa bħala li tkun teżisti wkoll meta gvern jafda jew jagħti struzzjoni lil xi korp privat li jwettaq miżuri li jkunu jikkostitwixxu kontribuzzjoni minn gvern bis-saħħa tal-punri (i), (ii) u (iii) ta' l-istess Artikolu. (10) Kontribuzzjoni finanazjarja minn gvern jew korp publiku hija sussidju per se jekk din tkun tikkonferixxi benefiċju. Jekk l-entità ma tkun meqjusa li hija korp publiku, din b'mankanza tkun korp publiku, u d-direzzjoni ta' gvern għandha tkun murija permezz ta' l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku sabiex ikun hemm sussidju. (ii) Il-padronanza ta' gvern, anki jekk din hija pardonanza ta# 10 %, ma tkunx minnha innifisha tfisser li l-kumpanija ikkonċernata tkun meqjusha bħala li hija "korp pubbliku". L-anqas il-padronanza governattiva, tkun f'liema livell tkun, ma toħloq "preżunzjoni imraġġa lura" ta' korp publiku. B'dana kollu, il-livell tal-padronanza ta' gvern huma komponent importanti, f'ċerti każi l-aktar importanti, għad-determinazzjoni ta' jekk korp publiku jkunx jeżisti. Aktar ma jkun għoli s-sehem tal-gvern, aktar tkun il-possibiltà li jkun misjub bħala korp pubbliku. (12) Meta kumpaniji huma 100 % privati u meta il-gvern ma jkunx is-sieħeb ewlieni, għandha normalment tkun diffiċli sabiex ikun stabbilit li kumpanija hija korp publiku, sakemm evidenza konvinċenti ma tkunx teżisti b'kuntrarju ta' dan. F'dawn iż-żewġ każi, il-kumpanija għandha tkun meqjusha li hija korp privat, u "id-direzzjoni" mill-gvern għall-forniment ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għandha tkun murija permezz ta' l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. (13) Kuntrarju ta' dan, jekk il-gvern ikun l-akbar, u speċjalment jekk ikun is-sieħeb fil-maġġoranża ta' kumpanija, il-kumpanija f'dak il-każ tista tkun ben meqjusa bħal li hija korp pubbliku jekk il-kriterja relevanti l-oħra tkun imwettqa. Dawn il-kriterja għandhom jikkalkolaw l-idea, impliċita fid-definizzjoni dizzjunarja, li korp publiku huwa istituzzjoni awtorizzata li taġixxi f'isem il-komunità bħala entità governattiva, seww distinta minn korp privat li huwa meqjus bħala li jaġixxi fl-interissi tas-sidien tiegħu. (14) Il-kriterja relevanti li għanda tkun meqjusa fid-determinazzjoni ta' jekk kumpanija partikolari tkunx fil-fatt tikkwalifika bħala korp pubbliku jinkludu: (a) is-segwiment ta' l-għanijiet ta' strateġija publika li jmorru lil hinn mir-rinviju ta' organizzazzjoni privata u jinkludu, per eżempju, ħtieġa li jkunu meqjusa l-interessi ekonomiċi nazzjonali jew reġjonali, it-tħeġġiġ ta' l-għanijiet soċjali, eċċ. Dawn il-kriterja jistgħu ikunu mhux-kummerċjali, fis-sens li dawn jikkompromettu l-għan normali tal-massimizzazzjoni tal-profitti; (b) kontroll governattiv li jmur lil hinn mill-padronanza. Aktar ma tkun qawwija il-padronanza governattiva, aktar hija l-possibiltà li dak il-kontroll ikunu jeżisti. Dan jista jkun muri mill-influwenza governattivi fil-ħatriet, id-dritt tal-gvern li jirrevedi r-riżultati u li jiddetermina l-għanijiet, u il-medda li fiha il-gvern kien involut f'investiment individwu jew fid-deċiżjonijiet kummerċjali. (15) F'dak li jirrigwardja l-ħjiel ta' "direzzjoni" fl-Artikolu 2(1)(a)(iv), din tkun teżisti meta l-gvern ikunu jeħtieġ li korp privat li jwettaq il-funzjonijiet normalment mogħtija lill-gvern u l-prattika ma tkunx differenti mill-prattiċi normali minn dawk segwiti minn gvernijiet. Mhux biż-żejjed li jkun muri li gvern sempliċement ħeġġeġ jew iffaċilita tali azzjonijiet, għalkemm tali inkurraġġiment jew faċilazzjoni jistgħu ikunu fattur li għandu jkun meqjus. (ii) Nuqqas ta' koperazzjoni (16) Meta tkun issir id-determinazzjoni ta' l-eżistenza ta' korp pubbliku jew ta' direzzjoni governattiva, l-awtorità investigattiva ikollha terfgħa il-piż tal-prova meta tagħmel sejbiet pożittivi. Tali sejbiet għandhom isiru fuq il-bażi ta' evidenza pożittiva, billi jkunu meqjusa it-totalità tal-fatti kif irreġistrati u disponibli għall-awtorità, u il-peżar ta' tali fatti bi qbil mal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq. Fl-apprezzament tal-fatti f'dan il-każ, qies għandu wkoll jittieħed, bi qbil ma l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, tan-nuqqas ta' ċerti partijiet li jikkoperaw bis-sħiħ ma l-investigazzjoni, li tkun f'ċerti każi ħtieġet l-użu ta' informazzjoni minn sorsi oħrajn. F'dan il-każ partikolari, saret apparenti li il-GOK naqas mill-jipprovdi numru ta' dokumenti mitluba waqt il-laqgħat relatati mal-ġejjini ta' Hynix. Il-GOK naqas ukoll milli jinforma lill-Kummissjoni li tali laqgħat kienu seħħew, minkejja t-talbiet ċari li kieni saru dwar dan l-aspett fil-kwestjonarju u fil-verifika mwettqa fuq il-post. Il-GOK kien seww konxju bil-konsegwenzi ta' nuqqas ta' koperazzjoni bi qbil ma l-Artikolu 28(1) u (6) tar-Regolament bażiku. Invista ta' dan in-nuqas ta' koperazzjoni, kien sar meħtieġ, b'żieda mal-konsiderazzjoni tad-dokumenti GOK relevanti ippreżentati mill-partijiet l-oħrajn, li tkun utilizzata informazzjoni minn sorsi sekondarji, inkluża dik mill-istampa Koreana. Tali informazzjoni kienet studjata b'ċirkuspezzjoni speċjali, il-GOK u il-Hynix kienu ġew mogħtija l-opportunità li jikkumentawha, u meta prattikabbli, kienet trans-verifikata ma sorsi independenti oħrajn. (17) Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelazzjoni finali, il-GOK oġġezzjona għall-konklużjonijiet magħula li huwa kien żamm informazzjoni importanti b'relazzjoni ma ċerti dokumenti u laqgħat u li ma kienx ikkopera bis-sħiħ mal l-investigazzjoni. Il-GOK insista li l-Ummissjoni kienet ippreżentat mistoqsijiet mhux preċiżi u li d-dokumenti u l-laqgħat ma kienux koperti bit-talbiet tal-Kummissjoni. Huwa innotat li l-mistoqsijiet kif jidhru fil-kwestonarji f'dak li jirigwardja kull miżura individwali investigata kif ukoll matul iż-żjarat tal-verifika, kienu ċari u migħajr ambigwità u kienu jireferu speċifikament għall-involviment tal-GOK f'xi laqgħat li jikonċernaw il-miżuri investigati. Għalhekk it-tħaqieq tal-GOK li huma ma qiesux din l-informazzjoni li kienet koperata bil-mistoqsijiet imponuti hija mingħajr bażi u mhux konvinċenti. (18) Huwa wkoll imfakkar li l-banek Koreani naqqsu milli jikkoperaw mal-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Partikolarment il-Bank KorAm u il-Citiband naqqsu milli jwieġbu għal defiċjenza ta' ittri li jikonċernaw ir-reazzjoni tagħhom għall-kwestjonarju u, għalhekk, milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa. Il-Bank Kookmin, il-Korean First Bank u l-Bank Shinhan ċaħħdu li jaċċettaw verifika fuq il-post fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju. Il-banek kollha kienu informati li in-nuqqas ta' loperazzjoni tagħhom setgħa jkollu effetti negattivi fuq l-eżitu ta' l-investigazzjoni f'dak li jirrigwardja il-klient tagħhom Hynix u li xi sejbiet setgħu għalhekk isiru fuq il-bażi tal-fatti disponibli bi qbil ma l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. Huma kellhom ukoll l-opportunità li jikkommentaw u l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' koperazzjoni kienu seww magħufa minnhom. L-istess, Hynix għandha tkun meqjusha bħala parzjalment mhux-koperanti f'din l-investigazzjoni. In-nuqas tagħha milli tippermetti il-konsulent finanzjarju milli jikkopera, serjament impedixxa l-investigazzjoni. (iii) Is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix (19) Bħala rimarka ġenerali huwa mfakkar li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix kienet kritika matul is-snin reċenti, inkluż il-perijodu matul l-investigazzjoni. Il-kumpanija kienet topra b'telf anki matul il-2000, sena ġeneralment meqjusha bħala li kienet sen ferm tajba għall-industria tad-DRAM. Huwa innotat li fit-tmiem tal-2000, Hynix kienet akkumulat aktar minn 9,46 billju, dollari Amerika ta' responsabbiltajiet. Dan kien kwżi id-doppju tal-valur nett tagħha u aktar minn erba' darbiet tal-valur tal-kapitilizzazzjoni tas-suq tal-kumpanija [4]. Aktar minn hekk, il-maġġoranza ta' dawn ir-ressponsabbiltajiet kienu jimmaturaw matul il-2001 meta il-kumpanija kienet tiffaċċja problemi serji ta' likwidità. Anki il-GOK kien diġa irrikkonoxxa f'Novemnru 2000 "il-għafsa tal-likwidità tal-flus tal-Hyundai Electronics". Fil-bidu tal-2001, analistital-investiment bħal ma huma Morgan Stanley u UBS Warburg bassru li l-kumpanija ma kienetx sejra tkun kapaċi li tiġġenera flus mill-cash flow interna jew mill-bejgħ ta' l-asi sabiex tkun tista tħallas ir-responsabilitajiet tagħha li kienu sejrin jimmaturaw. F'Ottubru 2001, meta il-miżuri ta' serħan kieneu is-uġġett ta' din l-investigazzjoni ittieħdet deċiżjoni dwahom, id-dejn ta' Bynix kienu sitt darbiet daqs l-ekwità tagħha. (20) Ir-relattivitajiet finanzjarji ta' Hynix, skond l-hekk imsejjaħ A ltman Z-score model, iddisinjat speċifikament sabiex ibassar il-probbabbilità ta' kumpaniji Koreani, kienu fil-1999 sal-2001 ferm aktar ħżiena,mill-kumpaniji Koreani l-oħrajn li attwalment kienu fallew. Il-kalkolazzji ta' Hynix kienet 700 % għola mill-livell ta' l-għatba ta' kumpanija f'inkwiet aħrax finanzjarju [5]. Ir-relattivitajiet kurrenti u maħaffa ta' Hynix kienu indikattivi ta' kumpanija b'likwidità totali mhux adekwata sabiex tkopri l-obbligi tagħha [6]. Il-marġni tal-profitti netti ta' Hynix, l-akkwist mill-assi, u r-riżultat mill-ekwità tagħha kienu negattivi matul kważi kull sena sa mill-1997, b'marġini netti li jilħqu 24,3 % negattivi fil-2000 u 93,83 % negattivi fil-2001. Ta' kull sena mill-1997 dal-1999, il-cash-flow tal-kumpanija mill-operazzjonijiet tagħha ma kienetx biż-żejjed sabiex tkopri anqas wieħed minn sitta tad-dejn totali jew tar-responsabbiltajiet tagħha. Hynix kienet tkun teħtieġ casj-flow addizzjonali ta' 2 triljun KRW fil-2000 u 4,5 triljun KRW fil-2001, sempliċement sabiex tlaħħaq ma l-iskeda tal-pagamenti tad-dejn matul dak il-perijodu. F'Jannar 2001 f'rapport tal-UBS Warburg, id-ditta irraportat inkwiet ta' falliment li kien waqqa l-ishma ta' Hynix u l-investituri kienu ikkonċernati li Hynix ma kienx sejra jkollha cash-flow biż-żejjed sabiex tħallas id-dejn li kien jimmatura u għalhekk tkun iffaċċjata b'falliment potenzali jekk hija ma setgħetx tiffinanzja mill-ġdid id-dejn tagħha. (21) Il-kontijiet finanzjarji tal-2001 ukoll ikkunsidraw in-nuqqas tal-possibiltà ta' xi suċċessi finanzjarji fil-ġejjieni għal Hynix, billi stqarru li "in-normalizzazzjoni intiera ta' l-operazzjoni tal-kumpanija teħtieġ appoġġ kontinwu mill-banek kredituri sakem il-prezz tal-bejgħ tal-prodotti semi-kondutturi jkunu irkupra suffeċjentament". Dawn il-fatti jindikaw li kemm l-istorja u wkoll il-futur ta' Hynix kienu karatterizzati bid-dipendenza tagħha fuq l-għajnuna finanzjarja mill-kredituri tagħha. Matul il-PI, Hynix kienet laħqet punt meta ma setgħetx tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha b'introjtu iġġenerat mill-attivitajiet tagħha. (22) Is-sitwazzjoni dejjem titħassa ta' Hynix matul il-2001 hija riflessa wkoll fir-rata tal-kreditu tagħha. Fil-bidu ta' Jannar 2001, ir-ratar ta' Hynix kien ta' investiment grad BBB-, dejjem skond l-aġenziji Koreani ta' ratar u grad B spekulattiv minn Standard and Poor. L-aġenziji Koreani waqqgħu lill-Hynix lejn grad spekulattiv BB + fit-22 ta' Jannar 2001. Ir-ratar ta' Standard & Poor kien imwaqa għal B-, f'Marzu 2001, CCC + f'Awissu 2001 u "selective default" ("SD") fi Ottubru 2001. (23) L-għola rati assenjati minn Standard and Poor huma AAA. Dan jindika kapaċità estremament qawwija sabiex tkun tista tlaħħaq ma l-impenji finanzjarji. Rata AA tindika li din il-kapaċità hija ferm qawwija. A hija aktar suxxettibli għal effetti kuntrarji tal-kambjamernt f'ċirkostanzi u kondizzjonijiet ekonomiċi, imma il-kapaċità li tlaħħaq ma l-impenji finanzjarji għandha xorta waħda qawwija. BBB tindika li kondizzjonijiet kuntrarju ekonomiċi jew tibdil fiċ-ċirkostanzi huma aktarx li aktar iwasslu għal kapaċità mdgħajjfa sabiex jintlaħdu l-impenju finanzjarji. Rati BB, B, CCC, CC u C huma meqjusa bħala li jkollhom karatteristċi sinifikament spekulattivi. Kumpanija bir-rata ta' BB diġa tiffaċċja inċertezzi maġġuri kurrenti jew esposizzjoni għal negozju, finanzi, jew kondizzjonijiet ekonomiċi kuntrarji li jkunu jistgħu iwasslu li l-kapaċità tal-kumpanija ma tkunx adekwata sabiex tlaħħaq ma l-impenji finanzjarji tagħha. Fir-rigward ta' B, negozju, finanzi u kondizzjonijiet ekonomiċi kuntrarji li pjuttost ifixxklu l-kapaċità tal-kumpanija li tlaħħaq ma l-impenji finanzjarji tagħha. CCC hija preżentament vulnerabbli għal nuqqas ta' pagamenti u dipendenti fuq negozju, finanzji u kondizzjonijiet favorevoli sabiex tlaħħaq ma l-impenji tagħha CC tfisser li l-kumpanija hek ratata hija preżentament ferm vulnerabbli għal nuqqas ta' pagamenti. Ir-rata C tista tkun użata sabiex tkopri sitwazzjoni meta il-petizzjoni ta' falliment tkun ġiet ippreżentata jew inkella azzjoni simili tkun meħudha imma l-pagamenti fuq din l-obligazzjoni ikunu għadhom iseħħu. SD jew D tindika nuqqas tal-ħlas ta' obligazzjoni finanzjarja. SD hija assenjata fuq kumpanija li tkun mistennija li tonqos b'mod selettiv, iġiefiri li tkompli tħalles ċerti klassijiet jew obbligi waqt li ma tħallasx oħrajn. L-għar rata hija D, li normalment hija użata biss meta nuqqas ikun attwalment seħħ. Mhix prospettivi bħal ma huma r-rati l-oħrajn. Ir-rati minn AA sa CCC jistgħu ikunu modifikati biż-żieda ta' sinjal + (plus) jew – (minus) sabiex turi l-qagħda relattiva fi ħdan il-kategoriji maġġuri tar-rati. L-erba' għola kategoriji, AAA, AA, A u BBB huma ġeneralment rikonoxxuti bħala li huma gradi ta' investiment. Dejn ratat BB jew anqas huwa ġeneralment referut bħala grad spekulattiv. It-terminu "junk bond" huwa sempliċement espressjoni aktar ireventi għal din il-kategorija ta' dejn b'aktar riskju [7]. (iv) Konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku (24) Id-diffikultajiet finanzjarji ta' Hynix żdiedu konsiderevolment b'segwiment ta' l-akkwist u sussegwentament ta' l-għaqda ma LG Semicon Co., Ltd fil-1999. Din l-informazzjoni kif irreġistrata tindika li l-akkwist tal-1999 u l-għaqda susegwenti bejn LG Semicon u Hynix ma kienetx ibażata fuq prinċipji tas-suq, imma kienet enforzata fuqhom mill-GOK bħala parti mill-hekk immsejħa politika "big deal" (arranġament fil-kobor). Il-GOK ħass li tlett kumpaniji tas-semi-kondutturi kienu jkunu wisq iż-żejjed u f'sittwazzjoni mdgħajjfa tas-suq, u ried li jnaqqashom għal tnejn sabiex jikkonsolida u jraqqaq il-kompetenzi tal-qalba tal-kumpaniji. Bħala riżultat ta' akkwist u l-għaqda sfurzati, Hynix kellha tieħu r-responsabiltà tad-dejn ta' LG u li tħallas ammont konsiderevoli bħala prezz ta' l-akkwist, li kważi irdoppja r-responsabbiltajiet tagħha. Il-GOK innifisha jista jingħad li kienet ikkontribwiet għas-sitwazzjoni dejjem aktar teħżien ta' Hynix. Hekk kif is-sitwazzjoni ta' Hynix kompliet teħżien wara l-għaqda, kien jidher ferm ċar li il-GOK ma kellhiex triq oħra apparti milli li jipprotieġi lill-Hynix mill-falliment la darba huwa kien responsabbli li jieħu ħsieb il-kumaniji tal-"big deal" [8]. (25) L-informazzjoni kif irreġistrata tindika wkoll li il-GOK ikkonsidra lill-Hynix bħala ferm importanti għall-ekonimija Koreana sabiex titħalla li tfalli. Hynix ammontat għal 4 % ta' l-esportazzjoni Koreana matul il-2001. Hija impjegat 24000 ruħ u numru ferm akbar fl-industriji hekk preċedenti u wkoll sussegwenti tal-produzzjoni tagħha. Is-semi-kundutturi kienu meqjusa bħala waħda mill-industriji orjentati għall-esportazzjoni strateġika tal-Korea, li wkoll kienet ir-raġuni għal l-għaqda sfurzata bħala segwiment tal-politika "big deal" tal-GOK. (26) F'Novembru 2002, Il-Gran Partit Nazzjonali tal-Korea ("GNP") wettaq studju rirward l-amministrazzjoni ħażina tal-GOK tal-fondi matul is-snin reċenti. Dan inkluda sezzjoni estensiva dwar is-salvataġġ ta' Hynix u tal-kumpaniji l-oħrajn tal-Hyundai [9]. Il-GNP iddikjara li s-salvataġġ ta' Hynix u tal-kumpaniji Hyundai l-oħrajn bħala ritardament qawwi fl-isforzi tagħha li twassal għal riforma ibbażata fis-suq. Il-GNP osserva li jekk il-prinċipji tas-suq kellhom jinżammu, is-sussidjarji tal-grupp Hyunai, inkluża il-Hynix għandhom ikunu marbuta bl-istess prinċipji tas-suq bħal negozji oħrajn li jkun jinsabu f'inkwiet. B'dana kollu, l-amministrazzjoni sfurzat lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jestendu s-self lejn il-grupp Hyundai u li jimmobilizzaw lill-banek investiti mill-GOK u lill-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-fondi jew b'investiment tal-GOK li jestendu ammonti konsiderevoli lejn il-grupp Hyundai. Fir-rigward partikolarment ta' Hynix, il-GNP iddetermina li l-GOK kien dawwar xi 13,7 triljun KRW (USD 10,3 biljun) fondi pubbliċi lejn il-Hynix. Il-GNP ukoll attribwixxa id-diffikultajiet eventwali tal-Hynix għall-għaqda sfurzata mill-GOK ta' Hynix u LG Semicon, azzjoni, li skond hu kienet imponuta bi twarrib assolut tal-prinċipji tas-suq. Fid-difiża tal-miżuri GOK sabiex jiffinanzja lill-Hynix, uffiċjal GOK stqarr li l-GOK kienet biss qiegħda tagħmel dak li kien meħtieġ sabiex issalva kumpaniji li kienu ta' importanza strateġika għall-Korea. 2. RISERVI TAT-TAXXA, EŻENZJONI MIT-TAXXA U KREDITU TAT-TAXXA (2) B'segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, l-ebda kumment li setgħa jibdel is-sejbiet kif mistqarra fir-reċiti 7 sa 25 tar-Regolament proviżorju ma kien tressaq. Għalhekk, dawn is-sejbiet huma b'hekk ikkonfermati. La darba xi sussidju għal Samsung kien de minimis, l-ebda miżuri definittivi b'effett oppost ma'għandhom ikunu imposti fuq din il-kumpanija. 3. SELF SINDIKAT TA' 800 BILJUN KRW (JANNAR 2001) (28) Kif ekenkat fir-Regolament proviżorju, kien proviżjonalment konkluż li ma kienx hemm evidenza biż-żejjed sabiex issir is-sejba pożittiva ta' sussidju u kien għalhekk deċiż li dan il-programm ma jkunx miġġieled b'xi effett oppost. Uħud mill-partijiet interessati ma qablux ma din il-konklużjoni u talbu sabiex din is-sejba proviżorja tkun reveduta. Hum argumentaw li permezz tal-kondizzjonijiet normali tas-suq, kumpanija f'sittwazzjoni komparabbli għal Hynix me kienetx takkwista finanzjament minn sorsi kummerċjali. (29) Waħda mill-partijiet interessati argumentat li Hynix ma kellda l-ebda valur ta' kreditu fiż-żmien tal-miżura u għalhekk id-direttiva tal-GOK hija l-unika spejagazzjoni possibbli għad-deċiżjoni tal-kredituri li jestendu self ġdid lejn Hynix. Għalhekk, huma argumentaw, is-self ikkonferixxa benefiċju lil Hynix u kellu jkun ibbilanċjat bis-sħiħ b'miżura kuntrarja. Aktar minn hekk, il-parti interessata argumentat, is-self sindikat ukoll kien ikkonferixxa benefiċju lil Hynix minħabba li s-self innifsu ma kienx jingħata mingħajr ma il-Kummissjoni ta' Superviżjoni Finanzjarja [10] ("KSF") tagħti il-barka selettiva dwar il-limiti tas-self legali. Il-GOK tgħat direzzjoni lill-KSF li tgħolli il-limiti tas-self legali ta' ċerti banek sabiex tassigura l-eżistenza ta' biż-żejjed parteċipanti li setgħu jakkumulaw self ta' 80 biljun KRW. (30) Sa mill-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, informazzjoni ġdida dwar id-direzzjoni mill-GOK lejn il-KSF sabiex ittella il-limiti tas-self legali ta' uħud mill-banek li ipparteċipaw fis-self sindakat, kienet ġiet akkwistata. Is-sejbien proviżorju tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwardja din il-miżura għandu għalhekk ikun studjat mill-ġdid fid-dawl ta' din l-informazzjoni ġdida. Il-partijiet interessati, Hynix u il-GOK, kienu speċifikament mistiedna sabiex jikkummentaw dwar l-informazzjoni ġdida u l-kummenti tagħhom kienu meqjusa bis-sħiħ fl-istudju mill-ġdid ta' din il-miżura. (31) Skond l-Artikolu 35 ta' l-Att tal-Banek tal-Korea, "l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma'għandha testendi kreditu li jeċċedi 25/100 ta' l-ekwità ta' l-istituzzjoni finanzjarja relevanti lejn l-istess individwu, korportazzjoni u persuna, jew 20/100 lejn l-istess individwu jew korporazzjoni" [11] Il-KSF tista, b'dana kollu, tapprova li jkunu misbuqa dawn il-limiti fuq il-bażi ta' l-Artikolu 20(3) tad-Digriet tal-Infurzar ta' l-Att Bankarju, li jelenka każi speċifiċi li fihom tali approvazzjoni tista tkun mogħtija. Mingħajr l-approvazzjoni tal-KSF, il-banek ma jistgħux jeċċedu il-limiti tas-self legali kif stabbilit fl-Att Bankarju. (32) Fit-28 ta' Novembru 2000, ittra minn għand il-Ministeru tal-Finanzi u l-Ekonomija, iffermata mill-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija, kienet mibgħuta lejn il-President tal-Korporazzjoni Koreana ta' l-Assigurazzjoni ta' l-Esportazzjoni ("KKAE") u lill-President tal-BKK. L-ittra titrasmetti r-riżultati tad-diskusjonijiet dwar "it-tnaqqis tat-tgħafisa tal-flus fuq il-Hyundai Electronics" [12], li kienet fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Ministri ta' l-Ekonomija li nżammet fl-istess jum (it-28 ta' Novembru). L-ittra ordnat lill-dawk li rċevewha li jassiguraw li il-miżura li kien hemm deċiżjoni dwarha tkun "imwettqa perfettament". L-ittra wkoll stqarret li il-miżura sabiex tgħin lil Hynix kienet inizjata mis-Servizz ta' Superviżjoni Finanzjarja. L-ittra todna lill-BKK li titlob estenzjoni tal-limiti massimi ta' kreditu f'isem l-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, li skond ir-riżultati tad-diskusjonijiet tal-Ministri ta' l-Ekonomija, kellhom ikunu suġġetti għal approvazzjoni speċjali mill-KSF. Il-Ministru għalhekk impona obligazzjoni fuq il-BKK li tabblika għall-estenzjoni f'isem il-KSF sabiex tapprova tali applikazzjoni. (33) F'Diċembru 2000, il-BKKippreżentat it-talba għall-approvazzjoni ta' l-estenzjoni ta' dan il-limitu ta' kreditu dwar il-finanzjament ta' Hynix u ippreżentat talbiet simili dwar il-Korea First Bank ("KFB") u il-BKK. Fid-deċiżjoni tal-KSF kien spjegat li dawn il-banek kellhom l-intenzjoni li jagħtu self sindakat u li faċilità D/A (dokumentazzjoni kontra self sustnuti bl-aċċettazzjoni) lil Hynix. Il-KSF approvat dawn it-talbiet fuq il-bażi ta' l-Artikolu 20(3)1.3. tad-Digriet tal-Infurzar. Din id-dispożizzjoni ippermettiet lill-KSF li jestendi il-limiti massimi "meta hija tirrikonoxxi li huwa inevitabbli għall-industria li tiżviluppa… jew l-istabbilità għal-ħajja nazzjonali". Din id-dispożizzjoni hija dispożizzjoni ta' interess pubbliku u turi li mill-puno di vista ta'= GOK, l-għoti ta' kreditu addizzjonali kienet kwistjoni ta' interess pubbliku. (34) Huwa innotat li skond il-minuti tal-laqgħa relevanti tal-KSF, il-Kummissarji tal-KSF approvaw iż-żieda fil-limitu massimu ta' kreditu tal-finanzjament ta' Hynix minħaba li Hynix kienet kbira wisq u importanti wisq li tfalli. Fil-minuti, dan li ġej huwa spjegat: "L-industria tas-semi-kondutturi hija industria strateġika; wara l-għaqda ta' Hynix ma LG Semicon fil-1999, il-kumpanija ammontat għal 20 % tas-suq tas-semi-kondutturi tad-dinja u 4 % ta' l-esportazzjoni Koreana. Il-Hynix timpjega 24000 ħaddiem fl-industria, u kumpanija involuti oħrajn li jeċċedu 2500 bi 150000 ħaddiem. Bħala appoġġ tas-self sindikat u il-finanzjament D/A ikunu itejjeb il-kompetittività internazzjonali tal-Korea. Għalhekk, għall-promuzzjoni tal-istrateġija ta' l-industria ta' l-elettronika, il-KSF isib li huwa fl-aħjar interess li iżżid il-limitu massimu" [13]. (35) Huwa innotat li mingħajr l-estenzjoni tal-limiti massimi tal-kreditu, kien ikun impossibbli għat-tlett banek imsemmija hawn fuq li jipparteċipaw fis-self sindikat. Dawn kienu jkunu jiksru l-obligi tagħhom skond il-Att Bankarju. Il-GOK, bid-direzzjoni li ta lill-KSF li tapprova l-estenzjoni u billi ta direzzjoni lill-BKK li japplika għal tali estenzjoni, kien effettivament idderieġa lill-banek li jestendu is-self b'tali mod li kienu huma kienux ikunu setgħu altrimenti li jwettqu skond il-liġijiet bankarji Koreani. Huwa evidenti li il-limiti ta' kreditu kiellhom ikunu miżjuda sabiex ikun ipprovdut il-finanzjament lil Hynix. Fil-fatt, meta il-GOK u il-Hynixkienu mistiedna speċifikament sabiex jikkumntaw dwar l-informazzjoni ġdida li tindika id-direzzjoni tal-GOK f'dak li jirrigwardja iż-żieda fil-limiti massimi tal-kreditu, l-ebda wieħed minnhom ma indika fil-kummenti tiegħu li setgħa kien hemm sorsi oħra ta' finanzjament disponibbli għall-Hynix fil-waqt ta' dawk il-miżuri. Aktar minn hekk, l-ebda parti ma invokat xi probabbiltà tali fi kwalunkwe stadju ta' l-investigazzjoni. (36) Bi qbil mas-sejbiet elenkati fir-reċiti 55 sa 59 tar-Regolament Bażiku li huma b'dan ikkonfermati. Il-BKI hija meqjusa bħala korp publiku fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. F'dak li jirrigwardja il-BKK u il-BFK, il-parteċipazzjoni tagħhom fis-self sindakat ta' l-ammont ta' 100 biljun KRW, kull wieħed huwa meqjus li kellu direzzjoni mill-GOK fis-segwiment tal-mira tal-istrateġija pubblika li jnaqqas id-diffikultà finanzjarja tas-sitwazzjoni għal Hynix dwar ir-raġunijiet tal-iżvilupp industriali. Għalhekk, f'dan il-każ dawn huma meqjusa bħala li kellhom direzzjoni minn għand il-GOK li jwettqu funzjoni normalment ir-reponsabbiltà tal-GOK. Il-fatt li id-dispożizzjoni partikolari tad-Digriet tal-Infurzar kienet tqajjmet turi wkoll li iż-żieda tal-limiti ta' kreditu kienet meqjusa bħala kwistjoni ta' interess pubbliku. Aktar minn hekk, l-intervent tal-GOK wera li l-għoti ta' dan il-kreditu addizzjonali kienet kwistjoni ta' interess pobliku, li jidħul taħt il-prattika normalment segwita mill-gvernijiet. Għalhekk, il-parteċipazzjoni tal-banek fis-self sindakat iwettaq il-kriterja kif spjegata fir-Reċita 15. B'konsegwenza, dawn il-miżuri jikkostitwixxu kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-qofol tat-tifsira tar-Regolament Bażiku fl-Artikolu 2(1)(a)(i) għal BKI u l-Artikolu 2(1)(a)(iv) għal BKK u BFK. (37) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju suġġett għal miżuri b'effett kuntrarju għandu jkun ikkalkolat fit-termini tal-benefiċċju mogħti lil-dak li jirċievih. Il-parteċipazzjoni tat-tlett banek fis-self sindakat jikkonferixxi benefiċċju għal Hynix ta' l-ammont li bih il-limiti tas-self legali kienu ġew misbuqa, la darba dan huma l-ammont li l-Hynix setgħet tirċievi biss minħabba t-tneħħija tal-limiti. Mingħajr it-tneħħija tal-limiti, dawn l-ammonti ma setgħux jingħataw lil Hynix mill-banek f'dan il-każ. