32003R1422



Official Journal L 202 , 09/08/2003 P. 0007 - 0007


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1422/2003

tat-8 ta' Awissu 2003

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1175/2003 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2001 u (KE) Nru 2805/95, rispettivament, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 fir-rigward ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi fi prodotti fis-settur ta' l-inbid u li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjonijiet fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u partikolarment l-Artikoli 63 u 64 tiegħu,

Billi:

(1) Hemm żball fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1175/2003 [3]. Dak l-iżball għandu għalhekk jiġi kkoreġut.

(2) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1175/2003 hu hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

"Il-liċenzji għall-esportazzjoni li diġà ġew maħruġa, inkluż l-istabbilixximent minn qabel tar-rifużjoni, għandhom ikunu validi għall-esportazzjonijiet lir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja mwettqin sal-31 ta' Mejju 2003 biss. Is-sigurtà msejħa fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001 għandha tkun irrilaxxata f'mod proprzjonali għall-kwantitajiet mhux użati."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Awissu 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.99, pġ. 1.

[2] ĠU L 122, tas-16.5.3, pġ. 1.

[3] ĠU L 164, tat-2.7.3, pġ. 8.

--------------------------------------------------