32003R1438



Official Journal L 204 , 13/08/2003 P. 0021 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003

tat-12 ta' Awissu 2003

li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Komunità dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-utilizzazzjoni sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Kommuni tas-Sajd [1], u partikolarment l-Artikolu 11(5), l-Artikolu 12(2), l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(2) tagħha,

Billi:

(1) L-aġġustament tal-kapaċità għas-sajd tal-flotta tas-sajd tal-Komunità għandu jkun monitorjat sew biex ikun imqabbel mar-riżorsi disponibbli. Għal dak il-għan, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jippreskrivi numru ta' miżuri speċifiċi.

(2) Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 mill-Istati Membri, waqt li tittieħed konsiderazzjoni tal-parametri relevanti dwar il-maniġġjar tal-kapaċità tal-flotta, f'termini ta' tunnellaġġ (GT) u potenza (kW), prevvisti f'dak ir-Regolament kif ukoll fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2369/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2792/1999 li jippreskrivi regoli u arranġamenti dettaljati dwar għajnuna strutturali tal-Komunità fis-settur tas-sajd [2].

(3) Livelli ta' referenza għall-kapaċità tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti fl-1 ta' Jannar 2003 għall-flotta ta' kull Stat Membru, bl-eċċezzjoni tal-flotta tiegħu reġistrata fir-reġjuni l-aktar 'il bogħod.

(4) Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għall-aġġustament tal-livelli ta' referenza biex jitqiesu l-Artikolu 11(4) u (5), l-Artikolu 13(2) u, għal raġunijiet ta' trasparenza, l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u tal-kejl mill-ġdid tal-flotta tal-Komunità li jrid jintemm sa l-aħħar tas-sena 2003 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2930/86 tat-22 ta' Settembru li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd [3], kif emendat bir-Regolament Nru 3259/94 [4].

(5) Hu meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jivvalutaw jekk Stati Membri li jagħtu għajnuna għal tiġdid wara l-1 ta' Jannar 2003 ikunux iħarsu l-obbligu li jnaqqsu l-livell ta' referenza tagħhom ta' l-1 ta' Jannar 2003 bi 3 % wara l-1 ta' Jannar 2005.

(6) Talbiet mill-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni qabel il-31 ta' Diċembru 2002 biex iżidu l-objettivi tagħhom fir-Raba' Programm ta' Gwida Multiannwali (RPGM IV), kif prevvist fl- l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 [5], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 179/2002 [6], u l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE [7], kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/70/KE [8], għandhom jitqiesu meta approprjat fid-determinazzjoni ta' livelli ta' referenza.

(7) Hu meħtieġ li jkun stabbilit metodu ta' kalkolazzjoni biex issir stima dwar jekk Stati Membri jirregolawx l-entrati dwar dħul u ħruġ mill-flotot tas-sajd tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(8) Biex tiġi kkalkolata l-kapaċità kollha tal-flotta tas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 għandu jingħata trattament speċjali id-dħul fil-flotta ta' bastimenti li dwarhom deċiżjoni amministrattiva kienet ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002 fi qbil mal-leġislazzjoni applikabbli dak iż-żmien u skond is-sistema nazzjonali dwar dħul u ħruġ notifikata lill-Kummissjoni skond L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 97/413/KE, basta li dawk il-bastimenti jidħlu mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva ta' l-Istat Membru konċernat.

(9) Regoli dwar l-implimentazzjoni huma meħtieġa għal deċiżjonijiet mill-Istati Membri dwar l-eliġibilità ta' xogħolijiet ta' modernizzazzjoni biex itejjbu s-sigurtà, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, il-kwalità tal-prodott u l-iġjene fuq il-bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, biex tkun żgurata stima trasparenti u trattament ugwali għat-talbiet, waqt li jiġi evitat kull sforz akbar fis-sajd bħala riżultat ta' xogħolijiet bħal dawn.

(10) Żidiet fil-volum magħluq fuq il-gverta prinċipali ma jaffettwawx it-tunnellaġġ ta' bastimenti taħt il-15-il metru fit-tul kollu, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. Għalhekk, il-modernizzazzjoni ta' dawn il-bastimenti 'il fuq mill-gverta prinċipali ma tiġix meqjusa fl-adattament tal-livelli ta' referenza skond l-Artikolu11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(11) Hu meħtieġ li jiġu preskritti regoli ta' implimentazzjoni biex ikun żgurat li regoli u proċeduri ċari ikunu stabbiliti għall-mod kif data jiġu trasmessi mill-Istati Membri għal ġo r-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u jkunu meħtieġa regoli ġodda ta' validazzjoni biex jiggarantixxu l-kwalità u l-kredibilità ta' dawn id-data.

