32003R1342



Official Journal L 189 , 29/07/2003 P. 0012 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003

tat-28 ta' Lulju 2003

li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' ċereali u ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-cereali [1], kif emendat l-aħħar darba minn Regolament (KE) Nru 1104/2003 [2], u partikolarment bl-Artikolu 9(2) u bl-Artikolu 13(11) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 3072/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross [3], kif emendat l-aħħar darba mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 411/2002 [4], u partikolarment bl-Artikolu 9(2) u bl-Artikolu 13 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 tat-23 ta' Mejju 1995 jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi għall-importazzjoni u l-esportazzjoni taċ-ċereali u tar-ross [5] li ġew emendati sostanzjalment diversi drabi [6]. Dan ir-Regolament għandu jiġi kkodifikat biex ma jkunx hemm dubji u jkun ċar u razzjonali.

(2) Minħabba li jeżistu prattiċi speċifici għall-kummerċ taċ-ċereali u tar-ross, iridu jiżdiedu dispożizzjonijiet jew derogi mar-regoli għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jagħtu regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni u ta' ċertifikati iffissati minn qabel għall-prodotti agrikoli [7], kif ġie emendat l-aħħar darba bir-Regolament (KEE) Nru 325/2003 [8].

(3) Fil-każ ta' sejħiet għall-offerti għal xogħol bl-appalt għall-esportazzjoni ta' provvisti b'intervenzjoni, il-liċenzi għandhom jispeċifikaw il-kwantitajiet u d-destinazzjonijiet li jinħarġu għalihom u għandhom isiru d-disposizzjonijiet biex id-dettalji speċjali jintwerew fuq il-liċenzi ta' l-esportazzjoni, partikolarment fil-każ ta' sejħa għall-offerti għal rifużjoni ta' l-esportazzjoni ta' affarijiet ta' l-ikel komposti b'bażi ta' ċereali u fil-każ ta' fl-iffissar minn qabel ta' taxxi għall-esportazzjoni.

(4) Iż-żmien ta' validità tal-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni ta' diversi prodotti għandu jiġi ffissat skond il-bżonnijiet tas-suq u l-ħtieġa ta' amministrazzjoni tajba. Minħabba l-kompetizzjoni fis-suq dinji għandu jingħata żmien twil u speċjali ta' validità għall-esportazzjoni tax-xgħir, li madankollu jiskadi fit-30 ta' Settembru fil-każ ta' liċenzi maħruġa qabel l-1 ta' Lulju sabiex ma jsirux rabtiet għall-esportazzjoni għas-sena l-ġdida tal-kummerċ qabel il-bidu tal-ħsad tax-xgħir.

(5) Minħabba r-riskju li ċerti liċenzi jinħarġu għal kwantitajiet eċċessivament għolja, għandhom isiru disposizzjonijiet sabiex jingħata perjodu ta' riflessjoni ta' tlett ijiem qabel attwalment tinħareġ il-liċenza ta' l-esportazzjoni għal ċereali u ħafna mill-prodotti proċessati taċ-ċereali, minbarra fil-każ ta' l-esportazzjoni li ssir b'mod mhux kummerċjali biex tipprovdi għajnuna komunitarja jew nazzjonali, jew f'każ ta' ċertu provisti użati minn aġenziji umanitarji.

(6) Id-deċizjoni tal-Kummissjoni li ma taċċettax l-applikazzjoni għal ċertifikat ta' l-esportazzjoni wara l-perjodu ta' riflessjoni ta' tlett ijiem tista' f'xi każijiet tfixkel il-kontinwazzjoni fil-provvista ta' prodotti anke fil-każ fejn dawn il-prodotti huma bżonjużi regolarment.. L-operaturi li jitolbu l-opportunità li jiksbu liċenza ta' l-importazzjoni mingħajr rifużjoni għandhom jingħataw din l-opportunità, bil-patt li jkun hemm ċertu kondizzjonijiet speċjali marbuta ma' l-użu ta' liċenzi ta' dan it-tip.

(7) Ċertu disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzi ta' l-esportazzjoni għal ċertu prodotti in konnessjoni mas-sejħa għall-offerti għal xogħol bl-appalt għal importazzjoni f'pajjiżi terzi, għandhom isiru aktar ristretti u b'hekk aktar konformi mal-prattika kommerċjali fin-negozju taċ-ċereali.

