32003R1459



Official Journal L 208 , 19/08/2003 P. 0011 - 0011


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1459/2003

tat-18 ta’ Awissu 2003

li jiffissa, għas-sena tas-suq 2003/2004, il-prezz minimu li jrid jitħallas lill-produtturi għat-tin imqadded mhux ipproċesat u l-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni tat-tin imqadded

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti pproċessati mill-frott u mill-ħxejjex ta’ l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 453/2002 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6b(3) u 6ċ(7) tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 2(1)(ċ) tar-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 449/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward l-iskema tal-għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta’ l-ikel [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1426/2002 [4], jistabbilixi d-dati tas-sena tas-suq għat-tin imqadded.

(2) Il-kriterji sabiex jiġu ffissati l-prezz minimu u l-ammont tal-għajnuna għall-produzzjoni huma stabbiliti rispettivament bl-Artikoli 6b u 6ċ tar-Regolament (KE) Nru 2201/96.

(3) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1573/1999 tad-19 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 rigward il-karatteristiċi tat-tin imqadded li jikkwalifika għall-għajnuna skond l-iskemital-għajnuna għall-produzzjoni [5], jistabbilixxi l-kriterji li l-prodotti jridu jissodisfaw sabiex jibbenefikaw mill-prezz minimu u l-ħlas tal-għajnuna.

(4) Għandhom għalhekk jiġu stabbiliti l-prezz minimu u l-għajnuna għall-produzzjoni għas-sena tas-suq 2003/2004.

(5) Il-miżuri pprovvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għas-sena tas-suq 2003/2004:

(a) il-prezz minimu għat-tin imqadded mhux ipproċessat riferit fl-Artiklu 6b tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandu jkun ta’ EUR 878,86 għal kull tunnellata metrika netta minn għand il-produttur;

(a) il-għajnuna għall-produzzjoni tat-tin imqadded riferita fl-Artiklu 6ċ tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 għandha tkun ta’ EUR 264,83 għal kull tunnellata metrika netta.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9.

[3] ĠU L 64, tas-6.3.2001, p. 16.

[4] ĠU L 206, ta’ l-4.8.2002, p. 4.

[5] ĠU L 187, tal-20.7.1999, p. 27.

--------------------------------------------------