(12) Ir-rapporti annwali u s-sommarju tagħhom magħmul mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 għandhom jagħtu stampa ċara ta' l-ekwilibriju bejn il-kapaċità tal-flotta tas-sajd u l-opportunitajiet għas-sajd.

(13) Il-Kumitat ta' Ġestjoni għas-Sajd u l-Akwakultura ma tax opinjoni dwar il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament fiż-żmien preskritt mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

GĦAN U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli ta' implimentazzjoni għall-Kapitolu li jirrigwarda l-Politika dwar il-Flotta tar-Regolament (KE) Nru 23171/2002. Għandu japplika għall-kapaċità għas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità ħlief dawk il-bastimenti li huma:

(a) użati esklussivament għall-akwakultura kif imfisser fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999, jew

(b) reġistrati fl-iktar reġjuni imbiegħda ta' Franza, il-Portugall u Spanja kif indikat fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1. "GTa" jew "it-tunnellaġġ kollu ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002": ifissru it-tunnellaġġ kollu ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u u d-data li għaliha jkun ikkalkolat il-GTt. Fil-formola dwar il-livell ta' referenza fit-tunnellaġġ fl-Artikolu 4 dan il-valur jitqies biss għall-ammont ta' kapaċità li kien eċċeda t-tnaqqis ta' tunnellaġġ meħtieġ għall-konformità mal-livelli ta' referenza fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

2. "GTS" jew "iż-żidiet fit-tunnellaġġ totali mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002": ifissru ż-żidiet fit-total tat-tunnellaġġ mogħtija skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u rreġistrati qabel d-data li għaliha ġie kkalkolat il-GTt;

3. "ΔR(GT-GRT)" jew "l-aġġustament fl-objettivi globali finali ta' l-RPGM": ifissru l-aġġustament fl-objettivi globali finali ta' l-RPGM IV espress f'tunnellaġġ bħala riżultat tal-kompletar tal-kejl mill-ġdid tal-flotta f'tunnellaġġ GT skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86;

4. "GT100" jew "it-tunnellaġġ totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002": ifissru t-total tat-tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li daħlu fil-flotta bejn l-1 ta' Jannar 2003 u d-data li għaliha ġie kkalkolat il-GTt, u li dwaru deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru konċernat kienet ittieħdet wara l-31 ta' Diċembru 2002;

5. "kWa" jew "il-potenza totali ta' bastimenti li ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002": ifissru l-potenza totali ta' bastimenti li ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2003 u d-data li għaliha jkun ikkalkolat il-kWt. Fil-formola dwar il-livell ta' referenza f'potenza fl-Artikolu 4 dan il-valur jitqies biss għall-ammont ta' kapaċit_ li tkun eċċediet it-tnaqqis ta' potenza meħtieġa għall-konformità mal-livelli ta' referenza skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

6. "kW100" jew "il-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002": ifissru l-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li daħlu fil-flotta bejn l-1 ta' Jannar 2003 u d-data li li għaliha ġie kkalkolat il-kWt, u li għaliha deċiżjoni amministrattiva biex tingħata għajnuna kienet ittieħdet wara l-31 ta' Diċembru 2002.

7. "GTt": tfisser it-tunnellaġġ totali tal-flotta, ikkalkolat f'data speċifika wara l-1 ta' Jannar 2003;

8. "Δ(GT-GRT)" jew "ir-riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta": ifissru d-differenza bejn il-kapaċità totali f'termini ta' tunnellaġġ tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003 u l-istess valur li jkun reġa' ġie kkalkolat darba li l-kejl mill-ġdid tal-flotta kien kompletat skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86;

9. "kWt": tfisser il-potenza totali tal-flotta kkalkolata fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003;

10. "gverta prinċipali": tfisser il-"gverta ta' fuq" kif definita fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kejl tat-Tunellaġġ tal-Bastimenti, 1969.

KAPITOLU II

LIVELLI TA' REFERENZA GĦAL FLOTOT TAS-SAJD

Artikolu 3

L-Iffissar ta' livelli ta' referenza

Il-livelli ta' referenza f'tunnellaġġ (GT) u potenza (kW) għal kull Stat Membru fl-1 ta' Jannar 2003 kif imsemmijin fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, ħlief dawk għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma preskritti fl-Anness I.