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li xi sorsi oħrajn ta' finanzjament simili kienu disponibli għal Hynix fil waqt ta' dawn il-miżuri. L-ammonti kienu jeċċedu il-limiti ta' kreditu u għalhekk kienu meqjusa bħala sussidji. La darba dawn is-sussidji huma miżuri ad hoc mogħtija biss lil kumpanija waħda, dawn huma speċifiċi bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u għalhekk suġġetti għal miżuri b'effett oppost. Huwa innotat, b'dana kollu, li l-ishma tal-BKI u l-BKK fis-self sindakat kieneu diġa suġġetti għal miżuri b'effett oppost bħala parti tal-miżuri ta' Ottubru 2001. Għalhekk, sabiex ikunu evitati miżuri doppji, dawn il-miżuri ma humhiex imposti b'effett oppost fil-kuntest tas-self sindakat ta' Jannar 2001. F'dak li jirigwardja is-sehem tal-BFK tas-self li jeċċedi il-limitu legali tas-self, l-informazzjoni kif irreġistrata tindika li xi benefiċċju li jirriżulta mit-tneħħija tal-limiti tas-self kienet tkun negliġibbli. Għalhekk, dan ma teħtieġx miżuri b'effett oppost f'dan il-kuntest. 4. IL-GARANZIJA KKAE GĦAL KREDITI TA' L-ESPORTAZZJONI FL-AMMONT TA' 60 MILJUN USD (JANNAR 2001) (38) Kif ekenkat fir-Regolament proviżorju, kien proviżjonalment konkluż li ma kienx hemm evidenza biż-żejjed sabiex issir is-sejba pożittiva ta' sussidju u kien għalhekk deċiż li din il-miżura ma tkunx miġġielda b'xi effett oppost. Uħud mill-partijiet interessati ma qablux ma din il-konklużjoni u talbu sabiex din is-sejba proviżorja tkun reveduta. (39) Waħda mill-partijiet interessati argumentat li l-benefiċċju suġġet għal effett oppost tal-miżura m'għandux ikun ibbażat fuq il-premiums imposti fuq il-Hynix, bħal ma kien magħmul fir-Regolament proviżorju. Minflok, il-parti argumentat li l-benefiċċju għandu jkun ibażat fuq il-fatt li iż-żieda fil-limitu ta' kreditu ma setgħetx tkun akkwistata minn Hynix mis-suq ħieles. Hija kienet biss tista takkwista żieda fil-limitu tal-kreditu tagħha minħabba li il-GOK ta istruzzjoni lill-KKAE (Il-Korporazzjoni Koreana ta' l-Assigurazzjoni fuq l-Esportazzjoni) li tiggarantixxi iż-żieda. (40) Huwa innotat li skond l-informazzjoni kid irreġistrata, il-banek estendew il-limitu massimu tal-D/A (dokumenti kontra l-aċċettazzjoni) biss minħabba li din l-estenzjoni kienet iggarantita mill-KKAE. Il-kreditu addizzjonali kien dipendenti fuq il-garanzija. Fir-Regolamen proviżorju il-premium imħallas minn Hynix għall-garanzija kien eżaminat imma l-ebda susidju ma kien misjub fuq dan il-bażi. Fiż-żmien tal-miżuri proviżorji, ma kien hemm l-ebda evidenza konvinċenti irreġistrata li tindika li il-GOK kien ta direzzjoni lill-KKAE li toħroġ il-garanzija f'dan il-każ. Fil-kwistjonarji, il-GOK kien mitlub li jagħti dettalji ta' l-involviment tal-GOK jew ta' uffiċjali pubbliċi fil-proċess tal-provvediment tal-garanziji għall-Hynix, inklużi id-dettalji tal-laqgħat relevanti. Spjegazzjoni kienet partikolarment mitluba dwar ir-rwol tas-Servizz ta' Supervissjoni Finanzjarja [14] ("SSF") f'dan il-proċess. L-istess mistoqsijiet kienu saru lill-GOK, lill-KSF/SSF u lill-KKAE matul iż-żjata ta' verifika. Fit-tweġibiet tagħhom, dawn il-partijiet spjegaw li la il-GOK u l-anqas il-KSF/SSF ma kienu il-permess li jindaħlu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni ta' l-assigurazzjoni tal-garanzija tal-Hynix. (41) B'dana kollu, sa mill-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorjum informazzjoni ġdida li tikkonċerna r-rwol tal-GOK fid-direzzjoni tal-KKAE li tipprovdi garanzija għall-estenzjoni tal-faċilità D/A bi 600 miljun USD kienet ġiet akkwistata. Is-sejbien proviżorju f'dak li jirrigwardja din il-miżura għandu għalhekk ikun studjat mill-ġdid fid-dawl ta' din l-informazzjoni ġdida. Il-partijiet interessati, Hynix u il-GOK, kienu speċifikament mistiedna sabiex jikkummentaw dwar l-informazzjoni ġdida u l-kummenti tagħhom kienu meqjusa bis-sħiħ fl-istudju mill-ġdid ta' din il-miżura. (42) Skond is-sejbiet elenkati fir-Reċita 32 tar-Regolament proviżorju li huma hawnhekk ikkonfermati, il-KKAE hija meqjusa bħala korp pubbliku. Aktar minn hekk, kif deskritt fir-Reċita 32, il-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija bgħat ittra lill-President tal-KKAE u lill-President tal-BKK. It-tieni punt fl-ittra jinqara hekk: "Dwar il-provvediment ta' self bl-appoġġ tal-D/A, il-KKAE għandha temporanjament tiftaħ mill-ġdid l-assigurazzjoni għall-bilanċ tad-D/A mhux negozjati". Ittra simili li titlob lill-KKAE li "tieħu azzjonijiet xierqa" kienet mibgħuta lill-CEO tal-KKAE fit-30 ta' Novembru 2000 mill-Ministru tal-Kummerċ, Industria u Enerġija. (43) Ittra oħra kienet mibgħuta lill-istess persuni, il-President tal-KKAE u lill-President tal-BKK, fil-10 ta' Jannar 2001. Din l-ittra kienet iffirmata minn tlett Ministri Koreani: il-Ministru tal-Finanzi u l-Ekonomija, il-Ministru tal-Kummerċ, Idustria u Enerġija u l-Ministru tal-Ippjanar u l-Budget. Din l-ittra ippreżentat ir-riżultati tad-diskussjonijiet dwar l-akkwist tad-D/A tal-Hynix fil-laqgħa tal-Ministri Ekonomiċi li nżammet fid-9 ta' Jannar 2001. Ir-riżultati kienu kif ġej:"(1) Li il-KKAE tassigura lid-D/A ta' Hynix akkwistati mill-banek ta' kreditu sat-30 ta' Ġunju, sa total ta' 60 miljun USD.(2) Rigward in-nuqas bil-kapaċità tal-pagament tar-riserva tal-fond KKAE li jista jseħħ b'relazzjoni ma din il-materja, appoġġ għandu jkun ipprovdut minn sorsi separata ta' fondi." Il-GOK b'hekk ikkommettiet ruħha li tikkompenda lill-KKAE fil-każ tal-ħtieġa li din ikollha tħallas il-garanzija u ma tkunx tista tagħmel dan mir-riservi tagħha. (44) Informazzjoni kif irreġistrata tindika li l-pożizzjoni tal-KKAE f'dak il-waqt kienet li il-Hynix kienet fi stat ta' insolvenza teknika. B'dana kollu, eżekuttiv ta' grad għoli tal-KKAE stqarr fil-laqgħa tal-Board ta' l-1 ta' Diċembru 2000 li "aħna wasalna li nagħtu appoġġ għal din it-tranżazzjoni skon id-direzzjoni tal-Ministru ta' l-Industria u r-Riżorsi" [15]. Konsegwentament, diversi Ministri ordnaw lill-KKAE li tassigura l-estenzjoni tad-D/A. Fir-Reċita 35, ir-raġunijiet tal-politika pubblika għal din id-deċiżjoni huma spjegati, kif espress mill-KSF fil-laqgħa meta il-miżuri kienu ġew diskussi. Il-KKAE appoġġat dawn il-miżuri biss minħabba id-direzzjoni tal-GOK. Minħaba li l-banek li estendew il-limitu massimu għamlu hekk biss bil-kondizzjoni li l-estenzjoni tkun iggarantita, il-garanzija kienet kondizzjoni bil-quddiem għal dan is-self. Għalhekk, is-self kien mogħti bħala riżultat tal-garanzija. (45) Għalhekk il-garanzija kienet mogħtija mill-KKAE minħabba direzzjoni speċifika tal-GOK fis-segwiment ta' mira ta' politika pubblika għas-serħan tas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta' Hynix għal raġunijiet ta' żvilupp industriali. Għalhekk, il-KKAE, minkejja li hija korp publiku, kellha direzzjoni speċifika minn għand il-GOK li twettaq funzjoni u li issegwi prattiċi normalment ir-reponsabbiltà tal-GOK. Konsegwentament, il-garanzija hija kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikoli 2(1)(a)(iv) u (i) tar-Regolament bażiku. Din il-garanzija ikkonferiet benefiċċju lill-Hynix, la darba mingħajr il-garanzija, il-Hynix ma kienx ikun jista jakkwista l-estenzjoni tad-D/A ta' 60 miljun USD. Fl-istess waqt, l-assigurazzjoni tal-GOK li il-KKAE tkun ikkumpensata fil-każ ta' nuqqas fil-ħlasijiet tal-premium imħallas minn Hynix ma setgħetx tkopri ir-riskju merfugħ mill-KKAE sabiex tiggarantixxi l-estenzjoni tad-D/A u, għalhekk ikkostitwit att mhux-kummerċjali. Il-GOK effettivament assigura ir-riskju ta' falliment fil-pagament minn Hynix mingħajr ma talab għal kumpenz dwar dan. Skond l-informazzjoni kif irreġistrata, il-banek ma kienux jagħtu il-faċilità D/A mingħajr il-garanzija. Aktar minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni li Hynix setgħet takkwista finanzjament komparabbli minn xi sorsi oħrajn. Din il-koperta tal-garanzija, mingħajr ma premium adekwat li jkun imħallas, hija għalhekk meqqjusha bħala li ikkonferiet benefiċċju għal Hynix fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. In vista tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(c) tar-Regolament bażiku, la darba l-ebda self kummerċjali komparabbli ma setgħa jkun akkwistat mingħajr il-garanzija, il-koperta ta' l-estenzjoni tad-D/A hija effettivament għotja. Il-benefiċċju għal Hynix u b'hekk l-ammont tas-sussidju huwa l-ammont ta' l-estenzjoni tad-D/A, iġiefiri 600 miljun USD. (46) Fil-kummenti tagħhom dwar is-sejba finali, il-GOK u Hynix argumentaw li il-KKAE ma ipprovdietx fondi lill-Hynix, imma biss assigurazzjoni, u li il-Hynix ħallsen l-imgħax bir-rati tas-suq lill-banek dwar il-finanzjament tad-D/A. Għalhekk, il-benefiċċju konferit fuq Hynix bil-miżura kellu jkun id-differenzi fl-ispejjeż bejn dak li Hynix kienet tħallas għall-finanzjament tad-D/A u dak li kien jitħallas mingħajr il-garanzija KKAE. Huwa innotat li il-bemnefiċċju għal Hynix huwa ta' l-ammont kollu tas-self li ma setgħax ikun iġġenerat fit-totalità jew parzjalment mingħajr il-garanzija KKAE li kienet assigurata mill-GOK. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li finanzjament alternattiv mingġajr garanzija kien disponibli għal Hynix matul dak iż-żmien, u Hynix qatt ma ressqet tali possibiltà. Għalhekk ma hemm l-ebda bażi ta' riferiment għall-paragun tal-ispejjes mill-partijiet. B'żieda, Hynix ma ħallset l-ebda premium addizzjonali għall-asigurazzjoni sġiħa ta' l-ammont kollu tas-self mill-GOK. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-benefiċċju għal Hynix huwa meqjus bħala l-ammont totalo tal-garanzija assigurata mill-GOK. (47) La darba il-faċilità D/A hija faċilità ta' kreditu ta' l-esportazzjoni, u għalhekk bħala kontinġent fuq l-imġieba ta' l-esportazzjoni, is-sussidju ta' 600 miljun USD huwa speċifiku fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku u għalhekk suġġetti għal azzjoni b'effet kuntrarju. La darba is-sussidju huwa sussidju ta' l-esportazzjoni, l-ammont tiegħu għandu jkun allokat fuq in-negozju globali ta' l-esportazzjoni bi qbil mas-sezzjoni F(b)(i) tal-Linji ta' Gwida tal-Komunità għall-Kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' Susidju fl-Investigazzjonijiet ta' Dazju b'Effett Oppost ("il-Linji ta' Gwida") [16]. Bl-użu ta' l-istess metodu ta' kalkolazzjoni bħal dak spejgat fir-reċiti 67 u 108 tar-Regolament bażiku, imma li jalloka is-sussidju fuq in-negozju globali ta' l-esportazzjoni minflok fuq in-negozju totali la darba is-sussidju f'dan il-każ huwa sussidju ta' l-esportazzjoni, is-sussidju jammonta għal 5,1 %. 5. IL-PROGRAMM TA' TITOLI TA' L-IMGĦAX TAL-BKI (JANNAR 2001) (48) Bħala segwiment tal-pubblikazzjoni tar-Regolament li impona dazju proviżorju b'effet għall-kuntrarju, il-Hynix, il-GOK u il-BKI ippreżentaw kummenti li jikkonċernaw is-sejbiet tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwrdja il-programm BKI ta' Titoli ta' l-Imgħax. (a) Benefiċċju konferit bil-miżura (49) L-ewwel nett, Hynix, il-GOK u il-BKI argumentaw li l-programm BKI kien immirat sabiex temporanjament jipprovdi miżura bil-għan li tinnormalizza kambjala tas-suq li ma kienetx tagħti benefiċċju lill-Hynix. Huma argumentaw li ma kien hemm l-ebda bnenefiċċju la darba il-programm kien estiż lejn Hynix skond it-termini prelivanti u r-rati ta' l-imgħax tas-suq. Hynix ukoll argumentat li sa minn meta hija akkwistat it-self sindakat f'Jannar 2001 u kapital ġdid via il-RGD (ireċvuta globali tad-depositu) maħruġha f'Mejju 2001, ma setgħax ikun imħaqaq li hi ma kienetx tista tiffinanzja mill-ġdid il-kambjali tagħha via is-suq. (50) F'dak li jirrigwardja l-argument li l-programm tal-BKI ma kienx jikkonferixxi xi benefiċċju għal Hynix la darba il-programm kien allegatament imwettaq fir-rati prelaventi tas-suq, huwa innotat li skond l-informazzjoni ippreżentata mill-BKI fit-tweġibiet tagħha għll-kwestjonarju, ir-rara ta' l-imgħax wara l-iskambju f'kambjali ġodda maħruġa permezz tal-programm BKI kienu sostanzjalment aktar baxxi mir-rata ta' l-imgħax oriġinali. Fil-każ ta' kambjali maħruġa f'Jannar 2001, id-differenza kienet ta' madwar 50 % aktar baxxa, li tirrapreżenta 10 punti perċentwali. Dan kien minkejja l-fatt li skond il-kondizzjonijiet tas-suq, il-kambjali kienu iffinanzjati mill-ġdid minħabba n-nuqqas antiċipat tal-kumpanija li tħallashom, ikollhom rati ta' imgħax aktar għoli mill-kambjali oriġinali, li jirrefletti ir-riskju għola mistenni għall-kumpanija tal-ħruġ ikkonċernata sabiex tkun tista tonorhom [17]. Konsegwentament, l-evidenza kif irreġistrata tindika li r-rata ta' l-imgħax applikati għall-programm BKI ma kienux konformi mar-rati tas-suq. (51) F'dak li jirrigwardja l-argument li Hynix setgħet tiffinanzja mill-ġdid il-kampjani tagħha via is-suq, partikolarment via is-self sindakat u il-ħruġ tal-RGD f'Mejju, huwa innotat li l-kambjali u s-self huma strumenti ferm differenti u ma jistgħux ikunu imqabbla direttament. Is-suq tal-kambjali Korean applika kondizzjonijiet ferm stretti fil-2001 u kumpaniji b'rataġġ moderat ta' kreditu ma setgħux jiffinanzjaw mill-ġdid il-kambjali tagħhom fis-suq. Kif spjegat fir-Reċita 61 tar-Regolament proviżorjum il-GOK innifsu irikonoxxa dan fit-tweġiba tal-kwestjonarju. Dan il-fatt huwa wkoll evidenti fid-dokumenti l-oħrajn kif irreġistrati [18]. Minn Lulju 2000 il-quddiem, il-kondizzjonijiet tal-finanzjament fis-suq tal-kambjali kien ġie konsiderevolment issikkat. Din tirrefletti f'sensittività akbar ta' l-investuturi mar-riskju tal-kreditu korporat meta iffaċċjat b'inżul qawwi l-isfel fit-tkabbir ekonomiku u l-isbroffar tal-kambjali maħtuġa fil-1998 jew aktar kmieni, li jkunu sejrin jilħqu il-maturità. Dan irriżulta f'medda wiesa ta' "ġlieda għal kwalità" fis-suq lokali tal-kambjali [19]. Il-GOK stqarr ukoll fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju li il-propja raġuni li kien stabbilit il-programm BKI kien sabiex jgħin lil-ċerti kumpaniji b'rati moderati ta' kreditu li jkunu ujistgħu jiffinanzjaw mill-ġdid il-kambjali tagħhom li jkunu qorbu lejn il-maturità, la darba dan ma kienx ikun possibbli għalihom fis-suq. B'żieda, huwa innotat li ir-ratar ta' Hynix kien imwaqqa mill-grad BBB- ta' l-investiment lejn grad spekulattiv BB + fit-22 ta' Jannar 2001, li għamel il-pożizzjoni tagħha aktar diffiċli f'dan ir-rigward. (52) Il-kwistjoni dwar jekk il-Hynix kienetx tista tiffinanzja mill-ġdid f'suq esteru tal-kambjali kellha wkoll tkun indirizzata. B'dana kollu, ma hemm l-ebda informazzjoni irreġistrata li tindika li dan kien ikun possibbli. Matul l-investigazzjoni, Hynix ma ressqitx tali possibbiltà u l-anqas ma qatt isuġġerit li hija ipprovat li tiffinanzja mill-ġdid il-kambjali tagħha fis-suq esteru tal-kambjali. Huwa innotat li ir-rata spekulattiva B mogħtija lill-Hynix mill-aġenzija internazzjoni tar-rata, Standard & Poor f'Jannar 2001 anqas ma toffri appoġġ għal tali possibbiltà. (53) Hynix kellha b'valur ta' aktar minn 3 triljun KRW ta' kambjali li kienu sejrin jimmaturaw fil-2001 [20]. Hija irċievit self sindakat ta' 800 biljun KRW mill-banek kredituri tagħha f'Jannar 2001. B'dana kollu, huwa innotat li hija kienet talbet għal self ta' 1 triljun KRW, imma il-banek kienu lesti biss li jagħtuha 800 biljun KRW. Parti minn dan l-ammont, 300 biljun KRW, kif spegat fir-reċiti 30 sa 37, kienu mogħtija skond id-direzzjoni tal-GOK li biha tgħat ordni lill-KSF li ittella il-limiti legali tas-self ta' uħud mill-banek li ma kienux jistgħu jisilfu flus lill-Hynix mingħajr l-intervent tal-GOK. L-istess huwa wkoll applikabbli għal dawn il-banek wara li is-self dindakat kien mogħti: huma kienu ipprojbiti milli jisilfu flux lill-Hynix, sakemm il-limiti tas-self tagħhom kienu mtealla mill-ġdid għal tranżazzjoni speċifika. Huwa innotat li fost dawn it-tlett banek kien hemm żewġ kredituri maġġuri ta' Hynix, iġiefiri BKK u BKI. Dan jillustra li Hynix kienet laħqet il-limitu tal-possibiltajiet tagħha milli tirċievi self bankarju. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li Hynix kienet tkun tista tissellef fondi addizzjonali meta jkunu meqjusa l-ammonti konsiderevoli li hija kien ikollha tħallas għall-kambjali tagħha li kienu laħqu il-maturità tagħhom. Fil-fatt, matul l-investigazzjoni, Hynix qatt ma qajjmet il-possibbiltà li takkwista, jew qatt kienet ipprovat li takkwista, il-finanzjament meħtieġ fil-għamla ta' self minn banek oħrajn fis-suq ta' dak iż-żmien. (54) F'dak li jirigwardja il-parteċipazzjoni tal-banek fil-programm BKI, huwa innotat li l-informazzjoni kif irreġistrata tindika li fil-4 ta' Jannar 2001, il-KSF ippreżentat twarrib kollettiv mil-limiti tas-self lill-banek kollha li ipparteċipaw fil-programm BKI. Il-KSF stqarret li it-twarrib ta' Jannar 2001 mogħti għal perteċipazzjoni fil-Programm Imħaffef BKI kien differenti minn twarrib oħrajn fil-fatt li il-KSF kienet tgħat approvazzjoni bil-quddiem lill-banek kollha ibbażat fuq applikazzjoni ġenerali imressqa minn BKI, entità tal-GOK [21]. Il-parteċipazzjoni tal-banek fil-programm BKI kien għalhekk possibbli biss minħabba t-twarrib, li f'dan il-każ partikolari kien mogħti bl-użu ta' akbar flessibilità fl-interpretazzjoni tat-test tad-Digriet ta' Inforzar li iffaċilita lill-KSF li twarrab il-limiti tas-self skond ċerti kondizzjonijiet. (55) L-informazzjoni disponibbli tindika wkoll li l-banek ma kienux ipparteċipaw fil-programm BKI fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet kummerċjali, imma kellhom direzzjoni sabiex jagħmlu dan minn għand il-GOK li kien ikkonċernat bil-konsegwenzi makro-ekonomiċi ta' possibiltà ta' falliment ta' Hynix [22]. Dan jista jkun muri fl-eżempju ta' BFK: il-BFK, bi pardonanza ta' 51 % tal-US Newbridge Capital, fl-4 ta' Jannar 2001, ċaħdet is-sejħa tal-GOK għal parteċipazzjoni fil-programm BKI. Il-BFK ikkalkola li żiesda fil-kreditu ta' Hynix ma kienetx kummurċjalment iġġustifikata. Il-CEO ta' BFK stqarr li id-deċiżjoni tagħhom kienet ibbażata fuq prinċipji stretti tal-ħtieġa li jsir il-qliegħ. Ix-xiri ta' kambjali minn għand ditti mhux solventi kien iwassal lill-bank f'aktar diffikultajiet maniġerjali [23]. Il-SSF iddikjara li huwa kien għal darba oħra sejjer jitlob lill-BFK li tassigura il-kambjali ta' Hyundai. Jekk il-bank kien sejjer jiċħad għal darba oħra u dan kien iwassal għall-kollass tal-kumpaniji relatati, l-SSF kien iżomm lil-bank responsabli [24]. Meta il-BFK kompla jinsisti li jirreżisti, il-SSF hedded li bin-nuqas tal-BFKmilli tkun konformi, setgħa jwassal li l-BFK tkun jissogra li jitlef il-klienti tiegħu [25]. Il-jum ta' wara li il-BFK ċaħad l-insistenza tal-GOK, l-aġenzija tal-GOK ġibdet 77 miljun UD mill-kont ta' BFK [26]. Skond Blomberg, il-GOK anki hedded li jinsisti mall-klienti korporati ewlenija tal-BFK li jieqfu milli jagħmlu aktar negozju mal-bank [27]. Finalment il-BFK ċeda għall-insistenza tal-GOK u ipparteċipa fil-miżuri. Huwa mfakkar li il-BFK ma kienx ikkopera fl-investigazzjoni billi ma ippermettiex il-verifika fuq il-post dwar it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju (ara r-Reċita 10 ta' hawn fuq). (56) F'dak li jirrigwardja il-ħruġ tal-RGD, hua aċċettat li Hynix akkwistat il-flus fis-suq kapitali pemezz ta' dan l-istrument, f'Ġunju 2001. B'dana kollu, sa dak iż-żmien 80 % tal-kambjali tagħha li kienu finanzjati via il-programm BKI, kienu diġa immaturaw u inġabru mill-BKI qabel dik id-data. Il-ħruġ tal-RGD kien għalhekk mhux ta' għajnuna f'dak li jirigwardja dawn il-kambjali u mezz ieħor kellu jinstab dwar il-finanzjament tagħhom, diġa sa minn Jannar 2001. Bħala tali, il-ħruġ RGD mhux, għalhekk, indikazzjoni li Hynix kien ikollha aċċess għas-swieq kapitali matul Jannar 2001. Aktar minn hekk, mingħajr il-programm BKI, Hynix diġa kienet tkun falluta minħabba n-nuqas li tħallas dawn il-kambjali sal-waqt tal-ħruġ tal-RGD. Huwa wkoll innotat li kif spjegat fir-reċiti 73 sa 76 tar-Regolament proviżorjum il-prezz tat-titoli ta' Hynix ikkollassaw kważi immedjetament wara il-ħruġ f'Ġunju 2001 u l-investuturi li kienu xtraw titoli Hynix soffrew minn telf sostanzjali. Għalhekk il-possibiltajiet tagħha li takkwista flus b'tali mod kellhom ikunu minsija, partikolarment meta jkun meqjus li ir-responsabbiltajiet totali tagħha kienu f'Lulju 2001 diġa laħqu 7,2 triljun KRW. (57) Fil-fatt, iż-żmien tal-miżuri huwa fattur importanti. Jenħtieġ li jkun aċċennat li d-deċiżjonijiet ta' l-investituri li jixtru il-RGD Hynix f'Ġunju setgħa kien influwenzat bil-fatt attwali li ħafna mir-responsabbiltajiet li immaturaw ta' Hynix kienu aboliti mill-programm BKI inspirat mill-GOK, bejn Jannar u Ġunju 2001. Il-programm BKI kien seww magħruf u attira ħafna kummenti pubbliċi. Il-RGD ta' Hynix li joffru memorandum jirreferu wkoll dwar