Artikolu 4

Monitoraġġ ta' livelli ta' referenza

1. Bla ħsara għall-Artikolu 5, għal kull Stat Membru il-livell ta' referenza f'tunnellaġġ fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)t) għandu jkun ugwali għall-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness 1 fl-1 ta' Jannar 2003 (R(GT)03) aġġustat:

(a) bit-tnaqqis tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li jkunu ħarġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 (GTa);

(b) u biż-żieda

(i) taż-żidiet fit-total ta' tunnellaġġ mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament Nru 2371/2002 (GTS);

(ii) ta' l-aġġustament fl-objettivi globali finali ta' l-RPGM bħala riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta (ΔR(GT-GRT)).

Dawk il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja:

R

=

RGT03 - GTa + GTS + ΔRGT-GRT

R

=

RGT03 - GTa - 0,35GT100 + GTS + ΔRGT-GRT

2. Bla ħsara għall-Artikolu 5, għal kull Stat Membru il-livell ta' referenza ta' potenza fi kwalunkwe data wara l-1 ta' Jannar 2003 għandu jkun ugwali għal-livell ta' referenza għal dak l-Istat Membru preskritt fl-Anness 1 fl-1 ta' Jannar 2003 (kWa).

Dawk il-livelli ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-formola li ġejja:

R

=

RkW03 - kWa

R

=

RkW03 - kWa - 0,35kW100

Artikolu 5

Tiġdid tal-flotta b'għajnuna pubblika

1. Bla ħsara għall-Artikolu 4, għal kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti għajnuna għal tiġdid tal-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 il-livelli ta' referenza f'tunnellaġġ fl-1 ta' Jannar 2005 (R(GT)05) għandhom ikunu ugwali jew inqas minn 97 % tal-livell ta' referenza fl-1 ta' Jannar 2003 għal dak l-Istat Membru preskritti fl-Anness 1 kif aġġustat biż-żieda:

(a) taż-żidiet ta' tunnellaġġ mogħtija skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (GTS):

(b) ta' l-aġġustament fl-objettivi globali finali ta' l-RPGM bħala riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta (ΔR(GT-GRT)).

Dawk il-livelli ta' referenza għandhom jikkonformaw mal-formola li ġejja:

R

0,97RGT03 + GTS + ΔRGT-GRT

2. Bla ħsara għall-Artikolu 4, għal kull Stat Membru li jiddeċiedi li jagħti għajnuna għal tiġdid tal-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 il-livelli ta' referenza ta' potenza fl-1 ta' Jannar 2005 (R(kW)05) għandhom ikunu ugwali jew inqas minn 97 % tal-livell ta' referenza fl-1 ta' Jannar 2003 għal dak l-Istat kif preskritt fl-Anness 1.

Dawk il-livelli ta' referenza għandhom jikkonformaw mal-formola li ġejja:

R

≤ 0,97R

kW03

KAPITOLU III

AMMINISTRAZZJONI TA' DĦUL U ĦRUĠ

Artikolu 6

Kapaċità tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003

Għall-finijiet ta' l-Artikolu 7 il-kapaċità għas-sajd f'termini ta' tunnellaġġ (GT03) u potenza (kW03) fl-1 ta' Jannar 2003 għandha tkun determinata waqt li jitqies, skond l-Anness II, id-dħul ta' bastimenti li jkun bażat fuq deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru konċernat li tkun ittieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002 bi qbil mal-leġislazzjoni applikabbli f'dak iż-żmien, u partikolarment skond is-sistema ta' dħul/ħruġ notifikata lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 97/413/KE, u li jseħħ mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-deċiżjoni amministrattiva.

Artikolu 7

Monitoraġġ ta' dħul u ħruġ

1. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 kull Stat Membru għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'tunnellaġġ (GTt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (GT03) kif aġġustata:

(a) billi jitnaqqsu:

(i) it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta b'għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002 (GTa);

(ii) 35 % tat-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti b'aktar minn 100 Gt li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (GT100):

(b) billi jiżdiedu

(i) iż-żidiet fit-total ta' tunnellaġġ skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 (GTS);

(ii) ir-riżultat tal-kejl mill-ġdid tal-flotta (Δ(GT-GRT)).

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

GT

GT03 - GTa - 0,35GT100 + GTS + ΔGT-GRT

2. Biex jitħares l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat Membru għandu jiżgura li f'kull ħin il-kapaċità għas-sajd f'potenza (kWt) hi ugwali jew inqas mill-kapaċità għas-sajd fl-1 ta' Jannar 2003 (kW03) kif aġġustata billi jitnaqqsu:

(a) il-potenza totali ta' bastimenti li joħorġu mill-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kWa);

(b) 35 % tal-potenza totali ta' bastimenti b'aktar minn 100 GT li jidħlu fil-flotta b'għajnuna pubblika mogħtija wara l-31 ta' Diċembru 2002 (kW100).

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-formola li ġejja tkun imħarsa:

kW

kW03 - kWa - 0,35kW100

KAPITOLU IV

ŻIEDA FIT-TUNNELLAĠĠ BIEX TIŻDIED IS-SIGURTÀ ABBORD, IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL, L-IĠJENE U L-KWALITÀ TAL-PRODOTT

Artikolu 8

Eliġibilità ta' talbiet għal żieda fit-tunnellaġġ

Talba għal żieda fit-tunnellaġġ ta' bastiment skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandha tiġi kunsidrata bħala eliġibbli bla ħsara għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-bastiment ma jkunx diġà ġie mogħti żieda fit-tunnellaġġ skond dawk id-disposizzjonijiet;

(b) il-bastiment għandu tul totali ta' 15 m jew aktar;

(ċ) l-età tal-bastiment, kkalkolata bħala d-differenza bejn id-data li tkun waslet l-applikazzjoni u d-data li jkun daħal fis-servizz kif imfisser fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2930/86, hi għall-inqas ħames snin;

(d) iż-żieda fit-tunnellaġġ tkun ir-riżultat ta' xogħolijiet ta' modernizzazzjoni li jridu jsiru bl-għan li jittejjbu s-sigurtà abbord, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-iġjene jew il-kwalità tal-prodott:

(e) ix-xogħolijiet imsemmija fil-punt (d) ma jżidux il-volum taħt il-gverta prinċipali;

(f) ix-xogħolijiet imsemmija fil-punt (d) ma jirriżultawx f'volum miżjud fl-istivi tal-ħut jew fit-tagħmir tas-sajd.

Artikolu 9

Responsabbiltajiet ta' l-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu stima tat-talbiet għal żieda fit-tunnellaġġ u jiddeċiedu jekk humiex eliġibbli skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 8.

2. L-Istati Membri għandhom iżommu inkartament għal kull bastiment li dwaru deċiżjoni dwar żieda fit-tunnellaġġ skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tkun ittieħdet. Dak l-inkartament għandu jinkludi l-informazzjoni teknika kollha użata fl-istima tat-talba ta' l-Istat Membru. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu dawn l-inkartamenti disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba bla telf ta' żmien.

KAPITOLU V

ĠBIR TA' INFORMAZZJONI

Artikolu 10

Ġbir ta' informazzjoni mill-Istat Membru u l-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

1. Kull Stat Membru għandu jiġbor informazzjoni dwar:

(a) kull dħul jew ħruġ mill-flotta;

(b) kull modernizzazzjoni ta' xi bastiment li taffettwa l-kapaċità għas-sajd.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw għall-inqas l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a) in-numru intern u l-isem tal-bastiment;

(b) il-kapaċità għas-sajd tal-bastiment f'GT u kW;

(ċ) il-port ta' reġistrazzjoni tal-bastiment;

(d) in-natura u d-dati tal-ġrajjiet li ġejjin:

(i) il-ħruġ (e.g. ir-rimi, esportazzjoni, trasferiment lil Stat Membru ieħor, intrapriża bejn diversi, trasferiment għal xi attività oħra),

(ii) id-dħul (e.g. kostruzzjoni, importazzjoni, trasferiment minn Stat Membru ieħor, trasferiment minn xi attività oħra), jew

(iii) modernizzazzjoni, li tgħid jekk hijiex għal raġunijiet ta' sigurtà skond l-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(e) jekk il-ġrajja hijiex sostnuta b'għajnuna pubblika;

(f) jekk approprjat, id-data tad-deċiżjoni amministrattiva mill-Istat Membru biex jagħti dik l-għajnuna;

(g) fil-każ ta' modernizzazzjoni, il-modifika tal-potenza (f'kW), il-modifika fit-tunnellaġġ (f'GT) 'il fuq u 'l isfel mill-gverta prinċipali.