il-"2,9 triljun KRW antiċipati, baqgħu li jkunu disponibbli permezz tal-programm BKI li jipprovdi finanzjament mill-ġdid dwar il-kambjali li maturaw fil-2001". Konsegwentament, id-deċiżjoni ta' l-investituri li jinvestu fi Hynix fi Ġunju 2001 setgħet ukoll li kienet influwenzata bit-twemmin li il-GOK kien jibqa li jassigura li Hynix ma kienetx tfalli [28]. Dan il-punt huwa referut ukoll fir-rċita 44 tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, l-informazzjoni kif irreġistrata tindika li l-programm BKI setgħa kien influenza d-deċiżjonijiet ta' l-investituri li jinvesti fi Hynix f'Ġunju 2001. (58) F'dak li jirigwardja l-argument Hynix li l-kambjali tagħha kienu mibjuha mill-ġdid fil-programm CBO/CLO fuq l-istess termini bħal-kambjali tal-kumpaniji parteċipanti l-oħrajn, huwa innotat li t-termini tal-programm eżistenti CBO/CLO [29] kienu ferm differenti, ma kienux disponibbli għall-Hynix. (59) Il-programm CBO kien maħluq sabiex iżid il-finanzjament tal-kambjali dwar ditti relattivament żgħar b'rati aktarbaxxi ta' kreditu. Il-programm ma setgħax li jkun disponibbli għal Hynix minħabba id-daqs tagħha. B'żieda, Hynix ma lienet f'pożizzjoni li tbiegħ l-istess ammont ta' kambjali lejn il-programm minħabba il-limiti tal-konċentrazzjoni, li kienet tippermetti biss massimu ta' 10 % fil-ġabra ta' kambjali bħala sostenn ta' xi CBO/CLO li jkun minn kumpanija waħda. Huwa innotat ukoll li il-BKI xtrat il-kambjali kollha ta' Hynix, anki dawk allegatament intiżi għall-programm CBO. Anki wara li l-programm BKI kien spiċċa, BKI xorta kellha fil-puses tagħha il-kambjali ta' Hynix intiżi għall-bejgħ fil-fondi CBO. Il-BKI ukoll dewmet il-bejgħ tal-kambjali fil-fondi CBO u żammet kontroll fuq il-kambjali fil-programm BKI anki wara li dawn kienu mqiegħda fil-fondi CBO, u ordnat li dawn jinqalbu f'kambjali ġodda ta' terminu fit-tul meta il-Hynix ma kienetx tista li tħallashom mal-maturità tagħhom. Il-Fond Korean ta' Garanzija ta' Kreditu ("FKGK") [30] ukoll żied il-livell tal-garanzija dwar CBO minn 34 % lejn 53 % sabiex jagħmel tajjeb għall-inklużjonifil-programm BKI. Konsegwentament, ma jistgħax ikun iddikjarat li it-termini u l-kondizzjonijiet normali tal-programm kienu applikati għall-kambjali Hynix. Fil-fatt, dawn kienu ittratti b'mod ferm differenti. (60) Il-metodu li bih il-programm BKI kien imwettaq huwa wkoll ferm differenti mill-mod ta' kif tranżazzjonijiet komparabli kienu jkunu mwettqa fus-suq. Skond il-programm BKI, il-BKI xtara il-kambjali kollha li kienu maturaw, ikkonvertihom lejn rati ta' imgħax aktar baxxi minn dawk li kellhom il-kambjali oriġinali, u qiegħed 20 % minnhom fi banek kredituri u 70 % fil-CBO/CLO. Aktar minn hekk, il-kondizzjonijiet applikati kienu jiddifferixxi sinifikament minn dawk tal-programm CBO/CLO, inkluża l-applikazzjoni ta' żieda ta' garanziji mill-Istat. Il-kambjali ma kienux mibjugħa b'offerta pubblika imma permezz ta' azzjoni privata mal-kredituri eżistenti. Dan ma jaqbilxa mal-finanzjament mill-ġdid ta' kambjali permezz ta' termini tas-suq. (61) Il-BKI argumentat li l-programm BKI mhux susidju la darba il-BKI jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-finanzi u l-utilizzazzjoni tal-fond fuq bażi kummerċjali u hija involuta f'negozju ta' qliegħ li jiffoka fuq il-finanzjament korporat. (62) F'dak li jirigwardja l-argument tal-BKI li programm BKI mhux susidju minħabba n-natura ta' l-attivitajiet tal-BKI, huwa innotat li r-reċiti 55 sa 59 tar-Regolament proviżorju elenkaw ir-raġunijiet il-għala il-finanzjament ipprovdut mill-BKI jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja minn Gvern fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. La darba il-BKI ma ipprovdietx xi evidenza ġdida fil-kummenti tagħha li kienu jibdlu l-assesjar imwettaq fir-Regolament proviżorju, il-konklużjonijiet elenkati fir-reċiti 55 sa 59 tar-Regolament proviżorju huma b'hekk ikkonfermati. (63) Meta jkunu meqjusa l-ispjegazzjonijiet fir-reċiti 50 sa 62, il-programm BKI jista jkun jidher li jkun ikkonferixxa benefiċċju għall-Hynix, meta jkun imfakkar ukoll li l-ebda finanzjament komparabli ma kien disponibbli fis-suq. Hynix ma kienetx kapaċi li tiffinanzja il-kambjali li kienu maturaw permezz ta' self bankarju, la darba hija kienet eżawriet il-possibbiltajiet tagħha li tirċievi self minħabba l-esposizzjoni għolja tal-banek kredituri tagħha u s-sitwazzjoni deboli finanzjarja tagħha li ma kienetx tippermetti li aktar kreditu jkun mogħti lilha minn xi bank ieħor. Il-finanzjament mill-ġdid ta' kambjali fis-suq tal-kambjali ma kienx possibbli minħabba ir-ratar debboli tagħha li ma kienx jippermetti li s-suq jaċċetta il-kampjali tagħha li kienu maturaw, bħal ma kien aċċettat fir-reazzjoni dwar il-kwestjonarju minn għand il-GOK. Għal dawn ir-raġunijiet, il-konklużjonijiet dwar il-punt ta' l-eżistenza ta' benefiċċju u b'hekk l-eżistenza ta' sussidju, fir-Reċita 61 tar-Regolament proviżorju, hum b'hekk ikkonfermati. (b) Speċifiċità (64) It-tieni nett, Hynix, il-GOK u il-BKI argumentaw li l-programm BKI ma kienx speċifiku. Skond il-Hynix, il-Kummissjoni ma kienetx spjegat permezz ta' analiżi tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-programm, il-għala hija kienet tikkonsidra il-fatt sempliċi li diversi kumpaniji Hyundai ipparteċipaw fil-programm ma jistgħax ikunu meqjus bħala evidenza ta' speċifiċità fir-rigward ta' Hynix. Hynix ukoll argumentat li l-programm BKI ma kienx speċifiku la darba il-kambjali Hynix kienu mibjugħa mill-ġdid fil-programm CBO/CLO bl-istess termini bħall-kambjali tal-kumpaniji parteċipanti l-oħrajn. (65) Kif spejagat fir-reċiti 62 sa 64 tar-Regolament proviżorju, kien ġie konkluż li, waqt li l-programm BKI ma kienx speċifiku fil-liġi permezz ta' l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku, b'dana kollu kien speċifiku de facto permezz ta' l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament Bażiku, la darba tlieta mill-erba' kriterji ta' dik is-sisposizzjoni kienu ġew imwettqa: l-użu tal-programm minn numru limitat ta' kumpaniji, predominament użat minn ċerti kumpaniji u l-għoti ammonti disproporzjonament kbar ta' sussidju lil ċerti kumpaniji. La darba is-speċifiċità fil-liġi ma saret dikjarazzjoni dwarha, aktar analiżi tat-termini u kondizzjonijiet tal-programm ma humiex relevanti. B'dana kollu, in-numru ta' ditti potenzalment eliġibbli skond tali kriterja huma relevanti. Rigward l-ispeċifiċità de facto, huwa konkluż li l-programm kien utilizzat biss minn sitt kumpaniji, li erba minnhom kienu jppartienu lill-Grupp Hyundai, u li Hynix utilizzat 41 % tal-fondi tal-programm. Huwa innotat li l-informazzjoni kif reġistrata tindika li aktar minn 200 kumpaniji fil-Korea kienu jwettqu il-kriterja ta' l-għażla tal-programm. Kontra dan l-isfond ta' dan il-grupp ta' riċevituri potenzali, l-akbar proporzjon tal-kumpaniji tal-Grupp Hyundai fil-parteċipanti u l-użu predominanti minn Hynix tal-fondi totali tal-programm, kjarament iwettaq l-ispeċifiċità tal-kriterja permezz ta' l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament bażiku. (66) Il-GOK u l-BKI argumentaw ukoll li l-għażla tal-kumpaniji parteċipanti kienet imwettqa f'manjera trasparenti u oġġettiva u li n-numru kbir ta' kumpaniji Hyundai li ipparteċipaw fil-programm kien sempliċement ko-inċidentali. (67) Fil-kwestjonarji kemm il-GOK u l-BKI kienu miluba li jippreżentaw il-minuti tal-laqgħat li fihom l-għażla tal-kumpaniji mal-programm kienu diskusi u l-kopja tad-deċiżjoni li biha Hynix kienet magħżula, bl-istqarrija tar-raġunijiet ta' l-għażla tagħha. Kemm il-GOK u l-BKI stqarrew li l-ebda tali dokumentazzjoni qatt ma kienet ippreparata u għalhekk din ma kienetx disponibbli [31]. Għalhekk ma kienx possibbli li ssir verifika ta' kif il-proċess ta' l-għażla kien imwettaq u ta' kif il-korp ta' l-għażla, Il-Kunsill ta' l-Istuituzzjonijiet Finanzjarji Kredituri [32] ("KIFK") weża id-diskrizzjoni tiegħu fil-għażla tal-parteċipanti. (68) Fil-fatt l-informazzjoni kif irreġistrata tindika li id-diskrezzjoni tal-GOK kienu użata fil-beraħ għall-għażla bil-quddiem ta' Hynix bħala benefiċjarja u li tikkonċentra il-benefiċċju fuq il-kumpaniji Hyundai. Huwa innotat li il-BKI ħabbar fi stqarrija għall-istampa li huwa kien sejjer jixtri il-kambjali maturi tal-Hynix kemm f'Jannar u fix-xhur segwenti anki qabel ma il-Hynix kienet uffiċjalment magħżula li jipparteċipa fil-programm [33]. B'żieda, skond l-informazzjoni mogħtija mill-BKI, deċiżjoni dwar liema kambjali kelhom ikunu finanzjati mill-ġdid kienet meħudha separatament ta' kull xahar mill-KIFK. Huwa ta' l-għaġeb kif il-BKI setgħet tħabbar diġa fil-bidu ta' Jannar li hija kienet sejra tiffinanzja mill-ġdid il-kambjali ta' Hynix matul ix-xhur segwenti. (69) Wara li kien mħabbra il-parteċipanti fil-programm, ħafna kritika kienet tqajjmet rigward in-nuqas ta' trasparenza u n-nuqqas ra' reviżjoni dwar l-eliġibbilità f'dak li jirrigwardja il-proċess ta' l-għażla [34]. Kumpaniji oħrajn, per eżempju sussidjarji tal-grupp Hanwka u Hanjin u il-Dongkuk Steel, kienu f'sittwazzjoni simili bħal Hynix f'dak li jirrigwardja t-ratar tal-kreditu (BBB) u n-numru ta' kambjali li maturaw fl-istess żmien, imma dawn ma kienux magħżula għall-programm. L-ebda spjegazzjoni jew ġustifikazzjoni ma kienet mogħtija dwar dan mill-awtoritajiet ta' l-għażla. (70) Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, huwa konkluż li b'żieda mal-kriterja ta' l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament bażoki kif imwettaq f'dan il-każ preżenti, il-programm BKI kien ikkonkluda wkoll speċifikament de facto fuq il-bażi ta' ci kriterja addizzjonali ta' l-Artikolu 3(2)(c), iġiefiri il-manjiera li fiha diskrezzjoni kienet eżerċitata mill-awtorità ta' l-għoti fid-deċiżjoni tagħha li tagħti s-sussidju. (ċ) Tneħħija tas-sussidju (71) It-tielet, Hynix insistiet li la darba il-programm BKI dam biss sena waħda, dan jikkostitwixxi l-irtirar tal-programm u b'hekk il-programm ma jistgħax jikkaġuna l-imposizzjoni tad-dazji b'effett oppost bis-saħħa ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. (72) Huwa innotat li l-programm BKI jikkostitwixxi sussidju ta' darba, li ma jeġgħax iseħħ, li jkun ta' benefiċċju għall-kumpanija bħala tali. B'hekk ma jistgħax ikun hemm il-kwistjoni tat-tneħija bħala tali f'dan il-kuntest. Fil-każ ta' PET Chips mill-Indja [35], ivokat minn Hynix bħala preċedent relevanti, is-susidju kien sussidju rikorrenti marbut ma l-esportazzjoni tal-prodott li kien qiegħed jiġi investigat. Meta il-programm ta' sussidju ta' l-esportazzjoni kien terminat, il-prodott esportat ma gawdiex aktar mis-sussidju. In-natura tas-sussidju hija għalhekk ferm differenti u il-każ ta' PET Chips mhux relevanti dwar l-assessjar tal-programm BKI. (73) Għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, meqjus li l-benefiċċju konferit permezz tal-programm BKI huwa sussidju mhux rikorrenti allokat matul perijodu ta' ħames snin, is-sussidju ma jkunx irtirat fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku skond il-programm li jkun itterminat, minħabba li dan ikun diġa ġie mogħti u l-għotja tibqa tikkonferixxi benefiċċju matul il-perijodu ta' l-allokazzjoni. (d) Il-kalkolu tas-sussidju (74) F'dak li jirigwardja il-kalkolazzjoni tas-sussidju, kemm Hynix u wkoll il-GOK argumentaw li l-Kummissjoni ma kellhiex tqabbel ir-rati ta' l-imgħaz tal-programm mar-rati tas-suq li ma humiex meqjusa bħala self jew għotja. It-tieni, Hynix argumentat li l-BKI kien biss assuma 10 % tal-kambjali finanzjati mill-ġdid u dawk il-kambjali biss kellhom ikunu meqjusa bħala sussidju. B'żieda, la darba il-kambjali BKI kienu aktar tard ġew strutturati f'Ottubru 2001, dawn m'għandhomx ikunu magħaduda darbtejn fl-ammont tas-sussidju. (75) F'dak li jirrigwardja l-ewwel sottomissjoni li tikkonċerna l-paragun tar-rati ta' l-imgħax, il-Kummissjoni spjegat fir-Reċita 66 tar-Regolamemnt proviżorju, ir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha li ma tużax ir-rata ta' l-imgħax b'paragun għad-determinazzjoni ta' l-ammont tas-sussidju. Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, is-sussidju huwa determinat fuq il-bażi tal-benefiċċju mogħti lill-dak li jirċieviħ. Kif spejagt fir-reċiti 50 sa 63, il-benefiċċju akkwistat minn Hynix ma kienx konferit bir-rati ta' l-imgħax applikati bil-programm KBI, imma il-fatt huwa li mingħajr il-programm KBI din kien ikollha tħallas lura il-kambjali tagħha u la darba ma kellha l-ebda likwidità biex tagħmel dan, hija kienet tiddikjara falliment. Ma kien hemm l-ebda sorsi oħrajn ta' fondi disponibli għal Hynix, u skond l-informazzjoni kif irreġistrata, din tidher li kienet ir-raġuni li jkun stabbilit il-programm KBI fl-ewwel istanza. Il-benefiċċju għal Hynix kien konferin billi BKI xtrat il-kambjali li maturaw f'dan il-klaż meta l-ebda operatur ma kien lest li jipprovdi lill-Hynix il-meżżi sabiex jiffinanzja din l-operazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ammont ta' finanzjament BKI għax-xiri tal-kambjali Hynix huwa determinat li jikkostitwixxi s-sussidju. (76) F'dak li jirigwardja t-trattament ta' self bħala għotjiet, is-sitwazzjoni għandha tkun assessjata mill-punto di vista ta' l-awtorità ta' l-għotja fil-waqt tal-miżuri. Is-sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida tistipulà lijekk fil-waqt ta' l-għotja ta' self ikun diġa evidenti għall-awtorità ta' l-għotja li hija ma tkunx sejra tirkupra il-flus tagħha, is-self għandu jkun meqjus bħala għotja. Fil-każ preżenti, għalkemm il-finanzjament BKI permezz tal-programm mhux kompletament l-istess bħal "self", din hija tranżazzjoni ferm simili hekk li l-istess prinċipji għandhom ikunu applikabbli. Il-kwistjoni hija jekk BKI kellhiex raġuni biex temmen li hija qatt ma kienet sejjra tirkupra il-finanzjament tagħha jew le. L-informazzjoni kif irreġistrata turi li f'dak iż-żmien BKI assumiet id-dejn ta' Hynix, kien evidenti li l-BKI ma kienetx sejjra tirkupra il-flus li kienet nefqet fix-xiri tal-kambjali ta' Hynix. Fil-fatt, informazzjoni hija disponibli li tindika li BKI anqas biss ikkonsidrat il-possibiltà tal-irkupru tan-nefqa tagħha. Filifatt, l-ommont kif allokat għall-programm totali ta' BKI kien ta' 6,2 triljun KRWm li minnu BKI kienet diġa allokat kważi in-nofs, 2,9 triljun KRW, għax-xiri tal-kambjali ta' Hynix. Il-programm ma kienx stabblit fuq il-bażi tal-qliegħ ta' profitt u għall-anqas ta' l-irkupru bl-istess ammont, imma kien sempliċement ammont konsiderevoli ta' flus immwarrba sabiex jintefqu fix-xiri ta' kambjali maturi tal-kumpaniji magħżula. Aktar minn hekk, anki jekk BKI kienet tistenna li tirkupra in-nefqa tagħha, kien evidenti fil-waqt li fih til-finanzjament kien moghti, li Hynix ma kienetz f'qagħda li tħallas lura l-ammoni lill-BKI. Hynix diġa kellha dejn enormi u r-raġuni il-għala BKI kellha tinterfieri kien minħabba li Hynix ma kellhiex xi flus sabiex tħallas il-kambjali maturi tagħha u l-ebda possibbiltà li takkwista tali ammonti fis-suq fil-waqt meta il-maturità kienet dovuta. Huwa wkoll meħtieġ li jkun innutat li l-ammont previst li jkun minfuq għall-kambjali Hynix sa mill-bidu nett kien konsiderevoli meta paragunat man-negozju totali ta' Hynix, 2,9 triljun KRW kien aktar minn 70 % tan-negozju totali ta' Hynix fil-2001. (77) Il-fatt li Hynix ma setgħetx li tkun tista tħallas lura dan il-finanzjament ġdid sar evidenti matul il-korsa tal-programm, minħabba li s-sitwazzjoni tagħha kienet reveduta ta' kull xahar fil-kuntest tad-deċiżjonijiet tal-banek li permezz tagħhom il-kambjali għandhom ikunu mixtrija ta' kull xahar. Ir-ratar ta' Hynix kienet diġa ġiet imwaqqa fit-22 ta' Jannar 2001, immedjetament wara li kienet aċċettata mal-programm, u għal darba oħra f'Marzu, matul il-korsa tal-programm. Il-grad spekulattiv mogħti lil Hynix fit-tmiem ta' Jannar messu diġa kien ikkalkolat meta kienet ittieħdet id-deċiżjoni tax-xiri tal-kambjali kienet ittieħdet f'Jannar. F'Marzu 2001, ir-ratar ta' Hynix kien imwaqqa għal B-, li fil-fatt kellu jiskwlifikha mill-programm tal-BKI skond il-kriterja tal-Programm. B'dana kollu, f'dawn iż-żewġ xharejn il-kambjali ta' Hynix kienu finanzjati minn BKI, independentament mis-sitwazzjoni dejjem teħżien tal-kumpanija kif rifless fir-ratar tagħha li kien dejjem nieżel. Aktar minn hekk, il-fatti ma juru l-ebda evidenza li tindika li BKI kienet fil-fatt irkuprat aktar minn dawk l-ammonti li Hynix kienet suppost li tħallas skond il-kondizzjonijiet tal-programme [36]. Is-sejbiet proviżorji ta' dawn l-ammonti kienu meqjusa u mnaqsa, kif spjegat taħt ir-rċita 65 tar-Regolament proviżorju. (78) fir-rigward tat-tieni argumenta ippreżentat, Hynix argument li l-BKI kienet biss assumiet 10 % tal-kambjali finanzjati mill-ġdid u dawk il-kambjali biss kellhom ikunu meqjusa bħala sussidju. Huwa mfakkar li sussidju huwa kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern li permezz tiegħu jikkonferixxi bnefiċċju fuq dak li jirċievih. Kif diġa indikat permezz tar-Reċita 48 tar-Regolament proviżorju, l-ewwel pass fil-programm kien li BKI tixtri il-kambjali maturi kollha li daħlu direttament fil-programm [37]. Il-benefiċċju konferit lil Hynix b'din il-kontribuzzjoni finanzjarja hija mogħtija bil-fatt li BKI tixtri dawn il-kambjali għal Hynix: il-kontribuzzjoni finanzjarja ta' BKI għandha, skond tranżazzjoni nirmali tas-suq, tkun magħmluha minn Hynix. L-ammont tal-benefiċċju jiddetermina l-ammont tas-sussidju. Il-fatt li skond it-termini tal-programm BKI innifsu huwa suppost li jkollu biss sa 10 % tal-kambjali ma jistgħax jibdel din il-konklużjoni la darba BKI tipprovdi ammont ferm akbar bil-quddiem u meta tagħmel hekk, tassumi r-riskji u r-responsabbilitajiet marbuta max-xiri tal-kambjali kollha li kienu iffinanzjati mill-ġdid. (79) It-telet, Hynix argumentat li la darba il-kambjali BKI kienu aktar tard ġew strutturati mill-ġdid f'Ottubru 2001, dawn m'għandhomx ikunu magħaduda darbtejn fl-ammont tas-sussidju. Huwa innotat li l-verifika ta' l-informazzjoni kif disponibbli tindika li 59,4 biljun KRW tal-kambjali li jaqgħu taħt il-programm kienu fil-fatt inklużi fid-dejn tal-kambju tat-titoli. Dan l-ammont kien imnaqas mill-ammont totali tal-miżuri ta' Ottubru 2001 [38] kif spjegat fir-Reċita 166. Hynix ukoll argumentat li parti mill-kambjali ta' BKI miżmuma mill-banek kienu fil-fatt inklużi fil-KK mixtrija mill-banek f'Ġunju 2001. L-ammont ta' kambjali BKI għandu għalhekk ikun imnaqas mill-ammont KK sabiex ikun evitat l-akkontjar doppju. Huwa innotat li l-ammont totali ta' KK mixtrija f'Ġunju 2001 kien skambjat għal titoli f'Ottubru 2001 u l-ammont totali ta' KK, inklużi il-kambjali BKI, huwa għalhekk imnaqqas minnha, kif spjegat fawn taħt fir-Reċita 166. (80) Għar-raġinijier spjegati fir-reċiti 50 sa 79, huwa konkluż li l-programm BKI ikkonferixxa banefiċċju fuq Hynix la darba finanzjament komparabli ma kienx disponibbli dwar din fis-suq. Hynix ma kienet tista tiffinanzja il-kambjali maturi tagħha permezz ta' self bankarju, la darba hija kienet eżawriet il-possibbiltajiet tagħha li tkun tista tirċievi self bankarju u li l-finanzjament mill-ġdid tal-kambjali fis-suq tal-kambjali ma kienx possibbli minħabba r-rata debboli tal-kreditu tagħha. Il-finanzjament provdut permezz tal-programm BKI għalhekk jikkostitwixxi sussidju fil-qofol tat-tifsita ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Is-sussidju huma misjub bħala de facto speċifiku għal Hynix, u għalhekk suġġett għal miżuri ta' dazji b'effett oppost bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament bażiku. Bis-saħħa ta' l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont tas-sussidju huwa l-ammont tal-benefiċċju, li huwa l-ammont tal-finanzjament ipprovdut permezz tal-programm. Għalhekk, il-konklużjonijiet li l-ammont ta' sussidju ta' 4,9 % elenkat fir-Reċita 67 tar-Regolament proviżorju f'dak li jirigwardja il-programm BKI huwa b'hekk ikkonfermat. 6. XIRI TA' KAMBJALI MINN BANEK KREDITURI FL-AMMONT TA' 1 TRILJUN KRW U L-EWWEL TEĦID IL-QUDDIEM TAD-DEJN (MEJJU 2001) (81) Fir-Regolament proviżorju, kien proviżjonalment konkluż li ma kienx hemm evidenza biż-żejjed sabiex issir is-sejba pożittiva ta' sussidju u kien għahekk deċiż li dan il-programm ma jkunx miġġieled b'xi effett oppost. Uħud mill-partijiet interessati ma qablux ma din is-sejba preliminari u talbu sabiex din tkun reveduta. Waħda mill-partijiet interessati argumemntat li l-kondizzjonijiet applikabli għal Hynix m kienx b'konformità mas-sitwazzjoni finanzjarja f'dak il-waqt u għalhekk ma kienux ibbażati fis-suq. Skond din il-parti, il-GOK ukoll influenza lill-banek kredituri u is-suċċess tal-miżuri. (82) Parti oħra interessata argumentat li Hynix ma kienetx takkwista f'Mejju 2001 il-kawzjoni mingħajr l-intervent tal-GOK minħabba l-kondizzjoni finanzjarja fjakka tagħha u li l-GOK kien speċifikament idderieġa lill-kredituri ta' Hynix sabiex jipparteċipaw fix-xiri tal-kambjali. Bħala sostenn għal din l-insistenza, il-parti ireferit għal laqgħa imsejjħa mill-GOK fil-10 ta' Marzu 2001 bejn l-uffiċjali tal-GOK, il-presidenti tal-banek kredituri ta' Hyundai, l-uffiċjali tal-KSF u l-President ta' Hynix. (83) Fil-kwistjonarni mibgħuta lill-GOK, kien mistoqsi jekk il-GOK jew xi korp publiku ieħor kienx involut fil-proċess tad-deċiżjoni tal-banek li jieħdu l-miżuri ta' Mejju 2001. L-istess kien mistoqsi fil-kwestjonarjoni mibgħuta lill-Banek. Il-minuti ta' xi laqgħat li attandew għalihom l-uffiċjali tal-GOK jew xi uffiċjali pubbliċi oħrajn kieni wkoll mitluba. Il-partijiet kollha wieġbu li il-GOK ma kienet bl-ebda mod involuta fil-proċess ta' ristrutturar ta' Mejju. Għalhekk, l-informazzjoni li tirrigwardja tali kuntatti ma kienetx disponibbli u l-anqas ma kienet indirizzata matul l-investigazzjoni qabel is-sejbiet proviżorji u l-anqas verifikata fiż-żjarat tal-verifika. (84) Wara l-pubblikazzjoni tas-sejbiet proviżorji, informazzjoni minn sorsi sekondarji, inklużi artikoli mill-istampa indikaw li tali kuntatti fil-fatt kienu seħħew, kienu ippreżentati lill-partijiet interessati. Din l-informazzjoni referiet għal laqgħat li seħħeh f'dati partikolari u għall-kuntatti bejn il-banek u l-uffiċjali tal-SSF/KSF. Il-partijiet interessati, Hynix u l-GOK, kienu partikolarment mistiedna li jirrevedu din l-informazzjoni u li jikkommentaw dwarha. Il-partijiet naqqsu milli jinnegaw din l-informazzjoni ġdida. Fil-fatt, it-tnejn li huma ammettew espressament li r-rapreżentanti tal-SSF kienu fil-fatt preżenti fil-laqgħa ta' l-10 ta' Marzu 2001 u li kellhom kuntatti mal-banek fil-kuntest ta' dawn il-miżuri, kif indikat bl-informazzjoni ġdida. (85) Għandu jkun innotat li l-informazzjoni ġdida u l-konferma ta' l-eżatezza tagħha mill-partijiet interessati kienet b'kontradizzjoni tal-istqarrijiet mogħtija mill-GOK, l-uffiċjali tal-KSF u tal-SSF u tal-banek involuti fl-istadji aktar kmieni ta' l-investigazzjoni. Il-GOK u l-banek kienu b'mod konsistenti argumentaw li la l-uffiċjali tal-GOK u l-anqas xi uffiċjali pubbliċi oħrajn ma kienu b'xi mod involuti fil-miżuri ta' Mejju 2001 u li il-KSF u tal-SSF kienu wettqu biss il-funzjonijiet ta' superviżjoni f'dak li jirigwardja l-istituzzjonijiet finanzjarji u ma intervenew qatt fl-operazzjonijiet odjerni tan-negozju tal-banek. Tali zamma lura ta' l-informazzjoni hija meqjusa bħala li kienet impediet l-investigazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi li f'tali ċirkostanzi, is-sejbiet jistgħu ikunu ibbażati biss fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli. Il-partijiet f'dan il-każ kienu infurmati bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta' koperazzjoni tagħhom. Huwa wkoll innutat li l-konsulent finanzjarju ta' Hynix ta' dak iż-żmien, il-Citibank Seoul, kien naqas milli jikkopera bis-sħiħ ma l-investigazzjoni. Citibank spjega din in-nuqqas ta' koperazzjoni kienet minħabba l-intervent ta' Hynix. Citibank, li kien il-konsulent finanzjarju ta' Hynix fil-waqt ta' l-investigazzjoni, kellu fil-pussess tieghħu informazzjoni importanti kemm dwar il-kondizzjoni finanzjarja ta' Hynix u wkoll dwar il-miżuri ta' l-investigazzjoni. Billi ma ħallietx lill-Citibank li tikkopera, b'hekk tfixkel l-investigazzjoni li teżamina l-informazzjoni fil-pussess ta' Citibank, Hynix innifisha hija meqjusa bħala li serjament kienet impdiet l-investigazzjoni. Meqjusa in-nuqqas ta' koperazzjoni tal-partijiet fir-rigward tal-forniment ta' informazzjoni dwar il-miżuri ta' Mejju 2001 u ta' l-informazzjoni ġdida kkwistat wara l-miżuri proviżorji, li ma kienux innegati minnhom, jidher xieraq li jkunu studjati mill-ġdid is-sejbiet fid-dawl ta' l-informazzjoni ġdida u fuq il-bażi ta' l-aħjar fatti disponibbli. (86) It-totalità tal-fatti tindika li sa minn Novembru 2000 il-GOK kien jagħti direzzjoni lill-banek u lill-istituzzjonijiet oħrajn li jieħdu l-miżuri sabiex itaffu il-problemi ta' likwidità u li jħeġġu l-istrateġija ta' l-industria ta' l-elettronika. Dan kien ġie ikkonfermat f'dak li jirrigwardja il-miżuri kollha ittrattati hawn fuq il-kapitoli preċedenti ta' dan ir-Regolament. Huwa innotat ukoll li aktar ma is-sena kompliet moexja l-quddiem, aktar ma ħżienet is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix minkejja il-miżuri meħuda. F'Marzi 2001 ir-ratar tagħha kien niżel għal B-. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex wieħed jissopponi li il-GOK, f'dawn iċ-ċirkostanzi dejjem jeħżienu, li f'daqa waħda twaqqaf l-appoġġ tagħha għal Hynix. Bil-kuntrarju, huwa reġjonevoli li wieħed jemmen li l-appoġġ kontinwu għal Hynix, partikolarment la darba is-sitwazzjoni finanzjarja dejjem teħżien tagħha assigurat li l-ebda sorsi alternattivi ibbażat fis-suq ma kienu disponibbli. (87) Kif diġa spejagat hawn fuq fil-kuntest ta' l-istudju tat-tlett miżuri preċedentament studjati, Hynix kienet eżawriet il-possibiltajiet tagħha li tirċievi self bankarju sa minn kmieni f'Jannar 2001 minħaba l-esposizzjoni għolja mal-banek kridituri tagħha u r-rata baxxa ta' kreditu. Sa Marzu 2001, ir-ratar tagħha kien kompla tbaxxa aktar u l-esposizzjoni tagħha żdiedet minħabba id-direzzjoni tal-GOK li twarrab il-limiti ta' kreditu prudenti fir-rigward ta' uħud mill-banek. Hynix ma kienetx qdiet id-doveri rigward is-self sindakat li kien mogħti f'Janna2 2001 u ir-responsabiltajiet tagħha komplew aktar jakkumulaw, minkejja l-miżuri kollha meħudha sabiet itaffu is-sitwazzjoni tagħha. F'dawn iċ-ċirkostanzi, ma jemm l-enda indikazzjoni li Hynix kienet tista takkwista self minn fuq is-suq. Hynix m qajjmet l-ebda possibbilta matul il-proċeduta, l-anqas ma indikat li kienet biss ipprovat li takwista aktar self, la mis-swieq Koreani u anqas dawk esteri. (88) L-informazzjoni kif irreġistrata tindika li l-banek ma dehrux li kellhom bi bażi kummerċjali li jixtru b'valur ta' 1 triljun KRW ta' kambjali konvertibbli ("KK") minn Hynix matul Ġunju 2001. L-evidenza kif ireġistrata tindika li l-kambjali kienu mixtrija sabiex jipprovdu lill-Hynix b'likwidità li tkopri ir-responsabbiltajiet eżistenti tagħha. Il-banek ikkonfermaw in-nuqqas ta' abbiltà ta' Hynix li tonora id-doveri tad-dejn tagħha sa diġa mill-bidu ta' Mejju 2001. Fir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2001 dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji ta' Kreditu, huwa mistqarr li Hynix ma setgħetx twettaq l-obigazzjonijiet tagħha f'dak li jirrigwardja is-self sindakat għall-ewwel kwart tas-sena 2001 u li il-probabbiltà għolja kienet li hija ma kienetx tkun tista li tgħamel hekk ukoll matul it-tieni kwart tas-sena. Dan kien mistqar bġala difett petmezz ta' l-Artikolu 12 tal-ftehim tas-self. B'dana kollu, sabiex ikunu prevenuti problemi relatati man-nuqas transversjali, l-Artikolu 11 tal-Ftehim tas-self ma kienx applikat għall-ewwel u t-tieni kwarti tas-sena 2001. Il-banek għalhekk effittivament eżentaw lill-Hynix mill-konsegwenzi tan-nuqqas skond it-termini tal-ftehim tas-self. B'dana kollu, huma xorta waħda fornew finanzjament ġdid bix-xiri ta' KK f'Ġunju 2001. (89) Diversi mill-banek kredituri ta' Hynix ukoll żiedu il-provvediment tagħhom ta' kontra it-telf mis-self fir-rigward tad-dejn ta' Hynix [39]. Qabel il-parteċipazzjoni f'Ġunju 2001 fix-xiri ta' KK, il-Bank KorAm, il-Bank Hana, il-Bank Shinhan u l-Bank Kookmin żiedu ir-riservi tagħhom għal telf mis-self lil-Hynix bi 25 %. Sat-tielet kwart tas-sena 2001, dawn il-banek kieni ikklasifikaw 60 % jew aktar tas-self tagħhom lil-Hynix bħala mhux operattiv. Għandu jkun imfakkar li tlieta minn dawn il-banek naqqsu milli jikkoperaw ma l-investigazzjoni (ara r-Reċita 18 ta' hawn fuq). (90) Il-banek xtraw il-KK fil-20 ta' Ġunju 2001. Huwa innotat li bejn nofs Ġunju u l-20 ta' Ġunju 2001, il-prezz tat-titoli ta' Hynix kien niżel konsiderevolament. Minkejja dan, il-banek xtraw il-KK avolja kien diġa jidher evidenti għalihom f'dak iż-żmien li huma ma kienux sejrin jirkupraw lura il-flejjes tagħhom [40]. Fi żmien xahar, il-banek kienu weħħlu telf kbir fil-kambjali. Il-prezz tat-titoli ta' Hynix kien niżel drastikament u l-banek iddegretaw ċerti porzjonijiet tal-prezz ta' l-aċċettazzjoni tal-KK ta' Hynix bħala telf meta huma iffinaliżżaw il-kontijiet tagħhom fit-tmiem ta' Ġunju 2001. (91) L-informazzjoni akkwistata wara l-pubblikazzjoni tal-miżuri proviżorji u mhux innegati mill-partijiet, tindika li l-kuntratti bejn il-banek kredituri u l-uffiċjali pubbliċi kienu seħħew minn Marzu sa Mejju 2001. Skond din l-informazzjoni, il-laqgħa ta' l-10 ta' Marzu referuta fir-Reċita 82 kienet imsejjħa sabiex twassal lill-banek li jkunu ta' appoġġ għall-kumpaniji tal-Grupp Hyundai [41]. Meta uħud mill-banek indikaw resistenza li jipprovdu appoġġ lill-Hynix la darba huma kien ikkonċernati dwar it-tnaqqis tal-kredibilità esterna u l-vjolazzjoni tal-limiti ta' kreditu, l-uffiċjali finanzjarji tal-GOK xosta waħda ipperswadew lill-Banek sabiex jagħmlu dan [42]. Fl-24 ta' April 2001 kien ġie irrapurtat li l-Għaqda ta' Kredituri tal-Hyundai iddeċiedet li ma tixtrix 1 triljun KRW kambjali konvertibbli ("KK") kif mitlub minn Hynix. Hynix ma kellha l-ebda likwidità sabiex tkun tista tħallas ir-responsabbiltajiet maturi tagħha u l-proċedimenti tal-ħruġ tal-KK, 1 triljun KRW, kienu użati sabiex jagħmlu tejjeb għad-dejn eżistenti. Il-presidenti tal-banek kredituri, inklużi BKK, BKI u l-Bank Chohun kellhom laqgħa fit-23 ta' April 2001 li fiha ħafna mill-parteċipanti kienu opponew li jaċċettaw KK fl-ammont ta' 1 triljun KRW [43]. Fl-istes jum, il-CEO tal-Citibank, il-Citibank f'dak iż-żmien kien il-konsulent finanzjarju ta' Hynix u wkoll l-organizzatur tal-miżuri ta' Mejju, formalment talab għall-appoġġ finanzjarju għal Hynix minn għand il-GOK, u l-President tal-KSF wera pożizzjoni pożittiva dwar dan. Kontra dan l-isfond, huma irraportat li l-appoġġ finanzjarju għal Hynix, inkluza l-aċċettazzjoni ta' KK, kienet saret aktar probabbli [44]. Għandu jkun imfakkar li Citibank kienet ukoll naqqset milli tikkoperaw ma l-investigazzjoni (ara r-Reċita 18). (92) Kien iraportat li l-Bank KorAm, wieħed mill-banek li ma ikkoperawx ma l-investigazzjoni, ċaħad li jieħu s-sehem tiegħu fil-KK ta' 1 triljun KRW fuq il-bażi li Hynix kienet naqqset milli tforni memorandum li tintrabat li tagħmel l-aħjar sforz tagħha li tnaqqas id-dejn. Huwa osservat li kien hemm rapporti li jindikaw li bħala reazzjoni ta din, il-SSF stqarr li huma kienx sejjer jaħfira lill-bank jekk dan ma jipparteċipax, u żied li kien sejjer jieħu miżuri stretti kontra l-bank, bħal ma huma in-nuqas ta' approvazzjoni ta' strumenti finanzjarji ġodda u li jissuġġetta lill-bank għal awditjar aktar strett. B'segwiment ta' din it-twissija, KorAm biddel id-deċiżjoni tiegħu u ipparteċipa fix-xiri ta' KK [45]. (93) Meta tkun meqjusa n-nuqqas ta' koperazzjoni mill-partijiet, il-konklużjonijiet inali jeħtieġ li jkunu ibażati fuq l-aħjar fatti disponibbli, informazzjoni ulterjuri, andki jekk estratta minn sorsi sekondarji, għandha tkun osservata f'dan il-kuntest. Huwa innotat li waħda mill-miżuri oriġinalment investigata kienet il-garanzija allegata KOSGA (Il-Korporazzjoni ta' Seoul tal-Garanzija ta' l-Assigurazzjoni) għal 600 biljun KRW tal-KK ta' Hynix li kellhom ikunu mixtrija mill-kumpaniji ta' investiment b'fiduċja. Kien ikkonfermat matul l-investigazzjoni li dan ix-xiri ta' kambjali qatt ma seħħ u għalhekk l-ebda garanzija ma kienet ġiet ipprovduta [46]. Ir-raġunijiet għall-falliment tat-tranżazzjoni, b'dana kollu, ma kienx spjegat. Huwa oservat li hemm rapporti li jindikaw li l-banek f'dak iż-żmien ħtieġu li sabiex huma jidħlu għax-xiri tal-KK, il-kumpaniji ta' investiment b'fiduċja keelhom ukoll ikunu meħtieġa li jagħmlu hekk la darna il-banek ma riedux li jerfgħu il-piż finanzjarju kollu huma. Il-kumpanija ta' investiment b'fiduċja ċaħdu li jixtru l-kambjali ta' Hynix la darba huma insistew li kien magħruf sewwa li il-kambjali kienu kambjali mingħajr valur u li huma ma jkunxu jistgħu jerġgħu ibiegħu meta huma kienu f'taqbida ħalli jirkupraw il-fiduċja tas-suq. Skond ir-rapporti, il-kumpaniji ta' investiment b'fiduċja stqarrew li huma ma kienux ikunu jistgħu jevitaw kritika, iġiefiri li huma kienu jinvestu il-flux tal-klienti f'kumpanija mhux solventi, li setgħa jwassal għal kawżi kontra tagħhom. Jekk l-investimenti b'fiduċja kellhom pressjoni mill-awtoritajiet finanzjarji li jaċċettaw kambjali korporati ġodda fl-ammont ta' diversibiljuni skond dawn iċ-ċirkostanzi, l-invetiment totali taċ-ċirku b'fiduċja setgħa jkun fallut [47] Fuq il-bażi ta' hawn fuq jidher li l-banek kien jipparteċipaw fid-diskusjonijiet kollha dwar il-miżuri ta' Mejju 2001 sa minn kmieni f'Marzu 2001 u li huma kienu ben konxji ta' l-argumenti tal-investimenti b'fiduċja u bir-raġunijiet il-għala dawn kienu ċaħdu li jabbonaw f'dawk il-kambjali. Il-banek insugom ukoll iddeċedew li ma jaċċettawx il-KK mixtrija xi ġimgħat qabel u kienu irrikkonoxxew l-inabbilità ta' Hynix li tonora id-dejn eżistenti tagħha. (94) B'segwiment tal-iżvelar ta' din l-informazzjoni lejn il-partijiet interessati, il-partijiet ammettew li uffiċjal tal-SF kien preżenti f'waħda mil-laqgħat u li kuntatti sussegwneti bejn il-KSF/SSF u l-banek kienu seħħew. Kien spjegat li l-uffiċjal tal-SF kien preżenti biss bħala osservatur sabiex jaġixxi bħala xhur fħall-kredituri qabel ma jseħħu l-impenji tal-fondi, u mhux sabiex jinfluwenza lill-banek kredituri jew id-deċiżjoni tagħhom li jestendu aktar kreditu lill-kumpaniji Hyundai. Kien ukoll spjegat li il-"telefonati b'segwiment" ma l-uffiċjali tal-SSF/KSF u mal-banek kredituri kienu mwettqa biss fl-eżerċizzju tar-rwol prudenti ta' superviżjoni normali tal-KSF/SSF. B'dana kollu, meta jkun meqjus li l-partijiet kien ilhom iżommu lura indormazzjoni importanti sakemm iffaċċjati biha u bl-investigazzjoni pendenti bl-istruzzjoni lejn il-partijiet l-oħrajn li ma jikkoperawx, huwa diffiċli li dawn l-ispjegazzjonijiet ikunu misjuba bħala kompletament konvinċenti. B'żieda, l-informazzjoni kif ireġistrata tindika li l-uffiċjal li attenda għal-laqgħa ta' l-10 ta' Marzu 2001 kien il-Viċi President tal-KSF, i.e. uffiċjal ta' grad għoli. F'dawn iċ-ċirkostanzi, bis-saħħa ta' l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku li jippermetti li l-konklużjoni tkun ibażata fuq l-aħjar fatti disponibbli fil-każi ta' nuqqas ta' koperazzjoni mill-partijiet, huwa konkluż li l-banek ma kienux liberi u independenti sabiex jiddieċedu fuq il-kwistjoni tax-xiri tal-KK fuq bażi ta' konsiderazzjonijiet kummerċjali, imma kellhom struzzjoni mill-GOK sabiex jixtru il-kambjali. L-informazzjoni minn sersi sekondarji referuta hawn fuq tappoġġja din il-konklużjoni. (95) Fil-kummenti tiegħu dwar l-iżvelar finali, il-GOK argumenta li għandu jkun hemm akkont tal-fatt li l-investituri privati kienu xtraw b'valur ta' 1,25 biljun USD tal-RGD ta' Hynix matul Ġunju 2001 u għalhekk id-deċiżjoni tal-banek li jixtru il-KK ta' Hynix kienet skond il-konsiderazzjonijiet kummerċjali. Huwa innitat li dawn l-investituri ta' bil-fors li kienu influwenzati bl-antiċipazzjoni tad-disponibilità kontinwa tal-programm BKI dirett mill-GOK għall-finanzjament mill-ġdid tar-responsabilitajiet maturi ta' Hynix. Aktar minn hekk, dawn l-investituri ma kellhomx l-istess tagħrif speċifiku dwar is-sitwazzjoni ta' Hynix bħala ma kellhom il-banek kredituri. Għalhekk, mhux reġjonevoli li jkun konkluż li d-deċiżjoni tal-banek li jinvestu kellha tkun differenti minn dik tal-investituri RGD. (96) Fuq il-bażi ta' l-aħjar fatti disponibbli huwa għalhekk konkluż li d-deċiżjoni tal-banek li jixtru i triljun KRW ta' KK ta' Hynix ma kienetx ittieħdet fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet kummerċjali, imma kienet dovuta għad-direzzjoni mill-GOK fis-segwiment ta' miri ta' strateġija pubblika. L-ammont ta' KK mixtrija huwa għalhekk kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikoli 2(1)(a)(iv) u (i) tar-Regolament bażiku. Dan ix-xiri ikkonferixxa benefiċċju għal Hynix fl-ammont ta' i triljun KRW, il-prezz tax-xiri tal-kambjali, la darba fondi komparabbli ma kienux disponibbli fis-suq. Is-sitwazzjoni ta' Hynix kompliet teħżien aktar minn Jannar 2001 u din ma kellha l-ebda possibbiltà li tirċievi self ekwivalenti mis-suq. Għal dawn ir-raġunijiet, l-ammont tax-xiri ta' KK bil-prezz ta' 1 triljun KRW huwa mejus bħala sussidju fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. La darba dan is-sussidju huwa ipprovdut biss lil kumpanija waħda, dan huwa speċifiku bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku u għalhekk suġġetti għal miżuri b'effett oppost. (97) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju suġġett għal miżuri b'effett kuntrarju għandu jkun ikkalkolat fit-termini tal-benefiċċju mogħti lil-dak li jirċievih. Il-KK mixtrija mill-banek kredituri kellhom rata ta' imgħax u kellhom jittħalsu lura mal-maturità tagħhom minn Hynix. Huma għalhekk komparabbli ma self. Skond l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, l-ewwel punt li għandu jkun eżaminat huwa jekk self kummerċjali komparabbli kienx disponibli fis-suq u jekk hekk, il-benefiċċju jkun id-differenza bejn ir-rati ta' l-imgħax kif applikati. Kif spjegat fir-Reċita 87, ma kien hemm l-ebda self komparabbli disponibbli għal Hynix f'Mejju 2001. Għal din ir-raġuni, il-benefiċċju konferit bix-xiri tal-kambjali jeħtieġ li jkun iddeterminat fuq bażi oħra. (98) Skond is-Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida, l-ammont ta' self maħfur jew skadut għandu jkun ittrattat bħala għotja. Dan ifisser li fil-waqt ta' l-għotja ta' self ikun diġa evidenti għall-awtorità ta' l-għotja li hija ma tkunx sejra tirkupra il-flus tagħha, is-self għandu jkun meqjus bħala għotja. Fil-każ preżenti, kif spjegat taħt ir-reċiti 88 sa 90, kien ovvju għall-banek f'dak iż-żmien tax-xiri tal-kambjali li huma ma kienux sejrin jirkupraw il-flus li huma kienu nefqu fix-xiri tal-KK ta' Hynix. Għalhekk il-benefiċċju għal Hynix u l-ammont ta' sussidju suġġett għal effett oppost huwa il-prezz tax-xiri tal-kambjali, 1 triljun KRW. Bl-użu tal-metodu tal-kalkolazzjoni spjegat fir-reċiti 67 u 08 tar-Regolament proviżorju, is-sussidju jammonta għal 5,4 %. 7. IL-PAKKETT TA' SALVATAĠĠ TA' OTTUBRU 2001, LI JIKKONSISTI MINN DEJN GĦAL SKAMBJU TA' TITOLI, IT-TIENI TEĦID IL-QUDDIEM U L-PROVVEDIMENT TA' SELF ĠDID TA' 685 BILJUN KRW. (99) B'segwiment tal-publikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Hynix, il-GOK, il-BKK, il-Bank Woori, il-Bank Chohung ("BCH"), Citibank Seoul u il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Koperazzjoni Agrikola ("FNKA") ippreżentaw kummenti li jikkonċernaw is-sejbiet proviżorji f'dak li jirigwardja il-pakkett ta' salvataġġ ta' Ottubru 2001. (100) Il-kummensi tal-partijiet huma elenkati u assessjati hawn taħt. B'dana kollu, la darba il-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' sussidju suġġett għal miżuri b'effett oppost hija kwistjoni importanti f'dak li jirigwardja il-miżuri ta' Ottubru 2001, huwa meqjus utili li jkun spjegat dwar kif u skond liema prinċipji il-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' sussidju tkun imwettqa, partikolarment meta jkunu ikkonsidrati li l-miżuri ta' Ottubru 2001 kienu mogħtija lejn kumpanija f'diffikultajiet finanzjarji. (a) Introduzzjoni (101) Fir-Regolament proviżorju, il-miżuri ta' Ottubru 2001, iġiefiri l-iskambju ta' dejn ma totoli, is-self il-ġdid ta' 658 billjun KRW u l-estenzjoni ma maturitajiet u tat-teħid il-quddiem tad-dejn, kienu meqjusa bħala għotjiet. Dan kien ibbażat fuq is-Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida, li jipprovdu li self isir meqjus bħala għotja jekk dan ikun maħfur jew jekk ma jkunx ġie onorat. Ir-reċiti 104 sa 107 tar-Regolament Bażiku ikkonludew b'mod proviżorju li minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix, l-ebda finanzjament korespondenti ma kien disponibbli fis-suq u li l-banek kienu jafu fil-waqt tal-miżuri ta' Ottubru 2001 li ma ma kienux sejrin jirkupraw il-flus tagħhom investiti jew mislufa lil Hynix. (102) L-ewwel punt li għandu jkun eżaminat meta tkun studjata il-kalkolazzjoni tas-sussidju fil-każi tal-provvediment ta' finanzjament lejn kumpanija f'diffikulta hija r-rata ta' kreditu tal-kumpanija fil-waqt tal-miżuri. Ir-rata huwa indikattiv tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija u ta' l-abbiltà tagħha li tattira investimenti jew li tirċievi finanzjament f'waqt partikolari la darba l-investituri/dawk li jisilfu potenzali jibażaw id-deċiżjonijiet tagħhom pimarjament fuq ir-ratar mogħti lill-kumpanija minn aġenzija internazzjonali independenti tar-ratar. (103) Huwa innotat li ir-ratar mogħti lill-Hynix f'Ottubru 2001 minn Standard & Poor kien SD – "mankanza selettiva". Dan hu t-tieni l-għar ratat possibbli, l-għar huwa "mankanża", li skond il-kriterja ta' Standard & Poor mhux prospettiv, bħar-ratar l-oħrajn, imma użat biss meta il-mankanza tkun attwalment seħħett. SD hija assenjata fuq kumpanija li tkun mistennija li tonqos b'mod selettiv, iġiefiri li tkompli tħallas ċerti klassijiet jew obbligi waqt li ma tħallasx oħrajn. B'konsegwenza, ir-ratar ta' Hynix fiż-żmien tal-miżuri kien ferm allarmanti għal investitur/dak li jislef u ma kienx isostni deċiżjoni li jagħti aktar finanzi skond il-konsiderazzjonijiet kummerċjali. (104) It-tieni punt li għandu jkun eżaminat hija l-istorja tal-kumpanija fit-trattament tad-dejn eżistenti tagħha u r-ratar mogħti lilha minn dawk li jisilfu ikkonċernati. Jekk il-kumpanija bi mill-anqas ratar moderat tibqa tittratta id-dejn eżistenti tagħha dwar uħud minn dawk li jkunu selfuha, ma jkunx raġjonevolment kompletament għal dawn li jisilfu billi jkun meqjus ir-ratar intern tagħhom tal-kumpanija ikkonċernata u wkoll li jikkonsidraw dan il-fatt b'mod pożittiv meta jkun assessjat jekk aktar self lill-kumpanija ikkonċernata jkunx ikkonsidrat. Fil-każ preżenti, b'dana kollu, huwa innotat li Hynix ma kienet trattat id-dejn eżistenti tagħha matul il-2001, u anki naqset fil-pagamenti ta' l-imgħax tas-self sindakat mogħti f'Jannar 2001. Kif spjegat fir-Reċita 88, il-banek ħabbru li n-nuqqas diġa f'Mejju 2001, imma iddeċedew li ma jieħdux il-miżuri xierqa sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni. Diversi banek kabbru id-dispożizzjonijiet tagħhom dwar is-self-telf f'dak li jirigwardja Hynix diġa f'Mejju 2001 u wkoll f'Ottubru 2001 qabel il-miżuri, indikaw li aktar finanzjament kien diġa meqjus bħala telf. Ir-ratar interni tal-banek ikkonċernati huwa riflett f'dan l-aspett. Is-sitt banek ikkonċernati bil-miżuri ta' Ottubru 2001 taw rata interna lil Hynix minn "prekazzjonarja" għal "dubbjuża". Tali sitwazzjoni ma hix ta' appoġġ għal deċiżjoni li jingħataw aktar finanzji lil-kumpanija ikkonċernata. (105) It-tliet punt li għandu jkun eżaminat trid tkun is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-kumpanija ikkonċernata. Jekk il-kumpanija tkun għaddeja minn problemi temporanji ta' likwidità imma jkollha fundamentali b'saħħithom, huwa iġġustifikat għal dawk li jisilfu potenzali li jqisu dan meta jieħdu id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-kreditu. (106) Għandu jkun innutat li s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix kienet ilha kritika għal żmien twil. Fit-tmiem tal-2000, Hynix kienet akkumulat aktar minn 9,46 billju, USD ta' responsabbiltajiet. Dan kien kwżi id-doppju tal-valur nett tagħha u aktar minn erba' darbiet tal-valur tal-kapitilizzazzjoni tas-suq tal-kumpanija [48]. F'Ottubru 2001, id-dejn ta' Hynix kien sitt darbiet tal-kapital tagħha. Din is-sitwazzjoni kienet ukoll magħrufa sewwa mill-banek ikkonċernati. Kif spjegat fir-Reċita 44, KKAE kienet diġa stqarret f'Novembru 2000 li Hynix kienet tinsab bi stat ta' falliment tekniku. Stqarrijiet simili jistgħu jinstabu fir-rapporti nterni tal-banek ikkonċernati li jirreferu għal Hynix bħala li għandha kapital negattiv u self eċċessiv. (107) Ir-relattivitajiet finanzjarji ta' Hynix, skond l-hekk imsejjaħ A ltman Z-score model, iddisinjat speċifikament sabiex ibassar il-probbabbilità ta' kumpaniji Koreani, kienu fil-1999 sal-2001 ferm aktar ħżiena mill-kumpaniji Koreani l-oħrajn li attwalment kienu fallew. Il-kalkolazzji ta' Hynix kienet 700 % għola mill-livell ta' l-għatba ta' kumpanija f'inkwiet aħrax finanzjarju [49]. Ir-relattivitajiet kurrenti u mħaffa ta' Hynix kienu indikattivi ta' kumpanija b'likwidità totali mhux adekwata sabiex tkopri l-obbligi tagħha [50]. Il-marġni tal-profitti netti ta' Hynix, l-akkwist mill-assi, u r-riżultat mill-ekwità tagħha kienu negattivi matul kważi kull sena sa mill-1997, b'marġini netti li jilħqu 24,3 % negattivi fil-2000 u 93,83 % negattivi fil-2001. Ta' kull sena mill-1997 dal-1999, il-cash-flow tal-kumpanija mill-operazzjonijiet tagħha ma kienetx biż-żejjed sabiex tkopri anqas wieħed minn sitta tad-dejn totali jew tar-responsabbiltajiet tagħha. (108) Il-kontijiet finanzjarji tal-2001 ukoll ikkunsidraw in-nuqqas tal-possibiltà ta' xi suċċessi finanzjarji fil-ġejjieni għal Hynix, billi stqarru li n-normalizzazzjoni intiera ta' l-operazzjoni tal-kumpanija teħtieġ appoġġ kontinwu mill-banek kredituri sakem il-prezz tal-bejgħ tal-prodotti semi-kondutturi jkunu irkupra suffeċjentament. Dawn il-fatti jindikaw li kemm l-istorja u wkoll il-futur ta' Hynix kienu karatterizzati bid-dipendenza tagħha fuq l-għajnuna finanzjarja mill-kredituri tagħha. Hynix kienet laħqet punt meta ma setgħetx tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha b'introjtu iġġenerat mill-attivitajiet tagħha. (109) Il-punt li jmiss fl-istudju tal-kalkolazzjoni bażika tas-sussidju għandu jkun li jara jekk self ieħor minn sosrsi kummerċjali kienz ġie mogħti lill-kumpanija ikkonċernata, u jekk hekk, skond liema kondizzjonijiet. Jekk tali self kien mogħti, it-termini u kondizzjonijiet ta' tali self jista jservi ta' punt ta' riferiment għall-kejl tal-benefiċċju konferit fuq Hynix bil-miżuri ikkonċernati, u b'hekk ukoll