3. Sakemm tiġi adottata l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet previsti fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, l-Istati Membri għandhom jgħaddu l-informazzjoni li tmur lil hinn mill-iskop tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità preżenti kif imfisser bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 [9] f'forma elettronika.

KAPITOLU VI

BDIL TA' INFORMAZZJONI U RAPPORT ANNWALI

Artikolu 11

Bdil ta' informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni l-informazzjoni relatata ma' l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità li għandha x'taqsam mal-politika dwar il-flotta u li tinkludi li ġej:

(a) regoli u istrumenti nazzjonali ta' implimentazzjoni li jiżguraw konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) proċeduri amministrattivi dwar monitoraġġ u sorveljanza u informazzjoni li jinvolvu lill-awtoritajiet;

(ċ) informazzjoni dwar żvilupp fil-kapaċità tal-flotta, partikolarment dwar ħruġ lura u tiġdid b'għajnuna pubblika;

(d) pjanijiet dwar tnaqqis mill-flotta biex ikun hemm konformità mal-livelli ta' referenza meta approprjat;

(e) informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-kapaċità tal-flotta fl-iżjed reġjuni imbiegħda fejn għandhom x'jaqsmu trasferimenti ta' bastimenti bejn il-medda l-kbira tal-pajjiż u r-reġjuni l-aktar imbiegħda;

(f) informazzjoni dwar l-impatt fuq il-kapaċità tal-flotta dwar skemi ta' limitazzjoni ta' sforzi, partikolarment meta jkunu jiffurmaw parti minn pjan ta' rkupru jew pjan ta' tmexxija għal numru ta' snin;

(g) kull informazzjoni oħra meqjusa relevanti u siewja għall-iskop ta' bdil ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi bejn l-Istati Membri.

Artikolu 12

Rapport annwali

1. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni sat-30 ta' April ta' kull sena, f'forma elettronika, rapport dwar l-isforzi tiegħu fis-sena ta' qabel biex jikseb bilanċ sostenibbli bejn il-kapaċità għas-sajd u l-opportunitajiet għas-sajd.

2. Fuq il-bażi tad-data fir-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità u informazzjoni fir-rapporti riċevuti skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju u tippreżentah lill-Kumitat Xjentifiku Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u lill-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura stabbiliti skond l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, qabel il-31 ta' Lulju ta' kull sena.

Dawk iż-żewġ kumitati għandhom jgħaddu l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena.

3. Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tibgħat is-sommarju flimkien mar-rapporti mehmużin miegħu ta' l-Istati Membri lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' l-opinjonijiet tal-kumitati msemmijin fil-paragrafu 2.

Artikolu 13

Informazzjoni li għandu jkun hemm fir-Rapporti Annwali

1. Ir-rapporti mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 12 għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) deskrizzjoni tal-flotot tas-sajd f'relazzjoni mas-sajd: żvilupp(i) matul is-sena ta' qabel, inkluż sajd kopert minn pjanijiet ta' tmexxija jew irkupru għal numru ta' snin;

(b) l-impatt fuq il-kapaċità għas-sajd ta' skemi għal tnaqqis ta' sforzi fis-sajd adottati skond pjanijiet ta' tmexxija jew ta' rkupru għal numru ta' snin jew, jekk approprjat, skond skemi nazzjonali;

(ċ) informazzjoni dwar il-konformità ma' l-iskema dwar dħul/ħruġ u mal-livell ta' referenza;

(d) rapport fil-qosor dwar il-punti ta' dgħufija u saħħa fis-sistema tal-maniġġjar tal-flotta flimkien ma' pjan dwar titjib u informazzjoni dwar il-livell ġenerali ta' konformità ma' dokumenti ta' politika dwar il-flotta:

(e) kull informazzjoni dwar tibdil fi proċeduri amministrattivi li għandu x'jaqsam mal-maniġġjar tal-flotta.

2. Ir-rapporti mill-Istati Membri m'għandhomx ikunu itwal minn 10 paġni.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Awissu 2003.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

[2] 2 ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 49.

[3] ĠU L 274, tal-25.09.1986, p. 1.

[4] ĠU L 339, tad-29.12.1994, p. 11.

[5] ĠUL 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[6] ĠUL 31, 01.02.2002, p. 25.

[7] ĠU L 175, 03.07.1997, p. 27.