l-ammont tas-sussidju. (110) Fil-każ preżenti, huwa innitat li Hynix ma setgħetx takkwista xi self kummerċjali fi kwalunkwe waqt matul il-2000 u il-2001. Is-self ta' Hynix kien esklussivament ikkonċentrat fuq self ipprovdut mill-GOK, b'istruzzjoni mill-GOK u iggarantit mill-GOK. -akbar kreditur ta' Hynix fil-waqt tal-mizuri kien BKI, li kellu 44 % tat-total tas-self ta' Hynix matul Diċembru 2001 [51]. (111) Qabel il-1998, Hynix kienet irċievit self minn banek Franċiżi u Ġappunizi, unkluż il-bank ta' Tokjo, Société Générale u Credit Lyonnaise. Sa minn dak iż-żmien, b'dana kollu, ħadd minn dawn il-banek ma kien ipparteċipa fir-ristruzzurazzjoni ta' Hynix. Is-self pendenti minn banek barranin, inklużi dawk minn Citibank Seoul, ammontaw għal biss 5 % tat-total tas-self ta' Hynix fil-2000 u l-2001 [52] Huwa innotat li l-istudju dwar ir-rwol ta' Citibnk huwa spjegat fir-reċiti 130 sa 133. (112) In-nuqas ta' parteċipazzjoni mill-banek barranin jissuġġerixxi li aktar investiment f'Hynix ma kienx meqjus li jkun razzjonali u ekonomikament iġġustifikat. Huwa innotat li l-ammont pendenti ta' 37,5 biljun KRW tas-self sindakat minn selliefa barranin matul il-1996 u immexxi minn Société Générale kien iddikjarat mankanti u tanġenzalment mankanti fil-2001. (b) Kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern (i) Kummenti mill-partijiet (113) Hynix u il-GOK it-tnejn argumentaw li f'Ottubru 2001 il-pakketta ma kienx jikkostitwixxi susidju la darba il-finanzjament ipprovdut ma kienx mogħti mill-GOK. Hynix argumentat li f'dak li jirrigwardja Citibank u BKK, l-enda evidenza ma kienet ipprovvduta li il-GOK kien utilizza l-influwenza tiegġħu sabiex iġiegħel lill-banek li jaċċettaw il-miżuri ta' Ottubru 2001. F'dak li jirrigwardja il-Bank Woori, BCH u FNKA, Hynix argumentat li l-ishma tal-GOK m'għandhomx ikunu mħallta mal-kontroll tal-gvern fid-deċiżjonijiet tal-kreditu. Kien aktar argumentat li d-deċiżjonijiet dwar il-kreditu kienu ibbażati fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali minn kull wieħed mill-banek ikkonċernati. (114) Il-BKK argumenta li il-GOK ma kien lagħab l-ebda rwol fil-programmi ta' ristrutturar b'relazzjoni mad-deċiżjonijiet kummerċjali tal-BKK. Huwa argument li il-GOK ma kellu l-ebda dritt spċjali, la kontrattwali u l-anqas skond il-liġi Koreana, li kien jippermettieh li jimblokka jew li jinfluwenza id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-BKK. Skond il-BKK, l-istess huwa applikabbli għall-SSF. B'relazzjoni mar-rakkommandazzjonijiet ta' l-amministrazzjoni tal-SSF dwar l-operazzjoni tan-negozju BKK kien argumentat li dawn l-azzjonijiet jidħlu fl-iskop ta' l-attivitajiet ordinarji tiegħu bis-saħħa ta' l-Att tal-Banek u ir-Regolamenti tal-banek u ma kellhomx ikunu mifthiema bħala li jfissru xi tip ta' interefernza jew involviment minn naħa tal-SSF jew ta' xi awtorità superviżorja finanzjarja oħra. (115) Il-Bank Woori argumenta li, minkejja il-pożizzjoni tiegħu bħala l-akbar fetentur ta' ishma, il-GOK kien ipprojbit milli jeżerċita xi influenza fuq il-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni mill-Bank Woori. (116) BCH argumenta li il-GOK ma kellu l-ebda infuwenza diretta jew inderetta fuq l-attivitajiet amministrattivi tiegħu. Anki jekk Il-Korporazzjoni Koreana ta' l-Assigurazzjoni tad-Depositi ("KKAD") kellha ammont ta' ishma sostanzjali fil-BCH, il-BCH allegatament baqa' bank kummerċjali u id-deċiżjonijiet tiegħu kienu meġuda fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet purament kummerċjali. Kien argumentat li il-Memorandum ta' Rikonoxximent ("MTR") referut fir-Regolament proviżorju ikkonċerna biss il-miżuri varji ta' ristrutturar imposti mill-GOK b'reazzjoni mal-kriżi finanzjarja tal-1997. (117) il-Hynix u il-BCH argumentaw ukoll li banek l-oħrajn (Il-Bank Industriali tal-Korea ("BIK"), il-Bank Seoul, il-Bank Kwangju u l-Bank Kyongam) li fihom il-GOK kellu ammont t' ishma sostanzjali, m kienux ippartċipaw fil-pakkett ta' Ottubru 2001, u dan juri li il-GOK ma indaħalx fl-attivitajiet tan-negozju ta' xi wieħed mill-banek involuti. (118) Il-FNKA argumentat li hija kien ġiet iffurmata għall-iskop li ttejjeb l-istatus tal-kwalitajiet ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-ħajjiet tal-bdiewa. Il-KKAE bħala l-investutur preferut ma kellhiex permess skond il-liġi li tipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjoni tal-FNKA. Bħala tali, il-mandatt tagħha ma kienx jinkludi l-implementazzjoni tal-miri tal-istrateġija pubblika. (119) Citibank Seoul ċaħad li huwa kien b'xi mod affiljat mal-GOK u spjega li huwa ipparteċipa fil-miżuri investigati solament fis-segwiment ta' l-interessi kummerċjali tiegħu. (ii) Studju tal-Kummenti (120) Huwa innutat li diġa kien proviżjonalment konkluż fuq il-bażi tal-prinċipji elenkati fit-reċiti 10 sa 14 ta' hawn fuq, li il-BKI huwa korp pubbliku. F'dak li jirrigwardja il-banek l-oħrajn, dawn ma nstabux li kienu korpi pubbliċi imma nstabu li kellhom direzzjoni mill-GOK li jwettqu il-miżuri f'dan il-każ. (121) F'termini tal-wiri ta' direzzjoni, il-fatt li il-GOK kien l-uniku jew dak li kellu akbar parti ta' l-ishma f'uħud mill-banek, huwa punt importanti li jeħtieġ li jkun meqjus fl-istudju tas-sitwazzjoni. L-ammont ta' ishma kif miżmuma mill-GOK, jew minn investituri oħrajn, jiddetermina il-medda ta' kemm dawn ikunu jistgħu jinfluwenzaw il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet kif stabbilit fil-liġi tal-kumpaniji u l-artikoli ta' l-assoċċjazzjoni tal-kumpanija ikkonċernata. F'dan ir-rigward huwa importanti li ssir referenza għad-Digriet Nru 408 tal-Prim Ministru Korean, adottat f'Novembru 2001 li indirizza ir-responsabbiltajiet ta' l-amministrazzjoni fil-kumpaniji li fihom il-gvern kellu l-ishma. Għalkemm l-Artikolu 6 tad-Digriet jemfasizza l-importanza li tali kumpaniji jitħallew jamministraw lilhom infushom, kien kruċjali li l-Istat jitħalla li jkwettaq id-drittijiet sħaħ tiegħu bħala siehem fl-ishma. (122) L-informazzjoni kif irreġistrata tindika wkoll li l-Istat, bħala dak li kellu l-akbar ammont ta' ishma, jistgħa jaħtar id-diretturi ta' l-istutuzzjonijiet finanzjarji. Bġala tali, il-GOK regolarment jinnomina jew ikollu influenza fil-għażla ta' CEO u ta' membri oħrajn ta' l-amministrazzjoni tal-bank [53]. Permezz tal-qawwa tal-voti tiegħu, il-GOK huwa għalhekk f'pożizjoni li jinfluwenza l-operazzjonijiet tal-BKK, Woori u BCH, fejn huwa għandu l-akbar ammont ta' ishma. Per eżempju, informazzjoni kif irreġistrata tindika li l-Istat influwenza d-deċiżjoni li jindel il-CEO ta' BKK bħala segwiment tar-riżultat fqir fl-imġieba ma Hynix u ċerti kumpaniji tal-karti ta' kreditu [54]. (123) Aktar minn hekk, għandu jkun innotat li r-Regolament proviżjoni m straħx biss fuq l-ammont ta' ishma tal-GOK sabiex jagħti provi ta' direzzjoni. Ir-reċiti 88 sa 98 tar-Regolament bażiku jistspjegaw b'mod estensiv f'dak li jirrigwardja kull bank, ir-raġunijiet li permezz tagħhom kien instgħab li il-GOK kien eżerċita direzzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' Ottubru 2001. B'żieda ma l-ispjegazzjonijiet ipprovduti fir-Regolament proviżorju, dawn is-sejbiet isa huma aktar imsaħħa b'informazzjoni addizzjonali, li uħur minnhom kienu wasslu wara l-publikazzjoni tal-miżuri proviżorji. (124) Kif spjegat fir-rċiti 32, 42 u 43, ir-reġistrazzjoni tal-fatti fihom evidenza li il-GOK kien ta struzzjonijiet diretti lill-istituzzjonijiet finanzjarji li jikkonċernaw uħud mill-miżuri fl-investigazzjoni. Din l-informazzjoni tindika wkoll li il-SSF kien involut fil-miżuri. Ir-registrazzjoni tal-fatti tindika wkoll li l-GOK ġagħal bil-fors dawn l-istituzzjonijiet li jipparteċipaw f'uħud mill-miżuri bit-theddid li jimpedixxi l-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom [55]. Huwa innotat li il-Kummissjoni kienet f'diversi okkażżjonijiet talbet kemm lill-GOK u lill-banek ikkonċernati dwar tali involviment, b'dana kollu il-partijiet kollha kienu konsistentament jiċħdu li kien hemm xi involviment mill-Istat b'relazzjoni mal-miżuri f'dan il-każ. (125) Fit-3 ta' Awissu 2001, żmien qasir qabel il-miżuri ta' Ottubru 2001, id-Deputat Prim Ministru Korean stqarr f'laqgħa ta' seminar ta' l-Assoċċjazzjoni ta' l-Edituri tal-Gażżetti u tax-Xandir, li fil-każ li il-grupp ta' kredituri ma kienx ikun jista jirrisolvi il-kwistjoni ta' Hynix, il-GOK kien jidħol hu sabiex jieħu deċiżjoni mħaffa. Jekk il-grupp ta' kredituri ma setgħux jieħdu deċiżjoni dwar finanzjament addizzjonali għal Hynix, l-awtoritajiet finanzjarji għandhom jiddeċiedu. (126) Rigward l-argument tal-BKK li il-GOK m'għandu l-ebda dritt legali jew kontrattwali li jinfluwenza id-deċiżjonijiet kummerċjali tiegħu, huwa innotat li s-sejbiet fir-Regolament proviżorju dwar id-direzzjoni tal-GOK ma kienux ibbażati fuq tali drittijiet kontrattwali jew legali. Is-sejbiet dwar dan il-punt fittxu li juru kif il-GOK kien jista jutilizza il-poter tiegħu li jidderieġi lill-BKK b'mezz aktar sottili, per eżempju permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala is-sieħeb ewlieni fl-ishma. Aktar minn hekk, il-konklużjonijiet preliminari dwar dan il-punt huma msaħħa b'evidenza ġdida li wasslet wara il-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju meta il-Ministri GOK intervenew sabiex jagħtu struzzjonijiet lill-BKK b'relazzjoni ma uħud mill-miżuri investigati – ara r-reċiti 32, 42 u 43. (127) F'dak li jirigwardja il-SSF u il-KSF, evidenza akkwistat sa mill-miżuri proviżorji turi wkoll li il-SSF kien involut fid-deċiżjonijiet dwar il-miżuri li jipprovdu finanzjament lill-Hynix, e.g. l-ittra mill-Ministri Koreani lill-BKK referuta fir-Reċita 126 ta' hawn fuq. F'dak li jirrigwardja r-rwol tal-SSF/KSF fit-twettieq ta' l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħhom b'relazzjoni mar-ristrutturar kurrenti tl-BKK, l-evidenza kif irreġistrata turi li l-KSF approva l-estenzjoni tal-limiti tas-self tal-BKK, fatt li jmur kuntrarju tal-pjan ta' ristruzzurazzjoni li jitlob għal tbaqqis fl-esposizzjoni eċċessiva ta' kreditu lill-Hynix. Aktar minn hekk, il-kontijiet finanzjarji tal-BKK fihom ammont konsiderevoli ta' skambju ta' dejn-lejn-titoli ta' Hynix li ma kienux inklużi fil-kalkolazzjoni tat-telf fuq is-self bl-inkwiet. Konsegwentament, il-kummenti tal-BKK dwar ir-Regolament proviżorju ma ipprovdew l-ebda evidenza sostanzjali ġdida li tkun tibdel l-istudju elenkat fir-reċiti 90 u 91 tar-Regolment proviżorju. Dawn il-konklużjonijiet huma għalhekk ikkonfermati. (128) F'dak li jirigwardja il-FNKA, ir-reċiti 96 sa 98 tar-Regolament proviżorju spjegaw il-bażi li permezz tagħhom kien ġie proviżjonalment konkluż li il-FNKA kellha direzzjoni mill-GOK sabiex tipparteċipa fil-miżuri ta' Ottubru 2001. Anki għalkemm il-għamla ta' FNKA bħala koperattiva hija rikonoxxuta bis-sħis, il-miri koperattivi tagħha għat-tittjib tal-istatus tal-ħajja u l-kwalità ekonomika, soċjali u kulturali tal-bdiewa huma wkoll l-għanijiet ta' strateġija ekonomika bħala sostenn ta' l-agrikoltura. Huwa wkoll innotat li il-FNKA hija amministrata b'mod konġunt mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Ekonomija u mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Foresterija. Din għandha funzjonijiet speċjalizzati bħala bank ta' strateġija agrikola, bħal ma hija l-implementazzjoni tal-politika agrikola tal-Korea u l-provvediment ta' fondi tal-GOK għas-settur agrikolu. Il-Liġi tal-Koperattiva Agrikola il-ġdida ta' Awissu 1999 tipprovdi għal għotjiet/appoġġ mill-GOK meta dan ikun meħtieġ (l-Artikolu 9), tippermetti lill-GOK li jkollu sehem b'titoli (l-Artikoli 147 da 151) u jawtorizza lill-FNKA li toħroġ Kambjali Finanzjarji Agrikoli u teħtieġ lill-GOK li jigarantixxi tali ħruġ (l-Artikoli 153 u 156). Ir-ratar ta' kreditu kifmogħti minn FNKA lill-Hynix fil-waqt tal-miżuri, iġiefiri 8 [56], ma kienux jiġġustifikae l-għoti ta' aktar finanżjament lill-Hynix. Il-kummenti tal-FNKA dwar ir-Regolament proviżorju ma ipprovdew l-ebda evidenza sostanzjali ġdida li tkun tibdel l-istudju elenkat fir-reċiti 96 u 98 tar-Regolment proviżorju. Dawn il-konklużjonijiet huma għalhekk ikkonfermati. (129) F'dak li jirigwardja il-Bank Woori u il-BCH [57], ir-reċiti 88 u 89 tar-Regolament proviżorju spjegaw il-bażi li permezz tagħhom kien ġie proviżjonalment konkluż li il-Bank Woori u il-BCH kellhom direzzjoni mill-GOK sabiex jipparteċipaw fil-miżuri ta' Ottubru 2001 [58]. Dawn il-konklużjonijiet dwar id-direzzjoni huma enforzati bl-informazzjoni akkwistat wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżjoni kif referutui fir-reċiti 91 sa 94, 124 u 125. Il-Bank Woori u il-BCH ma fornew l-ebda evidenza ġdida fil-kummenti tagħhom li setgħet tibdel il-konklużjoni tal-Kummissjoni kif elenkata fi-rċiti 88 u 89 tar-Regolament proviżorju. Dawn il-konklużjonijiet huma għalhekk ikkonfermati. (130) F'dak li jirrigwardja lill-Citibank, kif spjegat fir-reċiti 93 u 95 tar-Regolament proviżorju, dan naqas milli jikkopera bis-sħiħ ma l-investigazzjoni. F'dan iċ-ċirkotanzi, is-sejbiet f'dak li jirrigwardja l-involvimnt tiegħu f'dan il-pakkett finanzjarju għall-Hynix kien ġie stabbilit bi qbil ma l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, i.e. fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. (131) Fit-terminu tar-rwol tiegħu bħala ewlieni f'din l-investigazzjoni, għandu jkun innutat li in-nuqas ta' koperazzjoni tal-Citibank, fixkel li informazzjoni fiduċjuża tkun akkwistata dwar il-funzjonijiet u l-prattiċi preċiżi tal-Citibank b'relazzjoni mal-pakkett finanzjarju mogħti lil Hynix. Għalhekk, l-istqarrijiet tal-Citibank li huma kienx jaġixxi taħt id-direzzjoni tal-GOK ma tistgħax tkun verifikata permezz tar-reazzjoni xierqa għall-kwestjonarju u ż-żjara sussegwenti tal-verifika. L-istess huwa applikabbli għall-prattiċi tas-self tal-Citibank. Għandu jkun innutat li n-nuqqas ta' Citibank milli jikkopera, sinfikament impediet l-investigazzjoni, mhux sempliċement fl-identifikazzjoni tal-funzjonijiet preċiżi ta' Citibank b'relazzjoni mar-rwol tiegħu bħala sellief, imma wkoll fir-rigward tar-rwol tiegħu bħala konsulent finanzjarju ta' Hynix. Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni, l-istatus vera tal-Citibank fir-rigward ta' Hynix u in-natura u l-intensità tar-relazzjoni globali tiegħu mal-GOK tibqa mhux magħrufha. L-importanza tal-koperazzjoni u ż-żjarat ta' verifika hija murija bil-fatt li f'dak li jirigwardja uħud mill-banek l-oħrajn involuti fil-każ, kienet il-koperazzjoni tajba u l-verifika li kienu strumentali sabiex jippermettu konklużjonijiet definittivi li jseħħu fir-rigward tar-relazzjonijiet bejniethom, Hynix u l-GOK. Dak li l-investigazzjoni kienet, b'dana kollu, uriet, minħabba l-informazzjoni mogħtija minn partijiet oħrajn, huwa li Citibank kien il-figura ċentrali fid-diskussjonijiet bejn GOK, Hynix u l-partijiet l-oħrajn involuti fil-każ. Fil-fatt, Hynix stqarr li Citibank m'għandux jikkopera fl-investigazzjoni minħabba li "tali żvelar jista jikxef informazzjonali relatata man-nefqa, il-finanzi jew il-kontijiet ta' Hynix". Huwa mfakkar li l-KOK kellu l-maġġoranza tal-ishma ta' Hynix permezz tal-banek mtul din l-investigazzjoni. (132) F'dawn iċ-ċirkostanzi, is-sejbiet finali kellhom ikunu ibbażati fuq il-fatti disponibli f'dak li jirrigwardja jekk Citibank bħala sellief aġġixiex skond id-direzzjoni tal-GOK u jekk il-benefiċċju għal Hynix kienx simili għall-kontribuzzjoni finanzjarja sħiħa magħmula minn Citibank lejn Hynix. F'dan ir-rigward, mhux imħaqaq li kuntrarju tal-parteċipanti l-oħrajn f'dan il-miżuri, l-ewwel intervent ta' Citibank bħala kreditur ta' Hynix kien f'Jannar 2001 meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix kienet diġa ħażina biż-żejjed li tgerrex xi bank ġdid milli jkun finanzjarjament involut. Ir-ratar innifsu minn Citibank dwar Hynix f'Ottubru 2001 kien D "dubbjuż". B'dana kollu, Citibank ipprovda il-finanzi lill-Hynix. Citibank kien mitlub li jixpjega l-istrateġija generali tiegħu rigward is-self u jekk kienx normali li huma jipprovdi il-finanzjament lejn kumpaniji dubbjużi. Kif diġa spjegat, Citibank ma ipprovda l-ebda dettalji li kieni jispjegaw il-motivazzjoni tiegħu fil-parteċipazzjoni tal-miżuri investigati. (133) Rogward id-direzzjoni mill-GOK, informazzjoni kif irreġistrata tindika li kien hemm rabtiet konsiderevoli bejn il-GOK, Hynix u Citibank. Għall-GOK u l-Citibank dawn kienu jmorru lil hinn mis-self investigat. Tali rabtiet jistgħu ikunu interpretatati b'żewġ metodi. L-ewwel, dawn jistgħu ikunu interpretati bħala li jindikaw li Citibank seta ben tajjeb kellu raġunijiet kummerċjali sabiex jipprovdi l-finanzjament lill-Hynix, jew kif allegat minn waħda mill-partijiet, dawn setgħu ikunu interpretatati bħala li jqiegħdu lill-Citibank f'pożizzjoni vulnerabbli fir-rigward tad-direzzjoni mill-GOK. Minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni ma kienx possibbli li jkun stabbilit jekk Citibank kienx aġixxa b'xi ġgħil b'saħħa jew jekk dan kienx skond il-prattika normali tax-xogħol tagħhom. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li r-raġuni għal nuqas ta' koperazzjoni kienet sabiex ikun ipprevenut aċċess għad-dettalji tal-ispejjeż, il-finanzjament u l-kontijiet ta' Hynix. Fin-nuqas ta' spjegazzjoni oħra, dan jista, raġjonevolemt, ikun meqjus bħala indikazzjoni li dawn id-dettalji fil-pusses ta' Citibank jinkludu informazzjoni li tiżvela li ma kien hemm l-ebda rġunijiet kummerċjali għall-provvediment tal-finanzjament f'dan il-każ, u li l-finanzjament kien ipprovvdut minħabba d-direzzjoni tal-GOK. Din ir-raġuni hija wkoll dik kif suġġerita minn dak li kien ressaq l-ilment. B'żieda, kif spejat fir-Reċita 94 tar-Regolament bażiku, Citibank kien kellu relazzjoni mhux normali fil-qrib u simbolika tal-GOK sa mill-1967, meta huwa kien awtorizzat li jopera fil-Korea. Din ir-relazzjoni mill-qrib bejn GOK u Citibank hija attestata bir-rwol kif eżerċitat minn Citibank fl-għanjuna lill-GOK sabiex ikun jista joħroġ mill-kriżi finanzjarja Koreana tal-1997. Citibank kien mexxa, u wettaq b'suċċess, ir-ristrutturar tad-dejn tal-bank tal-Korea għal total ta' 21.75 biljun USD matul il-1998. Aktar minn hekk, Citibank għin lil-GOK u lill-istituzzjonijiet relatati mal-gvern sabiex ikollhom aċċess għas-swieq kapitali matul il-kriżi finanzjarja Koreana billi b'suċċess kien sponsorja l-offerta globali ta' kambjali għal 4 biljun USD. Dawn il-fatti kollha jikkonfermaw li Citibank kellu relazzjoni ferm mill-qrib mal-GOK. Fuq il-bażi ta' dawn il-fatti, u ċ-ċaħda ta' Citibank li jippermetti aċċess għall-informazzjoni li kienet fil-pussess tiegħu, u fin-nuqqas ta' evidenza verifikabbli oħra li tkun disponibbli, il-konklużjoni li għandha ssir bi qbil ma l-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku hija li il-GOK kien involut u ta direzzjoni lil Citibank sabiex jipprovvdi il-finanzjament f'dan il-każ. (134) Fir-rigward ta' l-argument li mhux il-banek kollha li fihom il-GOK kellhu ishma sostanzjali kienu ipparteċipaw fil-miżuri ta' Ottubru 2001 u li dan kienu iwarraq il-prova li kien hemm xi direzzjoni mill-GOK, huwa innutat li l-Bank Kwangju u l-Bank Kyongm kienu applik li jingħaqdu fil-Woori Financial Holding fil-waqt ta' dawn il-miżuri. Minħabba li l-Bank Woori kien diġa wieħed mill-banek ewlenija kredituri fir-ristruturrar ta' Ottubru 2001, huwa rikonoxxut li ma kienx meħtieġ għall-Banek Kwangju u Kyongam li jipparteċipaw separatament fil-miżuri. L-istess sitwazzjoni hija applikabbli għal Bank Seoul, li il-GOK kien qiegħed jippjana li jbiegħ lill-Bank Hana bħala segwiment tar-rakkommandazzjonijiet tal-IMF. B'antiċipu ta' dan il-bejgh, żieda fis-self spekulattiv fuq il-kotba tal Bank Seoul ma kienx ikun jidher bħala ta' benefiċċju. (135) F'dak li jirrigwardja lill-BIK, huwa innotat li BIK huwa bank speċjalizat li l-mandatt tiegħu huwa li jkabbar l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju. L-operazzjonijiet tiegħu huma iggarantiti mill-GOK. Billi jestedndi aktar self lejn Hynix, BIK kien ikunu jeċċedi il-mandatt tiegħu b'mod ferm apparenti hekk li kien ikun estremament diffiċli li jkun iġġustifikat. Fil-fatt, bl-għoti tal-faċilità D/A u l-parteċipazzjoni fix-xiri tal-KK f'dak li jirrigwardja il-Hynix, BIK kien diġa kiser il-mandatt tiegħu u aktar esposizzjoni ma kumpanija kbira f'diffikultajiet ma kienx ikun skond il-miri tal-istrateġija tiegħu. (ċ) Benefiċċju konferit bil-miżura (136) Il-BKK, il-Bank Woori, il-BCH, in-FNKA u Citibank Seoul kollha argumentawli huma kienu ipparteċipaw fil-pakkett ta' Ottubru 2001 minħabba li riedu li jkabbru ir-rata tal-irkupru tagħhom għas-self li diġa kien mogħti lill-Hynix. Huwa ikkonsidraw li l-valur ta' Hynix bħala kumpanija operattiva kien ikun għola milli bil-valur ta' likwidazzjoni immedjata. Huma argumentaw li l-parteċipazzjoni tagħhom fil-pakketta ta' Ottubru 2001 kienet iddeterminata fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta' kreditu ta' Hynix, kif sostnuta bl-analiżi minn konsulenti barranin. Għandu jkun innotat, b'dana kollu, li Hynix irrifjutat li tipprovdi kopja ta' l-analiżi għad-determinazzjoni tal-valur tal-likwidazzjoni fuq il-bażi li din kienet konfidenzali. Konsegwentament, ma kienx possibbli li jkun hemm aċċess għall-merita tagħha u, għalhekk, is-sejbiet finali f'dan ir-rigward kellhom ikunu determinati bi qbil ma l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. (137) Huwa innutat ukoll li l-pożizzjoni tad-deċiżjoni ta' dawn il-banek li jipparteċipaw fil-miżuri ma kienetx konsistenti mal-valutazzjoni tagħhom stess dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Hynix, u partikolarment mar-rata ta' kreditu li hum stes kienu tawha. Il-banek f'dan il-każ taw rata lill-Hynix fiż-żmien tal-miżuri ta' bejn "prekazzjonarja" u "dubjuża". L-ebda spjegazzjoni ma kienet ipprovdutadwar il-għala, minkejja s-sitwazzjoni ferm kritikata' Hynix, huma xorta waħda iddeċidew li jkomplu bl-appoġġ finanzjarju. (138) Huwa innotat li l-banek independenti li joperaw skond il-prinċipji tas-suq huma meħtieġa mis-soċji tagħhom li jettqa valutazzjoni dwar il-probabbilità tar-rifużjoni tas-self li hum jagħmlu u li jwettqu d-deċiżjonijiet tagħhom li jagħtu jew le dawn is-self fuq tali bażi. Tali banek huma meħtieġa li jsegwu l-objettiv tal-kriterja tas-self u għandhom iwieġbu lis-soċji meta jirriżulta xi telf, bħl ma kien il-każ fis-self lejn Hynix. Fir-rigward tal-banek li ipparteċipaw fil-miżuri ta' Ottubru 2001, dan jista għalhekk ikun spejgat biss bil-fatt li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet kienu mħarsa minn dawn ikl-konsegwenzi minħabba l-livell għoli ta' propjeta mill-GOK u l-kontroll fattwali tad-deċiżjonijiet tas-self. Għandu jkun aktar innotat li l-argument li jiddefendi l-meriti ta' self kontinwu lejn kumpanija b'dejn qawwi huwa partikolarment diffiċli li jkun iġġustifikat meta jkun meqjus li l-banek kienu f'dak iż-żmien jagħmlu skambju ta' dejn ma titoli, jipprovdu finanzjament ġdid u wkoll iżidu il-provvedimenti kontra t-telf minħabba s-self lejn Hynix. Dan kien ibażat fuq l-esperjenza tagħhom matul il-2001, met Hynix ma kienetx ħallset mid-dejn tagħha, kif inhuwa spjegat fir-Reċita 88. Dan jindika kjarament li l-banek, għalkemm konxji li huma ma kienux sejrin jirkupraw il-fondi tagħhom, xorta kompew jipprovduhom. Dana mhux skond il-prattiċi tas-self ibażati fuq konsiderazzjonijiet kummerċjali. (139) Hynix u l-GOK argumentaw li r-rata ta' jreditu ta' Hynix ta' "mankanza selettiva" kien biss bħala konsegwenza tal-programm ta' ristrutturar u ma kellhomx ikunu meqjusa mill-banek. (140) Dan l-argument ma jidhirx li kellu xi bażi fil-fatt. Mhux raġjonevoli li jkun hemm insistament li r-rata ta'kreditu tad-ditta mhix il-fattur determinanti għal investituri potenzali. Aktar minn hekk, ir-rata innifisha hija aktar importanti milli mir-raġunijiet dwarha. Xi investitur potenzali li kien jippjana li jinvesti f'kumpanija għandu jeżamina ir-ratar tagħha. B'żieda, skond il-loġika kif argumentata minn Hynix, ir-ratar ta' Hynix kellu jkun miżjud wara li kienu twettqu l-miżuri ta' ristruttur ta' Ottubru 2001. Qatt ma kien, b'dana kollu, u jibqa fi "mankanza selettiva". Dan xorta jibqa il-każ illum. Kjarament l-aġenziji ta' ratar ikkonsidraw is-sitwazzjoni sħiħa t' Hynix u l-investituri li joperaw skond il-kondizzjonijiet tas-suq kellhom, jew għandhom ikunu, meqjusa fir-ratar ta' kreditu applikat fuq Hynix fiż-żmien tal-miżuri ta' Ottubru 2001. (d) Il-kalkolu tas-sussidju (i) Il-kummenti tal-partijiet u l-istudju tal-kummenti (141) F'dak li jirrigwardja il-kalkolazzjoni tas-sussidju, Hynix ressqet ħames punti fil-kummenti tagħha. L-ewwel, Hynix argumentat li l-iskambju ta' dejn ma titoli m'għandux ikun inkluż fil-kalkolazzjoni tas-sussidju. B'żieda, l-ammont tal-kambju ta' dejn ma titoli ta' 2,994 triljun KRW inkluda is-self tal-15 il-bank kollha, mhux biss is-self tas-sitt banek misjuba li kienu ipprovdew sussidju. Għalhekk, is-seħem tal-banek li ma ipprovdewx susidju għandu jkun imnaqas mill-ammont totali tal-iskambju ta' dejn mat-titoli. Dan il-punt kien ukoll imqajjem mill-GOK u mill-Bank Shinhan. (142) Wara il-verifika ta' dan il-punt, kien konkluż li l-ishma ta' dawk il-banek li ma ipparteċipawx fil-miżuri ta' l-Għażla 1 għandhom fil-fatt ikunu mnaqqsa. Skond l-informazzjoni fif irreġistrata, l-ammont li għandu jkun imnaqas huwa ta' 511 biljun KRW. L-ammont totali ta' skambju dejn ma titoli meqjus bħala sussidju kien ikkorreġut għalhekk għal 2,483 triljun KRW. (143) It-tieni punt imqajjem minn Hynix huwa li l-volum ta' l-estenzjonijiet ta' maturitajiet u tnaqqis tar-rati ta' l-imgħax, 1,586 triljun KRW, mhux korrett, la darba dan jinkludi l-allegat dejn maħfur u t-tnaqis tar-rata ta' l-imgħax tal-banek li ma kienux misjuba li ipprovdew sussidju. L-ishma ta' dawn il-banek għandhu għalhekk ikun imnaqqas mill-ammont totali. Dan il-punt kien ukoll imqajjem mill-Bank Shinhan. (14) Huwa innotat li żball kien seħħ dwar dan il-punt fil-kalkolazzjoni tas-sussidju. Skond l-informazzjoni kif irreġistrata, l-ammont ta' self suġġett għall-estenzjoni ta' maturità kien 1,825 triljun KRW. (145) It-tielet, Hynix argumentaw li l-metodu ta' l-allokazzjoni tas-sussidju ma kienx korrett. La darba il-pakkett ta' Ottubru 2001 irrefera biss għall-aħħar tlett xhur tal-2001, dan għandu jkun meqjus meta jkun allokat il-benefiċju matul iż-żmien. (146) Is-sussidju mogħti lill-Hynix fil-kuntest tal-pakkett ta' Ottubru 2001 ma kienx sussidju rikorrenti. L-ammont ta' sussidju suġġett għal effett bil-kuntrarju għandu jkun ikkalkolat permezz ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Bażiku billi jkun allokat l-ammont ta' sussidju matul il-perijodu ta' żmien li jirrifletti il-ħajja normali ta' l-asi ta' l-industria ikonċernata. Skond il-punt F(a)(ii) tal-Lindi ta' Gwida, l-allokazzjoni għandha ssir bil-metodu ta' linja dritta, li jiriżulta f'porzjonijiet egwali ta' sussidju li jidħlu għal kull sena, li waħda minnhom hija il-perijodu ta' l-investigazzjoni. (147) Il-metodu irrakkomandat minn Hynix mhux raġjonevoli, minħaba li dan ikun artifiċjalment inaqas il-benefiċċju konfeit bis-sussidju. Jekk l-ammont ta' sussidju kien allokat mill-bidu ta' Ottubru 201 il-quddiem, id-dazju kien ikun fis-seħħ għal perijodu itwal ta' żmien milli meta huwa ikkalkolat permezz tal-metodu tal-kalkolazzjoni normali stabbilit fil-Linji ta' Gwida, i.e. fil-bidu tal-perijodu ta' l-investigazzjoni. Il-metodu referut minn Hynix għandu wkoll iwassal għal sitwazzjoni li fiha kull wieħed u kull susidju li ma jkunx rikorrenti, mogħti matul il-perijodu ta' l-investigazzjoni, għandu jkollu il-perijodu individwali tiegħu dwar id-dazju ta' l-effett oppost. Dan kien ikun impossibli sabiex jiġi implementat. B'żieda, jekk in-numeratur - is-susidju - ikopri tlett xhur biss, id-denominatur - in-negozju totali ta' min jirċievih - ikun imnaqqas sabiex ikopri il-perijodu korresspondenti. F'dan il-każ, meqjus il-livell baxx ta' bejgħ f'termini ta' valur matul l-aħħar kwart tal-2001, dan kien jista ben sewwa li jżid ir-rata ad valorem tas-sussidju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda bażi għat-tibdil tal-metodu ta' l-allokazzjoni użata fir-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-konklużjonijiet elenkati fir-Reċita 108 tar-Regolament proviżorju dwar l-allokazzjoni ta' sussidju matul iż-żmien bis-saħħa tal-Linji ta' Gwida huma b'dan ikkonfermati. (148) Ir-raba' argument ta' Hynix kien li r-rata ta' imgħax miżjuda ma l-ammont ta' sussidju kienet ġiet ikkalkolata ħażin. Ir-rata ta' l-imgħax kellha biss tkun miżjuda f'dak li jirrigwardja l-aħħar tlett xhur tas-sena 2001, Ottubru sa Diċembru, la darba dan kien iż-żmien ta' meta il-benefiċċju kien disponibbli għal Hynix. (149) Ir-raġunar għaċ-ċaħda ta' l-argument ta' Hynix jikkonċerna l-allokazzjoni tas-sussidju matul is-snin fir-Reċita 147 huwa applikabbli wkoll hawnhekk. Il-metodu ta' l-allokazzjoni lineari iqassam egwalment il-benefiċċju għas-sussidji kollha mhux-rikorrenti li kienu akkwistati matul il-perijodu ta' l-investigazzjoni fuq numru ta' snin tal-perijodu ta' l-allokazzjoni. Ir-rata annwali ta' l-interess kummerċjali hija miżjuda ma dan l-ammont bis-saħħa tal-punt F(a)(ii) tal-Linji ta' Gwida, sabiex ikun hemm denominatur egwali għar-rata ta' l-imgħax dwar il-każi kollha. La darba is-susidju huwa allokat egwalment matul is-snin, ir-rata ta' l-imgħax issegwi l-istess metodu u rata ta' l-imgħax egwali hija ikkalkolata għall-porzjonijiet kollha ta' sussidju li jirriżulta mill-allokazzjoni. Kwalunkwe kwistjoni relatata maż-żmien ta' l-għotja matul il-perijodu ta' l-investigazzjoni hija ikumpensata bil-fatt li is-sussidju jkun allokal fuq il-bejgħ kollu ta' sena sabiex ikun iddeterminat l-ammont ta' sussidju. Minħabba dawn ir-raġunijiet, ma hemm l-ebda bażi għat-tibdil tal-metodu ta' l-kalkolazzjoni tar-rata ta' l-imgħax użata fir-Regolament proviżorju. Għalhekk, il-konklużjonijiet elenkati fir-Reċita 108 tar-Regolament proviżorju dwar il-kalkolazzjoni ta' l-imgħax bis-saħħa tal-Linji ta' Gwida huma b'dan ikkonfermati. (150) F'dak li jirigwardja l-ammont ta' sussidji suġġetti għal dazju b'effett oppost, Hynix argumentat li l-ammonti ta' sussidji għandhom ikunu allokati fuq in-negozjo globalai ikkonsolidat ta' Hynix minflok in-negozju totali ta' Hynix Semiconductor Inc., la darba is-susidji kienu ta' benefiċċi għal Hynix u s-susidjari tagħha kollha. (151) Il-prattika tal-Komunità Ewropea fl-investigazzjonijiet ta' kontra s-sussidjuhija li talloka is-sussidji fuq in-negozju globali tal-kumpanija investigata. Il-kumpanija hija definita bħala entità seperata tal-kontijiet. Dan huwa importanti, la darba l-investigazzjoni immirat is-sussidji mogħtija fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni li ibbenefikat lill prodott jew prodotti speċifiċi. Dik l-informazzji biss li hija relevanti għal dan il-prodott fil-pajjiż ta' l-esportazzjonili hija investigata u ivverifikata mill-awtoritajiet ta' l-investigazzjoni. Il-Komunità Ewropea ma tikkunsidrax in-negozju globali ikkonsolidat bħala bażi xierqa, la darba dan ma jkunx relatat mal-prodott ikkonċernat u ta' spiss jinkludi sussidjarji li jinsabu il-barra mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni li ma jkunx ġew investigati. Huwa innutat li fil-każ preżenti, is-sussidjari kollha ta' Hynix inklużi fin-negozju globali ikkonsolidat jinsabu il-barra mir-Repubblika tal-Korea. (152) Għal dawn ir-raġunijiet, l-ammont ta' sussidju għandu jkun allokat għan-negozju globali ta' Hynix u l-konklużjonijiet dwar dan il-punt fir-reċiti 67 u 108 tar-Regolament proviżorju huma b'hekk ikkonfermati. (ii) Sejbier finali dwar il-kalkolazzjoni tas-sussidju fil-miżuri ta' Ottubru 2001 Self ġdid (153) Fir-Reċita 105 tar-Regolament proviżorju, is-self ta' 658 biljun KRW kien proviżjonalment meqjus li huwa għotja bis-saħħa tas-Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida, la darba il-fornituri tas-self ma kienux jistennewli jirkupraw is-self fil-waqt li huma għamlu dan. Ir-rata tal-kreditu ta' Hynix f'Ottubru 2001 kien "mankanza selettiva", din kellha storja li ma kienetx ħalset l-ispejjeż tad-dejn matul il-2001 u ir-responsabbiltajiet tagħha kienu jeċċedu sitt darbiet il-kapital li kellha. Bi qbil ma l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, l-ebda sorsi alternattivi ta' finanzjament ma kienu disponibbli fis-suq u Hynix qatt ma anqas biss evoka tali possibbiltà matul il-proċedura. Permezz ta' dawn iċ-ċirkostanzi għandu jkun evidenti għall-banek ikkonċernati li huma kienux sejrin jirkupraw il-flejjes tagħhom. Il-benefiċċju għal Hynix u l-ammont ta' sussidju suġġett għal effett oppost huwa għalhekk l-ammont tas-self, 658 biljun KRW. Il-konklużjoni tar-Regolament proviżorju fir-Reċita 105 f'dak li jirigwardja l-ammont ta' sussidju suġġett għal dazju b'effett oppost huwa għalhekk ikkonfermat. Estenzjoni ta' maturitajiet u t-tnaqqis fir-rati ta' l-imgħax tas-self li jkun fadal (154) F'dak li jirrigwardja l-istudju tal-benefiċċju u l-ammont ta' susidju mogħti bit-teħid il-quddiem tad-dejn u l-estanzjonijiet tal-maturità, huwa l-ewwel nett innutat li skond l-informazzjoni kif irreġistrata, it-teħid il-quddiem ta' dejn, fil-Korea huwa meqjus bħala self ġdid. L-istudju tas-sitwazzjoni għandu għalhekk ikunu simili għal dak tal-każ ta' self ġdid. F'tali każi, is-sitwazzjoni tal-kumpanija u ta' l-istorja tal-pagamenti tagħha għandha tkun il-kriterja deċissiva. Jekk kien ovvju għall-bank fil-waqt tal-maturità ta' l-estenzjoni li huwa ma jkunx sejjer jirkupra is-self li jkun għamel, independentament mill-estenzjoni tal-maturità, is-self li huwa suġġett għall-estenzjoni tal-maturità għandu jkun meqjus bħala għotja, hekk kif ikun self ġdid skond l-istess kondizzjonijiet. (155) Fil-każ preżenti, il-maturitajiet ts-self kienu estiżi bi tlett snin. Kif spjegat fir-Reċita 107, is-sitwazzjoni ta' Hynix f'Ottubru 2001 kienet hekk allarmanti li ħadd mill-banek tas-self ma kellhom raġuni sabiex jemmnu li huma qatt setgħu jirkupraw il-flejjes tagħhom. Minħaba is-sitwazzjoni ferm kritika ta' Hynix, meqjusa l-estenzjonijiet tal-maturità bħala għotjiet jidher li għandu jkun il-metodu xieraq tal-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' sussidju. (156) Possibiltà oħra għall-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' sussidju tkun li jsir tqabbil tar-rata ta' l-imgħax li l-kumpanija attwalment tħallas għll-perijodu estiż tal-kreditu mar-rata li hija suppost tħallas fil-każ li tkun mogħtija estenzjoni tal-maturità. Huwa innotat li normalment ir-rata ta' l-imgħax tkun miżjuda jekk il-maturità tkun estiża. Din tirrefletti ir-riskju miżjud ta' min jislef u l-fatt li dan jeħtieġ li jkun ikkompnesat għall-għoti ta' l-estenzjoni. B'dana kollu, ir-raġuni il-għala dan il-metodu m kienx xieraq fil-każ preżenti huwa l-fatt li għal kumpaniji f'diffikultajiet serji, ma kemm l-ebda marka ta' punt ta' riferiment dwar ir-rata ta' l-imgħax: Min jislef huwa liberu li jitlob ir-rata ta' l-imgħax li huwa jrid fil-każ li jiddiedi li jestendi l-maturità lil dak it-tali li jisellef minflok li jesegwixxi id-dritt tal-maturità. Anki rati infiniti ta' imgħax jistgħu ikunu użati. (157) Fil-każ preżenti ir-rata ta' l-imgħax kienet imniżżla għal 6 % għas-self kollu suġġet għall-estenzjonijiet tal-maturità. Din kienet ferm baxxa, meta jkun meqjus partikolarment li s-self sindakat kien mogħti lill-Hynix f'Jannar 2001 meta din kellha ratar ta' BBB-, u kella rata ta' l-imgħax qrib it-13 %. Meta jkun meqjus il-fatt li f'Ottubru 2001 Hynix kienet ratata SD u li din hija prattika normali għall-banek kummerċjali li jżidu ir-rata ta' l-imgħax fil-każ ta' estenzjoni tal-maturità, jista jkun konkluż li dak li jislef, fuq bażi kummerċjali normali, setgħa ben tajjeb uża rata infinita tal-imgħax jekk xi darba kien jikkonsidra li jestendi il-maturità f'tali ċirkostanzi. Hynix ma kienx ikun jista isostni l-ispiża ta' tali rata ta' l-imgħax. La darba l-evidenza kollha kif irreistrata tindika li Hynix ma kellhien sorsi alternattivi ta' finanzjament fis-suq apparti milli l-miżuri ta' Ottubru 2001, l-ammont ta' self suġġett għall-estenzjoni tal-maturità, 1,825 triljun KRW, huwa meqjus bħala għotja skond l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku u s-Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida. Il-benefiċċju għal Hynix u l-ammont ta' sussidju suġġett għal effett oppost huwa għalhekk l-ammont tas-self suġġett għall-estenzjoni ta' maturità, 1,825 triljun KRW. (158) Huwa innotat li l-eżatezza ta' din il-konklużjoni hija ikkonfermata bl-okkorrenzi kif seħħew sussegwentament il-barra mill-perijodu ta' l-investigazzjoni, fil-2002. F'Ġunju 2002 BCH stabbilixxa riserva għal kontra t-telf ekwivalenti għal 80 % ta' l-esposizzjoni ta' Hynix u ippjana li jipprovdi kompletament dwar l-esposizzjoni tiegħu ma Hynix sat-tmiem tas-sena 2002 [59]. Banek kredituri oħrajn ta' Hynix ukoll żiedu ir-riservi tagħhom dwar is-self minn 80 % għal 100 % dwar il-self pendenti ta' Hynix, li kjarament jindika li s-self ta' Hynix ma kienx rikoverabbli [60]. Kawzjoni oħra ta' Hynix kien imwettqa f'Diċembru 2002, kemm xejn aktar minn sena wara il-miżuri ta' Ottubru 2001, ikkonfermat dawn il-previżjonijiet. Dejn ieħor ta' 1,9 triljun KRW kien skambjat f'titolu f'Diċembru 2002. Huwa innotat li l-ammont ta' dejn suġġett għall-estenzjoni tal-maturità f'Ottubru 2001 kważi jilħaq dan l-ammont, li huma 1,825 triljun KRW. Skambju ta' dejn ma titoli (159) Fir-rċita 105 tar-Regolament proviżorju, l-iskambju ta' dejn ma titolu kien konkluż sabiex ikun meqjus bħala għotja permezz tas-Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida, la sarba l-ebda investitur ma kien investa fl-ishma ta' Hynix fiż-żmien tal-miżuri. B'żieda, il-banek b'istruzzjoni mill-GOK kienu wkoll ħafru l-istes ammont tad-dejn pendenti ta' Hynix. (160) Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta' sussidju suġġett għal miżuri b'effett kuntrarju għandu jkun ikkalkolat fit-termini tal-benefiċċju mogħti lil-dak li jirċievih kif ikun misjub li jeżisti matul il-perijodu ta' l-investigazzjoni dwar is-sussidju. Huwa innotat li l-iskambju ta' dejn ma titoli kien immedjetament imdaħħal fil-kotba tal-kontijiet finanzjarji ta' Hynix, b'hekk iħassar ammont konsiderevoli tad-dejn tagħha. Huwa għalhekk raġjonevoli li jkun konkluż li l-benefiċċju lill-Hynix laħaq l-ammont sħiġ li bieh id-dejn kien imnaqqas. Is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha triebet immedjetament b'dak l-ammont, fatt li jista jkollu numru ta' konsegwenzi benefiċjarji, e.g. it-tneħħija tan-nefqa tas-sostenn tad-dejn u minflok tutilizza il-flus iffrankati għal użu bħala investimenti. L-istes huwa applikabbli anki jekk l-intervent tal-banek ikun jidher speċi ta' tip ta' infużjoni ta' titoli. Il-benefiċċju lill-Hynix huwa l-ammont kollu tal-kapital. (161) Apparti mill-kwestjoni tal-benefiċċju mogħti lill-Hynix b'din il-miżura, is-sitwazzjoni mill-punto di vista tal-banek li ittrasferew is-self tagħha f'titoli matul din it-tranżazzjoni għandha wkoll tkun analiżżata. Skond ir-Sezzjoni E(f)(i) u (ii) tal-Linji ta' Gwida, il-provvediment tal-gvern ta' kapital b'titoli mhux meqjus bħala li jikkonferixxi benefiċċju, sakemm id-deċiżjoni ta' l-investiment tista tkun meqjusa bħala inkonsistenti mal-prattika normali ta' l-investiment minn investituri privati li jkunu fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni ikkonċernat. Il-kritera dwar l-assessjar tal-benefiċċji hija jekk investitur privat kienx ipoġġi flusu fil-kumpanija fl-istes sitwazzjoni li fiha il-gvern kien ipprobdra t-titoli. (162) Huwa innotat li ir-ratar ta' Hynix kien f'mankanza selettiva u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kienet kritika. Aktar minn hekk, il-prezzijiet tad-DRAM kien waqa' ħafna minn Ġunju 2001 il-quddiem u f'Ottubru 2001 dawn kienu fl-anqas livell tagħhom bħal qatt qabel. Il-prezz ta' l-ishma ta' Hynix kien ikoll waqa' b'72 % minn Ġunju sa Settembru. Dan l-iżvilupp ftit qabel il-miżuri ta' Ottubru 2001 indika kjarament li l-investiment fl-ishma ta' Hynix kien estremament riskjuż u aktarx li jirriżulta f'telf konsiderevoli. Skond dawn iċ-ċirkostanzi, jista jkun konkluż li l-ebda investitut normal tas-suq ma kien jinvesti fl-ishma ta' Hynix matul Ottubru 2001. (163) Skond is-Sezzjoni E(f)(vii) tal-Linji ta' Gwida, il-kapital ipprovdut jista jkun meqjus bħala għotja meta jista jkun iddeterminat li il-gvern ma kellu l-ebda intenzjoni li jirċievi xi hwadann mill-investiment tiegħu u kien fil-fatt qiegħed jaħbi l-għotja lejn il-kumpanija f'dak il-każ. Fil-każ preżenti, il-banek bid-direzzjoni tal-GOK ħaffru ammont konsiderevoli mis-self pendenti tagħhom lejn Hynix, miżura meqjusa bħala għotja bis-saħħa ta' Sezzjoni E(b)(v) tal-Linji ta' Gwida. Din il-miżura ikkonferiet benefiċċju lil-Hynix li huwa egwali għall-ammont ta' self maħfur. Il-fatt li l-banek irċevew titoli b'din it-tranżazzjoni ma jibdilx dan l-assessjar, la darba meta jkunu meqjusa kemm it-sitwazzjoni tas-suq u s-sitwazzjoni ta' Hynix fil-waqt tal-miżura, l-ebda investitur ieġor ma kien jixtri l-ishma ta' Hynix u l-banek ma setgħux jistennew li jirċievu xi gwadann,ill;-investimenti tagħha skond dawn iċ-ċirkostanzi. (164) Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, l-ammont fl-iskambju ta' dejn ma titoli ipprovdut mill-banek skond id-direzzjoni tal-GOK huwa meqjus bħala għotja bis-saħħa ta' l-Sartikolu 6(a) u (b) tar-Regolament Bażiku u s-Sezzjonijiet E(f)(v) u (vii) tal-Linji ta' Gwida. Il-benefiċċju konferit fuq Hynix b'din il-miżura, u l-ammont ta' sussidju suġġett għal; dazju b'effett oppost, huwa l-ammont tal-iskambju dejn ma titoli ipprovdut mill-banek skond id-direzzjoni mill-GOK, 2,483 triljun KRW. (165) Huwa innotat li l-eżatezza ta' din il-konklużjoni hija ikkonfermata bl-okkorrenzi kif seħħew sussegwentament il-barra mill-perijodu ta' l-investigazzjoni, fil-2002. F'Diċembru 2002 il-banek kredituri ta' Hynix wettqu it-tielet kawzjoni tal-kumpanija fi żmien sentejn. Dawn il-miżuri jinkludu it-teħid il-quddiem ta' 3.2 triljun KRW ta' dejn u skambju ta' dejn ma titoli ta' 1.9 triljun KRW. Ir-responsabbiltajiet totali ta' Hynix kienu żdiedu għal aktar minn 7,9 triljun EDS minkejja iż-żewġ kawzjonijiet aktar kmieni. Il-pjan tat-tnaqqis tal-kapital għaqad kull 21 sehem f'sehem wieħed. Dan kien sar sabiex itaffi t-tħassir tal-kapital ta' madwar 22 triljun KRW li kien irriżulta mid-defiċit akkumulat u t-tnaqqis ta' l-ishma tal-kapital [61]. Il-banek jaċċennaw li huma diġa kienu warrbu riservi dwar it-telf mis-self ekwivalenti għal 80 % sa 100 % tas-self estiż lejn Hynix [62]. Din is-sitwazzjoni, u partikolarment il-magnitudini tat-tnaqqis tal-kapital bi 21:1m kjarament jindika li l-ishma ta' Hynix setgħu ikunu meqjusa bħala mingħaj valur u li l-investiment kien f'telf. (166) Il-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' susidju kien ġie revedut fuq il-bażi tal-kummenti tl-partijiet u skond l-informazzjoni ġdida li ħolqot tibdil fis-sejbiet proviżorji f'dak li jirrigwardja uħud mill-miżuri investigatai. Sabiex ikun evitat l-għadd doppju, dawk is-sussidji li kienu nklużi fil-miżuri ta' Ottubru 2001 issa ġew imnaqqsa minnhom. L-ammont nett ta' sussidju tal-miżuri ta' Ottubru 2001 huwa għalhekk 19,4 % ad valorem . Meta jkunu meqjusa wkoll il-konklużjonijiet fir-reċiti 47, 80 u 98, l-ammont totali ta' sussidju huwa kif ġej: Tip ta' sussudju | Estenzjoni D/A | BKI Programm ta' titoli ta' imgħax | Xiri tal-KK | Miżuri ta' Ottubru 2001 | TOTAL | | 5,1 % | 4,9 % | 5,4 % | 19,4 % | 34,8 % | E. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIA TAL-KOMUNITÀ (167) B'segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, l-ebda kummenti ma kienu waslu dwar id-definizzjoni ta' l-industria tal-Komunità kif mistqarra fir-reċiti 110 sa 111 tar-Regolament proviżorju. Huwa għalhekk ikkonfermat li iż-żewġ produtturi tal-Komunità li ikkoperaw fl-ilment jirrapreżentaw 100 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat matul il-PI u li dawn jikkostitwixxu l-industria tal-Komunità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku. F. DANNI 1. RIMARKI PRELIMINARJI (168) Kif elenkat fir-Reċita 115 tar-Regolament proviżorju, għal raġunijiet ta' kunfidenzalità, indiċi huma użati meta meħtieġ sabiex jindikaw l-evoluzzjoni tat-tendenzi. Bħala segwiment tal-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorji, Hynix ħaqqet li waqt li l-użu ta' indiċi sabiex ikunu deskritti d-dettalji hija ġustifikata għal raġunijiet ta' konfidenzalità, is-sempliċement żvelar fir-Regolament proviżorju ta' indiċi fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità ma kienx jippermetti lill-Hynix li jkollha aċċess għal grad suffiċċjenti ta' ċertezza dwar is-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità. Hynix kompliet targumenta li ma kien hemm l-ebda raġunijiet ta' konfidenzalità li ma jkunux żvelati il-figuri attwali ta' l-industria tal-Komunità, la darna l-industria tal-Komunità tikkomprendi żewġ kumpaniji. Huwa innotat li l-argument ta' Hynix kien ta' natura ġenerali, mingħajn ma jispeċifika liema informazzjoni hija pjuttost li kienet tirrevedi sabiex tkun tista tassesja s-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità. (169) B'dana kollu, l-Artikolu 29(5) tar-Regolament bażiku jipprojbixxi l-iżvelar ta' l-informazzjoni li dwarha trattamenu konfidenzali jkun ġie mitlub u raġuni ġusta tkun murija dwar tali trattament. Aktar minn hekk, l darba is-suq tad-DRAM fil-Komunità huwa ferm ikkonċentrat li ftit ħafna produtturi li jikkontrollaw is-suq, huwa faċli għal Hynix li tikkonkludi xi figuri kumulattivi żvelati lilha sabiex takkwista fthim eżatt ta' l-informazzjoni konfidenzali tan-negozju taż-żewġ produtturi tal-Komunità li jiffurmaw l-industria tal-Komunità. Tali informazzjoni għalhekk tkun ta' valur kummerċjali kbir għal Hynix u t-tgħarif tiegħu minn partijiet terzi jista jkun ta' danni għall-industria tal-Komunità. Finalment, l-użu ta' indiċi sabiex tkun murija l-iżvilupp ta' l-indikaturi tad-danni matul iż-żmien hija xierqa fis-suq li fih hemm biss żewġ produtturi. Dawn l-indiċi jippermettu lill-Hynix, fuq il-bażi ta' l-għerf tagħha dwar is-suq tal-Komunità u ta' l-informazzjoni imqiegħda fil-file disponibli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li jwettqu analiżi eżatta ta' l-informazzjoni ipprovduta u li tiddetermina bi grad suffiċjenti ta' ċertezza is-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità. Għalhekk, huwa meqjus li t-talba ta' Hynix f'dan ir-rigward mhix ġustifikata u għalhekk hija miċħudha. (170) L-ebda kummenti ma kienu wasslu dwar ir-rimarki preliminarji kif elenkati fir-reċiti 112 sa 115 tar-Regolament proviżjonju. Dawk ir-rimarki preliminarji huma b'hekk ikkonfermati. 