[8] ĠU L 31, 01.02.2002, p. 77.

[9] ĠU L 266, 01.10.1998, p. 27.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LIVELLI TA' REFERENZA MINN STATI MEMBRI [1]

Stat Membru | Livelli ta' referenza 1 ta' Jannar 2003 |

R(GT)03 | R(kW)03 |

Il-Belġju | 23372 | 67857 |

Id-Danimarka | 132706 | 459526 |

Il-Ġermanja | 84262 | 175927 |

Il-Greċja | 119910 | 653497 |

Spanja (eskluża l-kapaċità reġistrata fil-Gżejjer Kanari fil-31 ta' Diċembru 2002) | 728344 | 1671739 |

Franza (esklużi l-objettivi ta' l-RPGM għas-segmenti tad-Dipartimenti Barranin Franċiżi) | 230257 | 920969 |

L-Irlanda | 86981 | 230226 |

L-Italja | 229862 | 1338971 |

L-Olanda | 213139 | 527067 |

Il-Portugall (esklużi l-objettivi ta' l-RPGM IV għas-segmenti ta' l-Azores u Madeira) | 171502 | 412025 |

Il-Finlandja | 23203 | 216195 |

L-Isvezja | 51993 | 261028 |

Ir-Renju Unit | 286120 | 1129194 |

Total | 2381651 | 8064221 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

REGOLI GĦALL-KALKOLAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ GĦAS-SAJD F'TERMINI TA' TUNNELLAĠĠ (GT 03) U POTENZA (kW03) FL-1 TA' JANNAR 2003

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

1. GTFR: tfisser il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003 f'termini ta' tunnellaġġ kif ikkalkolata fuq il-bażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità;

2. GT1: tfisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 b'għajnuna pubblika fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002, li minnu kapaċità assoċjata ittieħdet lura mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002;

3. GT2: tfisser it-tunnellaġġ totali ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 b'għajnuna pubblika bażat fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2002 u t-30 ta' Ġunju 2002 f'segment ta' l-RPGM IV li ma kienx jikkonforma ma' l-objettivi tiegħu, li minnu jsir irtirar ta' kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika wara l-31 ta' Diċembru 2002;

4. GT3: tfisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 mingħajr għajnuna pubblika bażat fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002, li minnu kapaċità assoċjata ttieħdet lura mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002;

5. GT4: tfisser it-total ta' tunnellaġġ ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 mingħajr għajnuna pubblika bażat fuq deċiżjoni amministrttiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2001 f'segment ta' l-RPGM li ma kienx jikkonforma ma' l-objettivi tiegħu, li minnu l-irtirar ta' kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika iseħħ wara l-31 ta' Diċembru 2002;

6. kWFR: tfisser il-kapaċità għas-sajd tal-flotta fl-1 ta' Jannar 2003 f'termini ta' potenza kif kalkolata fuq il-bażi tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità;

7. kW1: tfisser il-potenza totali ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 b'għajnuna pubblika bażata fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002, li dwarha kapaċità assoċjata ġiet irtirata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002;

8. kW2: tfisser il-potenza totali ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 b'għajnuna pubblika bażata fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2002 u t-30 ta' Ġunju 2002 f'segment ta' l-RPGM IV li ma kienx jikkonforma ma' l-objettivi tiegħu, li minnu kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika isseħħ wara l-31 ta' Diċembru 2002;

9. kW3: tfisser il-potenza totali ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Jannar 2002 mingħajr għajnuna pubblika fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002, li minnha kapaċità assoċjata ġiet irtirata mingħajr għajnuna pubblika bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2002;

10. kW4: tfisser il-potenza totali ta' bastimenti li daħlu fil-flotta wara l-31 ta' Diċembru 2002 b'għajnuna pubblika bażata fuq deċiżjoni amministrattiva li ttieħdet bejn l-1 ta' Jannar 2000 u l-31 ta' Diċembru 2001 f'segment ta' l-RPGM IV li ma kienx jikkonforma ma l-objettivi tiegħu, li dwarha kapaċità assoċjata mingħajr għajnuna pubblika isseħħ wara l-31 ta' Diċembru 2002.

Il-kapaċità għas-sajd tal-flotta espressa f'termini ta' tunnellaġġ GT03 u potenza kW03, kif imfisser fl-Artikolu 6, għandha tiġi kalkolata bil-formoli li ġejjin:

GT

=

kW

=

--------------------------------------------------