2. IL-KONSUM TAL-KOMUNITÀ (171) Il-figura totali dwar il-konsum tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat taqbel ma l-importazzjoni totali flimkien mal-bejgħ kollu fil-Komunità kif prodott mill-industria tal-Komunità. (172) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida, is-sejbiet proviżorji li jikkonċernaw il-konsum tal-Komunità kif deskritt fir-Reċita 117 tar-Regolament proviżjoni huma b'hekk ikkonfermati. Matul il-perjodu li huwa involut fil-konsiderazzjoni, il-konsum tal-Komunità ta' DRAM żjien bi 316 %, kif ġej: Konsum fi '000 Mbits | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 (PI) | DRAM | 16593400 | 28961100 | 45873600 | 68967600 | Indiċi | 100 | 175 | 276 | 416 | 3. IMPORTAZZJONI TAL-PRODOTT IKKONĊERNAT ĠEWWA IL-KOMUNITÀ (a) Il-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea (173) Bħala segwiment tal-pubblikazzjoni tar-Regolament poviżorju, Hynix insistiet li l-importazzjonijiet tagħha bħala volum tal-prodott ikkonċernat espress fi '000 Mbits żdied b'rata ferm aktar bil-mod milli kien deskritt fir-Reċita 118 tar-Regolament proviżorju. Hynix argumentat li l-importazzjoni u s-sehem tas-suq (ara hawn taħt) għandu jkun ibbażat fuq il-bejgħ totali tas-sussidjaraji tagħha fil-Komunità (bejgħ mill-ġdid) tal-prodott ikkonċernat lejn klienti mhux relatati fil-Komunità matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni u mhux fuq il-volum ta' l-importazzjoni tagħha ta' DRAM prodotti fil-Korea. Huwa innotat li dawn il-bejgħ mill-ġdid kif rapportati minn Hynix kienu sinifikament għola (sa 60 %) milli mil-importazzjoni attwali ukoll rapportata minn Hyni matul l-ewwel sentejn tal-periijodu tal-konsiderazzjoni. L-ebda spjegazzjoni sodisfaċenti ma kienet mogħtija għal din id-diskrepanza kbira. Huwa meqjus li l-importazzjoni għandha tinkludi il-bejgħ kollu ta' DRAM prodotti minn Hynix fil-Korea u mibjugħa lejn is-sussidjrji tagħja fil-Komunità, flimkien ma xi bejgħ minuri lejn klienti mhux relatati ġewwa il-Komunità via pajjiż terz. (174) Hynix, bl-appoġġ tal-GOK, argumentat ukoll li, fl-istabbeliment tat-tendenza ta' l-importazzjoni tagħha ġewwa il-Komunità matul il-perihodu tal-konsiderazzjoni, l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat ġewwa il-Komunità minn LG Semicon Co., Ltd li kien seħħ qabel id-data ta' l-għaqda ta' din il-kumpanija ma Hyundai Electrinics Industries Co., Ltd (Hynix sa mid-29 ta' Marzu 2001) kellha tkun inkluża fid-data ta' l-importazzjoni tagħha. Hynix u il-GOK ipprovdew ċerta data ad hoc f'dan ir-rigward, i.e. żewġ figuri li jikkonċernaw l-importazzjoni fi Mbits minn LG Semicon Co., Ltd matul il-1998 u l-1999. Inkella, kien imħaqqaq li l-importazzjoni minn Hynix kella tkun meqjusa għad-danni proponuti biss bħala segwiment tad-data ta# l-għaqda tagħha ma LG Semicon Co., Ltd fil-1999. (175) B'dana kollu, LG Semicon Co., Ltd kienet entità legalment distinta qabel ma il-Hyundai Electronics Industries Co., Ltd akkwistatha minn għand LG Electronics Inc. u il-kumpaniji relatati tagħha fis-7 ta' Lulju 1999. Wara l-akkwist, LG Semicon Co., Ltd kienet imsemmija Hyundai Micro Electronics Co., Ltd u din il-kumpanija ingħaqdet ma Hyundai Electrinics Industries Co., Ltd fit-13 ta' Ottubru 1999. L-akkwist ta' LG Semicon Co., Ltd kien għalhekk investiment ġdid għal Hyundai Electronics Industriet Co., Ltd mingħajr effetti retroattivi dwar il-pożizzjoni tagħha fis-suq. Fi kliem ieħor, Hyundai Electronics Industries Co., Ltd, il-predeċessur ta' Hynix, li kienet l-unika kumpanija misjuba li ibbenefikat minn susidji, żiedet il-kapaċita tal-produzzjoni tagħha. Aktar minn hekk, l-ebda parti, inkluża Hynix, ma irraportat xi importazzjoni minn LG Semicon Co., Ltd għall-1998 u il-1999 fir-reazzjoni tagħha għall-kwestjonarju jew għal xi preżentazzjoni oħra u għalhekk dawn ma kienux ġew verifikati mill-Kummissjoni. Id-data ta' LG Semicon Co., Ltd ma tistgħax tikkostitwixxi parti mill-importazzjoni susidjata ta' Hynix. Għar-raġunijiet elenkati hawn fuq, it-talba mressqa minn Hynix u mill-GOK hija miċħuda. (176) Il-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea kif deskritt fir-Reċita 118 tar-Regolament proviżorju kien stabbilit fuq il-bażi tal-miġemgħa tad-data ta' l-importazzjoni verifikata kif meħtieġ li kienet ipprovduta minn Samsung u Hynix fir-reazzjonijiet rispettivi tagħhom rigward il-kwestjonarji. Il-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea hekk stabbilita żdiedet bi 331 % matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Huwa ikkonfermat li l-importazzjoni minn Hynix żdiedet b'aħtar ħeffa, i.e. 361 % matul il-perijdou tal-konsederazzjoni. (177) Anki jekk id- data ta' l-importazzjoni ta' LG Semicon Co., Ltd għall-1998 u 1999 kif ipprovduta ad hoc minn Hynix u minn GOK, u li ma setgħetx tkun ivverifikata, kellha tkun meqjusa, din għandha tkun miżjuda mal-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea u mhux mal-volum ta' l-importazzjoni minn Hynix. Il-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea tkun għalhekk żdiedet bi 219 % matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Importazzjoni | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 (PI) | Indiċi tal-Korea | 100 | 128 | 185 | 319 | li minnha: | | | | | Indiċi ta' Samsung | 100 | 110 | 181 | 414 | Indiċi ta' Hynix | 100 | 194 | 372 | 461 | Indiċi LG Semicon | 100 | 90 | 0 | 0 | (data mhix verifikata) | | | | | (b) Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni mill-Korea u minn Hynix (178) Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni kienu ikklakolati bl-użu ta' data fuq il-kwantitajiet u l-volumi ta' l-importazzjoni ipprovduti fir-reazzjonijiet tal-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi fil-Korea. La drab l-ebda kummenti ma kienu wasslu dwar il-prezzijiet ta' l-importazzjoni b'segwiment tal-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorjum is-sejbiet proviżorji li jikkonċernaw il-prezzijiet ta' l-importazzjoni kif deskritti fir-Reċita 119 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati. Matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni, il-prezzijiet ta' l-importazzjoni żviluppaw kif ġej: Medja tal-prezz ta' l-importazzjoni | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 (PI) | Indiċi tal-Korea | 100 | 105 | 99 | 23 | Indiċi ta' Hynix | 100 | 91 | 77 | 20 | (179) F'dak li jirrigwardja is-sejbiet proviżorji dwar il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed kif deskritt fir-Reċita 122 tar-Regolament proviżorju, Hynix u l-GOK orgumentaw li r-referenza għall-fatt li il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed li seħħ għal xi tranżazzjonijiet huwa irrelevanti la darba il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed, bi qbil mal-prattika normali, huwa determinat fuq il-bażi tal-medja peżata. Hynix argumentat aktar li sabiex ikun konkluż jekk il-prezzijiet tagħha kienux bil-bejgħ li prezz baxx iż-żejjed ta' numru ta' tranżazzjonijiet speċifiċi ta' l-industri tal-Komunità, jew bi tqabbil ta' tranżazzjoni bi tranżazzjoni, għandhom ikunu mwettqa fuq paragun ta' kull jum billi jkun meqjus ukoll, meta possibbli, il-ħin matul il-jum. (180) B'dana kollu, ma hemm l-ebda dispożizzjoni fir-Regolament bażiku li tistipula li il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed għandu jkun ikkalkolat fuq medja peżata jew fuq zi bażi speċifika oħra. Skonfd l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku, għandu jkun meqjus, meta jkun studjat l-effett fuq il-prezzijiet ta' l-importazzjoni issussidjata, jekk il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed kienx "sinifikanti". Din ma tistabbilixxix xi ħtieġali tirrigwardja il-kalkolazzjoni tal-marġini tal-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed, l-anqas ma tipprovdi għal xi metodoloġija partikolari li għandha segwiti f'dan ir-rigward. Aktar minn hekk, skond l-istess Artikolu, il-bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed mhux l-uniku bħala determinattiv fid-determinazzjoni tad-danni, pjuttost jifforma l-assesjar globali ta' danni għall-industria tal-Komunità u huwa mwettaq hekk li jipprovdi gwida fil-kuntest ta' l-istudji tad-danni u l-kawża. (181) Aktar minn hekk huwa innutat li s-suq tad-DRAM huwa ferm trasparenti u karatterizzat bi komopetizzjoni sostanzjali tal-prizzijiet. Fil-fatt l-ispejjeż fissi huma ferm għolja. Il-fornituri jeħtieġ li jiżviluppaw biż-żejjed ekonomija tal-iskala u jistinkaw sbiex iżommu s-sehem tagħhom tas-suq. Bejgħ bi prezz baxx iż-żejjed ikun iseħħ f'sitwazzjonijiet kompetittivi ma klienti speċifiċi. Imma, jekk fornitur wieħed joffri prezz lejn klient tal-Komunità li jwaqa il-prezz ta' DRAM mibjugħ minn produttur tal-Komunità, il-pressjoni kompetittiva malajr telimina tali twaqqiegħ tal-prezzijiet. Għalhekk, f'tali swieq, klienti kbar jistgħu jisforzaw fornituri kompetituri li jilħqu l-offerta ta' l-aktar prezz baxx. Għalhekk huwa diffiċli li jkun stabbilit prezz li jwaqqa il-prezzijiet matul perijodu partikolari. Tali sitwazzjoni ta' twaqqiegħ ta' prezzijiet żamm lill-produtturi tal-Komunità milli jżidu il-prezzijiet, ħaġa li altrimentri kienet isseħħ. (182) B'dana kollu, il-Kummissjoni stabbiliet twaqqiegħ sinifikanti tal-prezz li jvarja minn 12 % sa 32 % għal densitajiet ta' DRAM differenti matul proporzjoni sostanzjali (41 %) tat-tranżazzjonijiet tal-produtturi tal-Komunità, li jirrapreżenta 32 % tal-valur tal-bejgħ tagħhom. Sabiex ikun eliminat l-effett tat-twaqqiegħ qawwi tal-prezzijiet matul il-PI, il-kalkolazzjoni kienet ibbażata fuq il-medja tal-prezzijiet Hynix lill-klienti independenti bit-tip tal-prodott. Anki jekk il-medja orjerna tal-prezzijiet Hynix (bit-tip tal-prodott) kellha tkun użata, u billi jkun meqjus il-fatt li in-numru ta' transazzjonijiet komparabbli ikun sustanzjalment imnaqqas (bi 38 %), ikun hemm twaqqiegħ sinifikanti tal-prezzijiet fil-medja kif elenkata hawn fuq fuq 29 % tat-tranżazzjonijiet totali tal-produtturi tal-Komunità. Huwa innotat ukoll li irrespittivament minn jekk il-mdja ta' kull xahar jew odjerna tal-prezzijiet ta' Hynix kellha tkun użata fil-kalkolazzjoni, il-proporżjon tal-produtturi tal-Komunità iwaqqgħu it-tranżazzjonijiet b'relazzjoni mat-total komparabbli tat-tranżazzjonijiet li jkunu baqgħu l-istes, i.e. madwar 47 %. Huwa innotat li żball fit-typing seħħ fit-tmiem tas-sentenza penultima tar-Reċita 122 tar-Regolament proviżjorju meta ir-referenza għall-bejgħ ta' Hynix għandha tkun tinqara bħala il-bejgħ mill-industria tal-Komunità. Fin-nuqqas ta' aktar kummenti dwar it-twaqqiegħ tal-prezz, is-sejbiet proviżorji kif elenkati fir-reċiti 119 sa 123 tar-Regolament proviżjoni huma b'hekk ikkonfermati. (ċ) Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni mill-Korea (183) Hynix, bl-appoġġ tal-GOK, insistiet li kuntrarju tat-tendenza il-fuq tas-sehem tagħha tas-suq kif deskritt fir-Reċita 124 tar-Regolament proviżorju, is-sehem tagħha tas-suq naqas matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Dan l-argument mhux aċċettabbli la darba l-figuri tas-sehem tas-suq kif ipprovduti minn Hynix sabiex jiġġustifikaw it-talba tagħha kienu inizjament ibbażat fuq il-bejgħ totali tas-sussidjaraji tagħha fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat lejn klienti mhux relatati fil-Komunità matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni u mhux fuq il-volum ta' l-importazzjoni tagħha ta' DRAM prodotti fil-Korea. Wara li kien kjarifikat lill-Hynix lims-sehem tagħha tas-suq kif deskritt fir-Reċita 124 tar-Regolament proviżorju kien ġie kkalkolat fuq il-bażi tad-data ta' l-importazzjoni ivverifika kif meħtieġ li hija innifisiha kienet irraportat fit-tweġiba tagħħa għall-kwestjonarju, Hynix indikat li meta kienet stabbilita t-tendenza tas-sehem tagħha tas-suq matul il-perjodu tal-konsiderazzjoni, importazzjoni minn LG Semicon Co., Ltd li kienet seħħet abel id-data ta' l-għaqda ta' din il-kumpanija ma Hyundai Electronics Industries Co. Ltd messa kellha tkun inkluża fid-data ta' l-importazzjoni tagħha. Hynix u il-GOK ipprovdew ċerta data ad hoc f'dan ir-rigward. (184) Għar-raġunijiet elenkati fir-Reċita 175, dan l-argument huwa miċħud u s-sejbiet proviżorji li jikkonċernaw l-ishma tas-suq kif deskritti fir-Reċita 124 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati. (185) Anki jekk id- data ta' l-importazzjoni ta' LG Semicon Co., Ltd għall-1998 u 1999 kif ipprovduta ad hoc minn Hynix u minn GOK, u li ma setgħetx tkun ivverifikata, kellha tkun meqjusa, din għandha tkun miżjuda mas-sehem tal-volum ta' l-importazzjoni mill-Korea u mhux mas-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni minn Hynix. Is-sehem tas-suq ta' l-importazzjoni mill-Korea tkun għalhekk naqset bi 21 % matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Is-sehem tas-suq | 1998 | 1999 | 2000 | 2001 (PI) | Indiċi tal-Korea | 100 | 73 | 68 | 79 | li minnha: | | | | | Indiċi ta' Samsung | 100 | 63 | 65 | 100 | Indiċi ta' Hynix | 100 | 111 | 136 | 120 | Indiċi LG Semicon | 100 | 52 | 0 | 0 | (data mhix verifikata) | | | | | 4. IS-SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIA TAL-KOMUNITÀ (186) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida, is-sejbiet proviżorji li jikkonċernaw is-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità kif deskritt fir-reċiti 125 sa 138 tar-Regolament proviżjoni huma b'hekk ikkonfermati. 5. IL-KONKLUŻJONI DWAR ID-DANNI (187) B'segwiment tal-publikazzjoni tar-Regolament proviżorju, Hynix u il-GOK insitew li ħafna mill-indikaturi tad-danni juru li s-sitwazzjoni ta' l-idustria tal-Komunità qiegħda titjieb. Għalhekk l-industria tal-Komunità ma setgħet soffriet l-ebda danni materjali. (188) B'dana kollu, l-ebda kummenti ma kienu saru li jistgħu jibdlu il-konklużjonijiet kif elenkati fir-reċiti 139 sa 141 tar-Regolament proviżjonju. Bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, dawn il-konklużjonijiet kienu ibażati fuq l-evalwazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li jkollhom effett fuq l-istat ta' l-industria tal-Komunità. Id-dettalji huma elenkati fir-reċiti 125 sa 138 tar-Regolament proviżorju u dan ma kienux mistħaqqa. Għalkemm il-pożizzjoni ta' l-industria tal-Komunità tjiebet f'ċerti aspetti matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni minħabba t-tkabir tas-suq għal DRAM, kienet aktar milli ikkumpensata bid-danni ferm sostanzjali ikkaġunati mil-waqa' drastika fil-prezzijiet tal-bejgħ u it-telf qawwi b'konsegwenza kif soffrut mill-produtturi tal-Komunità matul il-PI. Dawn it-telf kellu effett negattiv fuq ir-riżultati ta' l-investimenti tagħhom u fuq il-cash-flow. Konsegwentament, billi jkunu meqjusa l-fatturi kollha, il-konklużjonijiet milħuqa fir-reċiti 139 sa 141 tar-Regolament proviżorju li l-industria tal-Komunià kienet soffriet danni materjali fi ħdan il-qofol ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament bażika huma hawnhekk ikkonfermati. G. IL-KAWŻA TAD-DANNI 1. INTRODUZJONI (189) Kif stabbilit fir-reċiti 143 sa 157 tar-Regolament bażiku, kien eżaminat, bi qbil ma l-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament bażiku, jekk l-importazzjoni issusidjata tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-Korea kienx joħloq danni għall-industria tal-Komunità sa grad li din tista tkun klassifikata bħala materjali. Fatturi magħrufa oħrajn apparti milli l-importazzjoni issussidjata, iġiefiri it-tnaqqis ekonomiku penerali matul il-PI, l-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn, l-esportazzjoni mill-industria tal-Komunità, kienu wkoll eżaminati wieħed b'wieħed sabiex ikunu assigurati id-danni possibbli maħluqa minn dawn il-fatturi l-oħrajn li ma kienu attribwiti għall-importazzjoni sussidjata. (190) Bħala segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, Hynix u il-GOK insistew li l-importazzjoni ta' Hynix ma setgħux joħolqu danni għall-industria tal-Komunità minħabba li s-sehem tagħhom tas-suq kien jonqos matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni u li l-prezzijiet tagħhom ma kienu waqqgħu il-prezzijiet ta' l-industria tal-Komunità. Huma argumentaw aktar li xi danni kienu inflitti minn ġewwa u kien ikkaġunati mill-investimenti ta' l-industria tal-Komunità magħmula matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni, li ikkontribwew bill-kbira għall-produzzjoni żejda matu; il-PI. Huma argumentaw ukoll li l-analiżi fir-Regolament proviżorju naqset milli tqis it-tnaqqis ċikliku sever l-isfel għat-TI matul dan il-perijodu. Huwa innotat li l-kummenti ta' Hynix jikkonċernaw kawża referuta biss lejn wieħed mit-tnejn mill-produtturi tal-Komunità li jiffurmaw l-industria tal-Komunità, i.e. Infineon. L-analiżi li ġejja tikkonċerna l-industria tal-Komunità fit-totalità tagħha. 2. L-EFFETTI TA' L-IMPORTAZZJONI ISSUSSIDJATA (191) Kif elenkat fir-rċiti 176 u 177, l-importazzjoni issussidjata minn Hynix żdiedet matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni anki fil-pass aktar mgħaġġel tal-konsum tal-Komunità. Matul l-istess perijodu, l-iżvilupp tas-sehem tagħhom tas-suq segwa l-istes tendenza, i.e. żdied (ara r-reċiti 184 u 185) u laħaq livell ferm sostanzjali matul il-PI. Anki jekk l-allegat volum ta' l-importazzjoni minn LG Semicon Co., Ltd kellu jkun magħdud ma dak ta' Hynix għas-snin 1998 u 1999, tali tendenzi ta' l-importazzjoni lejn il-PI xorta jkun jiżdied (żieda ta' 155 % bejn 1998 u il-PI). Kien instgħab li l-volum ta' l-importazzjoni sussidjata ta' Hynix u tas-sehem tagħhom tas-suq matul il-PI kien suffeċċjentament importanti fih innifsu sabiex jaffetwa ħażin is-suq tal-Komunità u partikolarment il-prezzijiet ta' l-industria tal-Komunità. L-analisti tas-suq [63] jemmnu li Hynix kienet teknikament falluta u li hija nżammet ħajja biss permezz tal-programmi tar-ristrutturar tad-dejn, b'hekk inżammet abbundanza żejda artifiċjali fis-suq. F'dan il-kuntest, għandu jkun innotat li xi forniment żejjed li ma jkunx akkumpanjat bit-talba jwassal għall-waqa' fil-prezzijiet. U Hynix, kif elenkat fir-Reċita 148 tar-Regolament proviżorju, kienet iddisprata li tbiegħ matul il-PI and bi prezz taħt in-nefqa tal-produzzjoni. L-ebda kummenti oħrajn ma kienu saru li jistgħu jibdlu is-sejbiet li jikkonċernaw l-effett ta' l-importazzjoni sussidjata ta' Hynix dwar is-sitwazzjoni dannuża ta' l-industria tal-Komunità kif elenkat fir-reċiti 144 sa 148 tar-Regolament proviżorju. Dawn is-sejbiet huma b'hekk ikkonfermati. (192) Huwa għalhekk konkluż li s-sussidju minnu innifsu, billi jiffaċilita il-prezzijiet irispettivament mill-ispiża u billi jikkontribwixxi sostanzjalment għall-karatterizzazzjoni ta' l-abundanza żejda fis-suq tad-DRAM, kien wassal b'mod ferm sostanzjali għl-livelli tal-prezzijiet ferm baxxi fis-suq tal-Komunità. Mingħajr is-sussidji f'dan il-każ huwa raġjonevolment assumit li l-prezzijiet ta' l-industria tal-Komunità kienu jkunu għola, imma mhux biss minħabba li Hynix ma kienets tkun tista titlob prezzijiet hekk baxxi li hija ipprattikat matul il-PI, imma wkoll minħabba il-forniment globali kien ikun ferm anqas. Aktar minn hekk, il-magnitudini tal-volum ta' l-importazzjoni bi prezzijiet baxxi issussidjata ta' Hynix kienet hija innifisha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità. 3. L-IMPATT TA' FATTURI OĦRAJN (a) Tnaqqis ekonomiku ġenerali maul il-PI (193) Hynix u il-GOK argumentaw li l-Kummissjoni ma kienetx qieset l-impatt taċ-ċikliċità tas-suq tad-DRAM. Huma argumentaw aktar li fid-dinja kollha it-talba għal DRAM żdiedet matul il-2001 biss bi 59 % waqt li l-medja ta' minn sena għall-oħra kienet ta' 75 %. Huwa innotat li dawn ir-rati allegati ta' tkabbir matul id-dinja kollha huma ferm suġġettivi u jikkontradixxu informazzjoni oħra disponibbli kif irreġistrata. Kif elenkat fir-Reċita 150 tar-Regolament proviżjorju, huma rikonoxxut li il-waqa' ekonomika ġenerali tas-swieq tal-PC u tat-telekomminikazzjoni matul il-201 setgħa kellha xi effett fuq it-twaqqih tal-prezzijiet. B'dana kollu, kien instgħab li l-konsum ta' DRAM fil-Komunità kompla bit-tneida tiegħu il-fuq matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Il-konsum miżjud fit-termini ta' Mbits matul il-PI irriżulta fi grad akbar mill-introduzzjoni tal-Microsoft XP, li għandu ħtiġiet ta' Mbit aktar kbar mis-sistemi preċedenti, u ż-żieda tal-bejgħ ta' prodotti "aġġornati" kif generati minn prezzijiet baxxi. Fil-fatt, il-konsum ta' Mbits fil-Komunità żdied kważi bl-istes rata bejn is-sena 1999 u s-sena tajba 2000 (57 %) kif imqabbel maż-żieda bejn is-sena tajba 2000 u s-sena ħażina 2001 – il-PI (51 %). Huwa għalhekk konkluż li, waqt li l-inżul ekonomiku setgħa kellu effett ta' tnaqqis fuq il-prezzijiet, jista jkun assumit li, bil-konsum jiżdied, dan l-effett ma kienx sostanzjali. (b) L-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn pajjiżi oħrajn apparti milli mill-Korea (194) Bħala segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, l-ebda kummenti ma kienu wasslu li jikkonċernaw importazzjonijiet oħrajn. B'dana kollu, bħala segwiment tal-iżvelar finali, Hynix argumentat li skond id-data ta' l-ilment, importazzjoni minn pajjiżi oħrajn apparti milli il-Korea (primarjament Taiwan) u l-importazzjoni minn Samsung kienet żdiedet aktar milli mill-importazzjoni ta' Hynix, partikolarment bejn il-2000 u il-PI, u b'hekk xi danni soffruti mill-industria tal-Komunità ma setgħetx kienet ikkaġunata mill-importazzjoni ta' Hynix. F'dak li jittigwardja l-importazzjoni minn Samsung ara r-Reċita 200. F'dak li jirrigwardja l-importazzjoni mill-pajjiżi l-oħrajn kollha (inkluż it-Taiwan), l-investigazzjoni sabet li f'termini Mbit dawn kienu naqqsu bejn il-2000 u l-PI bi 4,2 %. Fil-fatt, is-sehem tagħhom tas-suq nqas minn 31,4 % fil-2000 lejn 20 % matul il-PI. Matul l-istess perijodu l-importazzjoni issussidjata ta' Hynix f'termini Mbit żdiedet bi 24 %. Għalhekk, l-argument huwa meqjus mingħajr bażi u s-sejbiet elenkati fir-Reċita 151 tar-Regolament Proviżorju li l-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn apparti milli mill-Korea ma kienux ikkontibwew b'xi mo sinifikanti għad-danni soffruti mill-industria tal-Komunità huma b'hekk ikkonfermati. (ċ) L-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industria tal-Komunità (195) Bħala segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, l-ebda kummenti ma kienu wasslu li jikkonċernaw l-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industria tal-Komunità. Is-sejbiet elenkati fir-Reċita 152 tar-Regolament proviżorju huma b'hekk ikkonfermati. (d) Produzzjoni żejda (196) B'segwiment ta' l-imposizzjoni ta' miżuri porviżorji, Hynix u il-GOK insistew li xi danni soffruti mill-industria tal-Komunità matul il-PI kien inflitta minnha stess bl-investimenti li kienet għamlet matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Huma aktar insistew li dawn l-investimenti kienu ikkontribwew bil-kbira għall-produzzjoni żejda matul il-PI. (197) Kif elenkat fir-Reċita 153 tar-Regolament proviżjorju, is-suq dinji tad-DRAM kienu għandu jsofri matul il-PI minn produzzjoni strutturali żejda li irriżultat mill-ispettazzjonijiet tard fis-snin 1990-ijiet li s-suq ikompli bit-tkabir imħaffef tiegħu. Din il-produzzjoni żejda jistgħa jingħad li kienet ikkontribwiet għas-severità tat-tnaqqis kurrenti li minnu kienet issoffri din l-industria. B'dana kollu, huwa innutat li l-produzzjoni żejda ta' l-industria tal-Komunità f'termini ta' Mbit ma kienetx tilħaq il-konsum fil-Komunità matul il-PI. Aktar minn hekk, huwa ġeneralment rikonoxxut li l-industria tad-DRAM kontinwament teħtieġ livell għoli ta' investiment, partikolarment fir-riċerka u l-iżvilupp, sabiex iżżomm ruħha aġġornata mat-teknoloġija avvanżata. L-investimenti tal-industria tal-Komunità matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni jista għalhekk ikun muri bħala raġjonevili u li kienu seħħew sabiex iżommu il-kompetittivit'ta' l-industia f'suq dejjem jikber. F'dan ir-rigward, huwa innotat li iż-żewġ produtturi Koreani kienu wettqu investimenti sinifikanti matul il-perijodu tal-konsidrazzjoni. Fil-fatt, l-investimenti madwar id-dinja ta' l-industria tal-Komunità kienu anqas minn nofs l-investimnti taż-żewġ produtturi Koreani matul dak il-perijodu. Huwa għalhekk raġjonevoli li jkun assumit li l-produzzjoni żejda ma kienetx maħluqha biss mill-industria tal-Komunità. Għall-kuntrarju, kienet l-industria Koreana li kienet primarjament ikkontribwiet għal tali produzzjoni żejda madwar id-dinja. Huwa wkoll raġjonevoli li jkun assumit li, jekk il-gverna Korean ma kienx intervjena bis-sussidji, is-sitwazzjoni kemm fil-Komunità u madwar id-dinja f'dak li jirigwardja il-produzzjoni żejda ma kienets tkun daqshekk qawwija. (e) Ħażniet (198) B'segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, Hynix argumentat ukoll li raġuni oħra għat-tnaqqis tal-prezzijiet ta' DRAM matul il-PI kien "il-konsum tal-ħażniet". Kien argumentat li matul il-2000 "is-sena kważi eċċezzjonali" meta il-prezzijiet DRAM kienu żdiedu sinifikament, ħafna mill-klienti (e.g. distributuri) kienu kabru l-ħażniet tagħhom ta' DRAM minħabba li l-utenti kienu jibżgħu minn skarzezza. Matul il-PI, meta kien jidher ċar li l-kollass tas-swieq tal-PC u tat-telekommunikazzjonijiet ikunu iwaqa it-talba, dawn il-ħażniet kienu ntużaw malajr u aktar qawwew il-prezzijiet diġa neżlin. (199) B'dana kollu, l-ewwel nett dan l-argument mhux sostnut b'xi evidenza fattwali. It-tieni, huwa ibbażat fuq affermazzjoni ħażina: matul il-PI, il-konsum tad-DRAM kompla jiżdied fil-Komunità. Finalment, mhux plawsibbli: l-ebda kumpanija ma tibni ħażniet meta l-prezzijiet huma għoljin, partikolarment meta prodott simili bħal ma huma id-DRAM għandu ċiklu ta' ħajja ferm qasita' għall-kuntrarju huma ikabbru il-ħażniet biss meta il-prezzijiet ikunu baxxi. F'dan ir-rigward, huwa mfakkar li l-ħażniet ta' l-industria tal-Komunità bħala presentaġġ tal-produzzjoni fi Mbit naqsu matul is-sena tajba 2000 kif ukoll matul il-PI ħażina. Dan kien ġie ikkonfermat bil-koperazzjoni tad-distributur uniku li stqarr fir-reazzjoni tiegħu għall-kwestjonarju li "preżentament il-manifatturi jimxu eżatt skond l-ordnijiet". L-istess distrubutur indika matul is-smiegħ li l-ħażniet tiegħu ta' DRAM huma mġedda erba darbiet kull xahar. Għalhekk, l-ebda rabta ma tista ssir f'dan ir-rigward bejn il-ħażniet u l-prezzijiet, u għalhekk, dan l-argument għandu jkun miċħud. (f) L-importazzjoni minn għand Samsung (200) Kien ukoll eżaminat jekk fatturi oħrajn apparti minn dawk diġa ikkonsidrati hawn fuq setgħu kienu ikkontribwew għad-danni materjali soffruti mill-industria tal-Komunità matul il-PI. F'dan ir-rigward, l-importazzjoni minn għand Samsung kienet eżaminata. Matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni, l-importazzjoni minn għand Samsung kienet ukoll żdiedet imma b'pass aktar baxx milli mill-importazzjoni ta' Hynix u fi kwalunkwe każ aktar bil-mod miż-żieda tal-konsum tal-Komunità. Kien ukoll instgħab li matul il-IP, il-prezzijiet ta' Samsunh kienu bħala medja għola minn dawk ta' Hynix. Aktar minn hekk, il-prezzijiet ta' Samsung naqqsu anqas mill-prezzijiet ta' Hynix matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Huwa għalhekk konkluż li għalkemm l-importazzjoni minn għand Samsung setgħet ikkawżat xi danni għall-industria tal-Komunit din ma kienetx biż-żejjed li tikser ir-rabta każwali bejn l-importazzjoni sussidjata ta' Hynix u d-danni materjali soffruti mill-industria tal-Komunità. 4. IL-KONKLUŻJONI DWAR IL-KAWŻA (201) L-argument mressqa mill-partijiet interessati dwar il-kawża bħala sewgwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji ma kienux biddlu il-konklużjonijiet ġenerali milħuqa fir-Regolament proviżorju. (202) Fatturi oħrajn apparti milli l-importazzjoni susidjata li toriġina mill-Korea, bħal ma hija importazzjoni oħra, it-tnaqqis fl-ekonomija ġenerali, l-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industria tal-Komunità u l-produzzjoni żejda li kienet diġa teżisti fis-suq, setgħu ben tajjeb ikkontribwew għad-danni soffruti mill-industria tal-Komunità matul il-PI. B'dana kollu, l-effetti dannużi tagħhom, kemm individwalment u wkoll kollettivament, kienet meqjusa ta' xi importanza imma mhux biż-żejjed li timmina id-danni materjali attribbwiti għall-importazzjoni sussidjata. (203) Il-prezzijiet imnaqqsa tal-bejgħ ta' l-esportazzjoni ta' l-industria tal-Komunità setgħu ukoll ikkontribwew għal dawn id-danni. B'dana kollu, meqjus il-volum baxx ta' esportazzjoni b'relazzjoni mal-volum ta' bejgħ fil-Komunità matul il-PI, id-danni soffruti mill-industria tal-Komunità ma jistgħux ikunu attribbwiti għall-esportazzjoni tagħha. (204) F'dak li jirrigwardja il-produzzjoni żejda hekk kif inhi ikkonċernata, din is-sitwazzjoni dinjija eżistiet matul numru ta' snin inkluż il-perijodu tal-konsiderazzjoni. Għalhekk, din il-produzzjoni żejda ma tistgħax tkun meqjusa bħala unika fil-kawża ta' waqa' f'daqqa ferm sinifikanti fil-prezzijiet li wasslet għad-danni soffruti mill-industria tal-Komunità. Aktar minn hekk, l-importazzjoni susidjata hija fiha innifisha il-kawża ta' l-abundaza żejda fil-forniment. (205) Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li matul il-perijodu tal-konsiderazzjoni, l-importazzi issussidjata ta' Hynix kienet mibjugħa fis-suq tal-Komunità b'volum u prezzijiet li ikkaġunaw danni ferm konsiderevoli għall-industria tal-Komunità. Din l-importazzjoni kienet instgħabet bħala li kienet il-kawża sostanzjali li il-prezzijiet fil-Komunità kienu waqgħu drammatikament lejn il-livelli li kienu iġġeneraw telf enormi. Din is-sitwazzjoni kellha konsegwenzi gravi fuq il-profittabbilità ta' l-industria tal-Komunità u ta' l-abbiltà tagħha li iżżomm il-livelli meħtieġa ta' investiment. In vista ta' l-analiżi, li iddistingwiet kif xieraq u isseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sirwazzjoni ta' l-industria tal-Komunità mill-effetti dannużi ta' l-importazzjoni issussidjata, huwa b'hekk konkluż li dawn il-fatturi l-oħrajn mhux tali hekk li jinsru ir-rabta każwali bejn is-sussidju u d-danni. Għalhekk, huw konkluż li din l-importazzjoni kienet ħolqot id-danni materjali għall-industria tal-Komunità fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku. H. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ (206) L-ebda utent, importatur jew distributur ma ippreżenta xi kummenti li jikkonċernaw l-interessi tal-Komunità jew xi aspett ieħor ta' l-ivestigazzjoni wara l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji. Anki wara il-ftit utenti li ikkoperaw ma ippreżentaw l-ebda kummenti dwar is-sejbiet proviżorji. L-industria tal-Komunità wriet l-appoġġ tagħha għad-determinazzjoni tagħha dwar l-interessi tal-Komunità. (207) Hynix, għalkemm mhux direttament ikkonċernat, argumentat b'segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji li l-industria tal-Komunità ma jkollhiex il-kapaċità li tforni lill-klienti tagħha, u li l-isparenza ta' Hynix mis-suq tal-Komunità jista jiriżulta biss f'żieda tas-sehem tas-suq ta' produtturi oħrajn li ma humiex mill-Komunità. (208) L-argument imressaq minn Hynix mhux perswassiv. Dan jikkontradixxi l-rgument preċedenti ta' Hynix li l-industria tal-Komunità tkun ħolqot għaliha innifisha bis-sitwazzjoni tal-produzzjoni żejda. Il-fatt huwa li l-industria tal-Komunità għad għandha kapaċita vakanti disponibbli li tista tkun użata jekk il-kondizzjonijiet tas-suq ikunu jippermettu kompetizzjoni ġusta. Mill-banda l-oħra, il-għan tal-miżuri mhux li tkun eliminata Hynix mis-suq tal-Komunità, imma li jittieħsu pasi bil-maqlub kontra s-sussidju sal-limitu li jkunu ibbenefikaw l-importazzjoni ta' Hynix għad-detriment tal-fornituri l-oħrajn fis-suq. (208) Fin-nuqqas ta' aktar kummenti minn partijiet direttament interessati fis-sejbiet proviżorji u l-konklużjonijiet kif elenkati fir-reċiti 158 sa 174 tar-Regolament proviżjoni huma b'hekk ikkonfermati. Huwa b'hekk konkluż li l-imposizzjoni ta' miżuri definittivi b'effett oppost ma jkunux kontra l-interessi tal-Komunità. I. KORSA DEFINITTIVA TA' AZZJONI (210) In vista tal-konklużjonijiet milħuqa rigward is-susidji, id-danni, il-kawża u l-interessi tal-Komunità, huwa meqjus li miżuri definittivi b'effett oppost għandhom ikunu meħuda sabiex ikunu prevenuti aktar danni milli jkunu ikkaġunati għall-industria tal-Komunità bl-importazzjoni issusidjata mir-Repubblika tal-Korea. 1. IL-LIVELL TA' L-ELIMINAZZJONI TAD-DANNI (211) Għall-iskop li jkun stabbilit il-livell ta' miżuri definittivi, qies għandu jittieħed kemm ta' l-ammont ta' susidju misjub u wkoll ta' l-ammont ta' danni sostnuti mill-industria tal-Komunità. (212) Il-miżuri definittivi għandhom ikunu imposti fl-livell suffiċjenti sabiex ikunu eliminti d-danni ikkaġunti b'din l-importazzjoni mingħajr ma jkun misbuq l-ammont stabbilit ta' sussidju. Meta issir il-kalkolazzjoni ta' l-ammont ta' dazju meħtieġ ħalli jitneħħew l-effetti tas-susidji b'danni, kien meqjus li xi miżuri għandhom jippermettu lill-industria tal-Komunità li tkopri l-ispejjeż tagħha u li takkwista profitti globali qabel it-taxxa li jistgħu raġjonevolment ikunu milħuqa permezz tal-kondizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni, i.e. fin-nuqqas ta' l-importazzjoni bis-sussidju, dwar il-bejgħ ta' prodott simili fil-Komunità. Il-marġini tal-profitti qabel it-taxxa użati għal din il-kalkolazzjoni kien 15 % fuq in-negozju totali, li hua meħtieġ għall-industria sabiex tkun tista żżomm il-livelli raġjonevoli ta' l-investimenti. Dan il-marġini ta' profitt huwa l-medja realiżżata mill-industria tal-Komunità matul l-aħħar sentejn qabel il-PI. (213) B'segwiment ta' l-imposizzjoni tal-miżuri proviżorji, Hynix argumentat li il-profitt ta' ċ5 % ma kienx jaqbel mal-marġini ta' profitt ta' 9.5 % użat aktar kmieni fil-proċedimenti ta' kontra d-dumping li jikkonċernaw id-DRAM li joriġinaw fil-Korea u l-Ġappun. Huwa innotat li dawn il-proċedimenti ta' kontra d-dumping jirreferu għal ktar minn 10 snin ilu, meta ċ-ċirkostanzi tas-suq u l-prodott innifsu kienu differenti. Fi kwalunkwe każ, meqjusa l-magnitudini tat-telf soffrut mill-industria tal-Komunità matul il-PI, anki marġini ta' profitti f'dan il-livell ikunu jirriżulta f'livell ta' l-eliminazzjoni tad-danni li jkun aktar qawwi milli mill-ammont tas-susudju stabbilit. (214) Meta jkun meqjus dak li ntqgħal hawn fuq, il-metodoloġija użata għall-istabeliment tal-livell ta' l-eliminazzjoni tad-danni kif deskritt fir-reċiti 177 sa 179 tar-Regolament proviżorju hija ikkonfermata. 2. IL-GĦAMLA U L-LIVELL TAD-DAZJU (215) La darba l-ammont ta' sussidju għall-Hynix Semiconductor Inc., kien instgħab li kien aktar baxx mil-livell ta' l-eliminazzjoni tad-danni, ir-rata tad-dazju definittiv b'effett oppost li għandu jkun impost, għandu jkun jikkorrespondi ma l-ammont ta' sussidju stabbilit bi qbil ma l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, i.e. 34,8 %. Meqjus is-sejbien de minimis ta' sussidju, l-ebda dazji b'effett oppost m'għandu jkun impost fuq Samsung Electronics Co., Ltd. (216) Ir-rata tad-dazju b'effett oppost tar-rati speċifikati f'dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, din tirrefletti s-sitwazzjoni misjubha matul l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kif oppost għad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-"kumpaniji l-oħrajn kollha") huma għalhekk applikabbli esklusivament għall-importazzjoni tal-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-kumpaniji u b'hekk mill-entitajiet legali speċifiċi imsemmija. Il-prodotti importati prodotti minn xi kumpanija oħra li mhix speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-"kumpaniji l-oħrajn kollha". (217) Kwalunkwe sejħa li titlob għall-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju b'effett oppost (e.g. bħala segwiment ta' tibdil fl-isem ta' l-entità jew bħala segwiment ta' l-istabbeliment ta' produzzjoni ġdida jew ta' unitajiet tal-bejgħ ġodda) għandha tkun indirizzata minnufih lejn il-Kummissjoni [64] bl-informazzjoni relevanti kollha, partikolarmenti b'xi modifika fl-attivitajiet tal-kumpaniji li hija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u ta' l-esportazzjoni li huma assoċċjati magħha, per eżempju, dak it-tibdil ta' isem jew dak it-tibdil fil-produzzjoni jew ta' l-entitajiet tal-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, temenda ir-Regolament kif meħtieġ billi taġġorna il-lista ta' kumpaniji li jibbeneifikaw mir-rati individwali tad-dazju. J. IL-ĠBIR TAD-DAZJU PROVIŻORJU (218) In vista ta' l-ammont ta' sussidji suġġetti għal effetti oppost misjuba għall-produtturi li jesportaw u fid-dawl tas-serjetà tad-danni ikkaġunati fuq l-industrija tal-Komunità, huwa meqjus meħtieġ li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju proviżorju b'effett oppost permezz tar-Regolament (KE) Nru 708/2003 għandu jkun definittivament miġbur sal-limitu tar-rata tad-dazju definittiv impost jew tar-rata tad-dazju proviżorju jekk dan ta' l-aħħar ikun aktar baxx, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv f'effett oppost huwa b'hekk impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti mikroċirkwiti elettroniċi magħrufa bħala Dynamic Random Access Memories (DRAMs), tat-tipi, densitajiet u varjazzjonijiet kollha, seww jekk assembiljati, ipproċessati fi wafer jew chips (dies), manifatturati bl-użu tal-varjazzjonijiet tal-teknoloġija tal-proċess Metal Oxide-Semiconductors (MOS), inklużi it-tipi MOS komplimentarji (CMOS), tad-densitajiet kollha (inklużi densitajiet futuri), irrispettivament mill-veloċità ta' l-aċċess, il-konfigurazzjoni, il-package jew il-frame, eċċ. Dan jinkludi wkoll DRAM ippreżentati fi moduli ta' memorja (mhux magħmula apposta) jew borads tal-memorja (mhux magħmula apposta), jew xi tip ta' għamla aggregata, ipprovduti għall-iskop ewlieni li huwa li tkun ipprovduta memorja, preżentament klassifikabbli fi ħdan il-kodiċI NM 85422111, 85422113, 85422115, 85422117, ex85422101 (kodiċi TARIC 8542210110 ), ex85422105 (kodiċi TARIC 8542210510), ex85489010 (kodiċi TARIC 8548901010), ex84733010 (kodiċi TARIC 8473301010) u ex84735010 (kodiċi TARIC 8473501010), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea. 2. Ir-rata tad-dazju definittiv applikabli għal prezz nett liberu-fuq-il-fruntiera, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej: Produtturi Koreani | Rata tad-dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC | Samsung Electronics Co., Ltd 24th Fl., Samsung Main Bldg250, 2-Ga, Taepyeong-Ro,Jung-Gu, Seoul | 0 % | A437 | Il-kumpaniji l-oħrajn kollha | 34,8 % | A999 | 3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali għandhom ikunu applikabbli. Artikolu 2 L-ammonti akkwistati permezz tad-dazju proviżorju b'effett oppost bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 708/2003 fuq l-importazzjoni ta' DRAM li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea għandhom ikunu miġbura fir-rata tad-dazju definittivament impost jew ir-rata tad-dazju proviżorju jew din ta' l-aħħar tkun aktar baxxa. L-ammonti akkwistati b'eċċess tar-rate definittivi tad-dazju b'effett oppost għandhom ikunu rilaxxati. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Awissu 2003. Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1973/2002 (ĠU L 305, tas-7.11.2002, p. 4). [2] Il-Proposta tal-25 ta' Lulju 203 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 7. [4] Il-pjan tan-negozju ta' Hynix għall-2001 ippreżentat lill-KSF, il-21 ta' Marzu 2002. [5] Ir-Rapport Espert tal-Professur Anthony Sauders dwar il-"Matter of the Countervailing Duty Petition on behalf of Petitioner": Micron Technology, l-10 ta' Marzu 2003 ("Ir-Rapport Saunders"), p. 30-35. [6] Ir-Rapport Saunders, p. 20-21. [7] Standard and Poor's, Corporate Ratings Criteria, www.standardandpoors.com. [8] Ir-Rapport ta' Verifika ta' l-esperti ta' finanzjament privat, il-Laqgħa 6, il-punt 14. [9] Public Fund Mismanagement Report, Special Committee on Parliamentary Inspection of Public Fund Administration, Grand National Party, November 2002. [10] Il-KSF kien stabbilit permezz ta' l-Att dwar il-"Establishment of Financial Supervisory Agencies" fil-1966 Dan iwettaq superviżjoni ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji u wkoll jiddigrieta jew jemenda regolamenti separati ta' superviżjoni għas-setturi finanzjarji differenti. Jakwista il-fondi tiegħu minn għand il-GOK. Huwa meqjus bħala korp publiku fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. [11] Traduzzjoni tat-test Korean. [12] L-isem Hyundai Electroncs kien inbidel għal Hynix Semiconductor fid-29 ta' Marzu 2001. [13] Ir-Rapport ta' Verifika tal-GOK, p. 16-17. [14] Il-SSF hija aġenzija pubblika li d-dover ewlieni tagħha huwa li twettaq supeviżjoni finanzjarja permezz tal-gwida tal-KSF. Huwa meqjus bħala korp publiku fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. [15] Il-"Korea Economic Daily", it-28 ta' Awissu 2001, bħala segwiment tal-iżvelar tal-korrespondenza uffiċjali mill-Membri ta' l-Assemblea Nazzjonali tal-Korea. [16] ĠU C 394, tas-17.12.1998, p. 13. [17] Il-"Kyunghyang Shinmun Daily", id-9 ta' Jannar 2001; Il-"Joong'ang Daily", is-7 ta' Jannar 2001 [18] Ir-Rapport ta' Verifika tal-GOK, p. 14. [19] Structural Change in the Corporate Bond Market After the Currency Crisis, BIS Papers No 11, Sungmin Kim and Jae Hwan Park, June-July 2002. [20] Huwa nteressanti li jkun innotat li l-miżuri investigati, 800 biljun KRW self sindikat, 1,2 triljun KRW ri-finanzjati bil-programm BKI u 1 triljun KRW xiri tal-KK minn banek kredituri f'Ġunju 2001, jirriżultaw fi 3 triljun KRW. [21] Ir-Rapport ta' Verifika tal-GOK, p. 16-17. [22] F'Jannar 2001 uffiċjal tal-GOK kien ġie irrekordjat li kien stqarr dan li ġej: "Hyundai hija differenti minn Daewoo. L-attivitajiet tagħha fil-qasam tas-semi-kondutturi u tal-kostruzzjoni huma s-sinsla ta' l-industria tal-Korea. Dawn id-ditti għandhom parti kbira mis-sehem tas-suq ta' l-industria tagħhom u dawn in-negozji huma marbuta fil-fond ma kumpaniji domestiċi oħrajn. Għalhekk, dawn id-ditti m'għandhomx ikunu mibjugħa sempliċement bħala segwiment tal-pronċipji tas-suq." [23] Korea Times, id-29 ta' Jannar 2001. [24] Korea Economic Daily, is-6 ta' Jannar 2001. [25] Wall Street Journal, id-29 ta' Jannar 2001 [26] Business Week Online, id-9 ta' April 2001. [27] Bloomberg, il-31 ta' Jannar 2001. [28] Reuters English News Service, it-13 ta' Ġunju 2001. [29] "Collateralised bond obligations" u "collateralised loan obligations". [30] il-FKGK hija istituzzjoni speċjalizzata b'padronanza tal-GOK. [31] Id-dokument "Sommarju tal-laqgħa" ta' l-4 ta' Jannar 2001 sabiex tiddiskuti il-Programm Fast Track tal-BKI jiddeskrivi il-funzjonament tal-programm. Dan ma jispjegax kif kienet twettqet l-għażla tal-parteċipanti u fuq liema bażi il-kumpanija kienu ġew magħżula. [32] Il-Kunsill jikkonsisti minn rapreżentanti tal-BKI, Il-Fond Korean tal-Garanzija ta' Kreditu (FKGK) u il-banek kredituri. [33] Il-BKI akkwista il-kambjali ta' Hyundai Electronics, il-press release MKI, it-3 ta' Jannar 201. [34] Chosun Daily, is-7 ta' Jannar 2001; The Kyunghyang Shinmun Daily, id-9 ta' Jannar 2001. [35] Ir-Regolament (KE) Nru 2603/2000 (ĠU L 301, tat-30.11.2000, p. 1). [36] Il-kumpanija parteċipanti kellha tixtri mill-ġdid 3 %/5 % ta' xi CBO/CLO maħruġa permezz tal-programm. Ara r-Reċita 48 tar-Regolament proviżorju. [37] It-kambjali li jidħlu fil-programm huma 80 % tal-kambjali b'matutit'matul ċertu perijodu. Hynix ħallset l-20 % tal-kambjali maturi tagħha skond il-kondizzjonijiet tal-programm. [38] L-informazzjoni kif irreġistrata tindika wkoll li f'Ġunju 2002, il-BKI kien għad kelli 82,4 biljun KRW ta' kambjali li jidħlu fil-programm. [39] Shinhan Bank, ING Barings, l-24 ta' April 2001; KorAm Bank, ING Barings, is-26 ta' Settembru 2001; Hana Bank, Morgan Stanley, Dean Witter, it-30 ta' Ottubru 2001; Kookmin Bank, Morgan Stanley, Dean Witter, l-24 ta' Ottubru 2001. [40] Huwa innotat li il-KK mixtrija f'Mejju 2001 kienu skambjati f'titoli jew inkellha maqtuha kompletament mill-banek wara biss xi xharejn aktar tard fil-kuntest tal-miżuri ta' ristruzzurazzjoni ta' Ottubru 2001. [41] The Naeoe Economic Daily, l-10 ta' Marzu 2001. [42] The Maeil Economic Daily, il-11 ta' Marzu 2001. [43] Korea Times, l-24 ta' April 2001. [44] Maeil Economic, il-24 ta' April 2001. [45] Korea Times, il-21 ta' Ġunju 2001; Dow Jones International News, il-20 ta' Ġunju 2001. [46] Reċita 39 tar-Regolament proviżorju. [47] Donga daily, l-4 ta' Mejju 2001; Korea Economic Daily, it-3 ta' Mejju 2001; Maeil Economic, is-7 ta' Mejju 2001. [48] Il-pjan tan-negozju ta' Hynix għall-2001 ippreżentat lill-KSF, il-21 ta' Marzu 2002. [49] Ir-Rapport Saunders, p. 30-35. [50] Ir-Rapport Saunders, p. 20-21. [51] Il-pjan tan-negozju ta' Hynix għall-2001 ippreżentat lill-KSF, il-21 ta' Marzu 2002. [52] Il-pjan tan-negozju ta' Hynix għall-2001 ippreżentat lill-KSF, il-21 ta' Marzu 2002. [53] Ir-Rapport Privat ta' Verifika ta' l-esperti finanzjarji, il-Laqgħa 1, il-punt 2, il-Laqgħa 2, il-punt 6, il-Laqgħa 4, il-punt 9, il-Laqgħa 5, il-punt 11. [54] Ir-Rapport Privat ta' Verifika ta' l-esperti finanzjarji, il-Laqgħa 1, il-punt 2, il-Laqgħa 2, il-punt 6, il-Laqgħa 4, il-punt 9. [55] F'dak li jirrigwardja lill-KorAm bħala li kellu direzzjoni sabiex jipparteċipa fix-xiri ta' KK f'Ġunju 2001, Korea Times, il-21 ta' Ġunju 2001; f'dak li jirrigwardja lill-Korea First Bank bħala li kellu direzzjoni sabiex jipparteċipa fil-programm ta' Debunture tal-BKI, Far Eastern Economic Review, il-15 ta' Frar 2001. [56] L-iskala hija 1 sa 10. [57] Il-GOK kellu padronanza ta' 100 % tal-Woori Bank u 80 % tal-BCH [58] Huwa innotat ukoll li id-dokument inter tal-Woori Bank li jirrakkomanda il-parteċipazzjoni tal-miżuri f'Ottubru 2001 jistqarr kif ġej: "Jekk Hynix kellha tmur għal amministratur tal-Qorti jew li tkun likwidata, l-effett fuq l-ekonomija nazzjonali ikun enormi. Il-kumpanija tammonta għal4 % ta' l-esportazzjoni totali u 150000 ħaddiem, inkluża il-kumpanija innifisha u l-kumpaniji l-oħrajn kemm fl-operazzjonijiet tal-bidu u wkoll dawk tat-tmiem." Dan jindika li konsiderazzjonijiet ta' interess pubbliku kellhom ikunu meqjusa. [59] B'dana kollu, UBS Warburg stqarret fit-18 ta' Settembru 2002 meq jus is-sehem qawwi tal-padronanza tal-GOK fil-bank, esposizzjoni addizzjonali fil-ġejjini tista tkun ħaġa li ma tistgħax tkun evitata [60] Korea Times, il-25 ta' Nobembru 2002 [61] Avviż Pubbliku dwar topiċi ewlenija ta' l-amministrazzjoni, deċiżjoni magħmulha minn Hynix-KIFK, it-30 ta' Diċembru 2002. [62] Korea Times, is-26 ta' Nobembru 2002. [63] Morgan Stanley, Hynix Semiconductor - Settembru 25, 2002. [64] Il-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ - Direttorat B – J-79 5/17 – Rue de la Loi/Westraat 200 - B-1049 Brussel --------------------------------------------------