(8) Minħabba l-kompetizzjoni fis-suq dinji taċ-ċereali u tar-ross, għandhom isiru d-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex il-liċenzi ta' l-esportazzjoni jingħataw għall-prodotti prinċipali, fosthom il-qamħ ta' l-Awstralja, bi żmien ta' validità speċjali u għal kwantitajiet minimi relattivament kbar, bi kwantitajiet minimi aktar vantaġġużi għall-esportazzjoni lejn l-istati ta' l-Afrika, il-Karibew u l-Pacifiku (ACP). Il-liċenzi għandhom jinħarġu taħt ċerti kondizzjonijiet fosthom dawk dwar il-preżentazzjoni tal-kuntratt tal-kunsinna lill-aġenzija kompetenti fi żmien speċifiku.

(9) Il-garanziji tas-sigurtà li jingħataw fuq il-liċenzi ta' importazzjoni u esportazzjoni għanhom jiġu ffissati f'livelli differenti għal gruppi ta' prodotti diversi skond il-varjazzjoni possibbli tar-rifużjoni jew tat-taxxa ta' l-esportazzjoni waqt iż-żmien ta' validità tal-liċenzi. Għandu jingħata trattament preferenzali fir-rispett ta' kunsinni lejn Stati ta' l-ACP.

(10) Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni applikabbli għandhom ikunu speċifikati f'każijiet fejn iż-żmien ta' validità tal-liċenzi jiġu estizi bħala riżultat ta' forza maġġuri skond l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

(11) Il-miżuri disposti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzi għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni introdotti skond:

(a) l-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92;

(b) l-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KE) Nru 3072/95.

Artikolu 2

1. Fil-każ fejn l-applikazzjonijiet għall-esportazzjoni jiġu mogħtija wara sejħa għall-offerti għal xogħol bl-appalt maħruġa skond l-artikolu 7 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 [9], il-liċenzi għandhom jinħarġu biss għall-kwantitajiet li għalihom l-applikanti jkunu kisbu l-kuntratti.

Il-liċenzi ta' l-esportazzjoni ikunu validi għall-kwantitajiet mhux aktar minn dawk indikati fit-taqsima 17. Il-figura "0" għandha titniżżel fit-taqsima 19.

2. L-applikazzjonijiet għal-liċenżji ta' l-esportazzjoni kif previst fl-Artikolu 8(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2131/93 għandhom juru d-destinazzjoni rilevanti fit-taqsima 7. Id-detenturi ta' dawn il-liċenzi għandhom ikunu marbuta li jesportaw il-prodotti msemmija għal dik id-destinazzjoni.

Il-pajjiżi kollha li għalihom tapplika l-istess rata ta' rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew ta' taxxa għandhom jiġu kkunsidrati bħala destinazzjoni waħda.

Artikolu 3

1. Meta r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni jkunu ġew deċiżi minn min ħareġ l-offerti, ir-rata tar-rifużjoni li tidher fil-prospett ta' l-għoti tal-kuntratti għandha titniżżel b'ittri u numri fit-taqsima 22 tal-liċenzi Din ir-rata għandha tkun f'ewros u quddiemha għandu jkun hemm waħda minn dawn li ġejjin:

- Tipo de la restitución de base a la exportación adjudicado

- Tilslagssats for basiseksportrestitutionen

- Zugeschlagener Satz der Grundausfuhrerstattung

- Ποσοστό της κατακυρωθείσας επιστροφής βάσεως κατά την εξαγωγή

- Tendered rate of basic export refund

- Taux de la restitution de base à l'exportation adjugé

- Tasso della restituzione di base all'esportazione aggiudicato

- Gegunde basisrestitutie bij uitvoer

- Taxa de restituição de base à exportação adjudicada

- Tarjouskilpailutetun perusvientituen määrä

- Anbudssats för exportbidrag.

2. Fejn it-taxxi ta' l-esportazzjoni jiġu deċiżi minn min joħroġ l-offerta, ir-rata tat-taxxa li tidher fil-prospett ta' l-għoti tal-kuntratti għandha titniżżel b'ittri u numri fit-taqsima 22 tal-liċenzi. Din ir-rata għandha tkun f'ewros u quddiemha għandu jkun hemm waħda minn dawn li ġejjin:

- Tipo del gravamen a la exportación adjudicado

- Tilslagssats for eksportafgiften

- Zugeschlagener Satz der Ausfuhrabgabe

- Ύψος φόρου κατά την εξαγωγή

- Tendered rate of export tax

- Taux de la taxe à l'exportation adjugé

- Aliquota della tassa all'esportazione aggiudicata

- Gegunde belasting bij uitvoer

- Taxa de exportação adjudicada

- Tarjouskilpailutetusta viennistä kannettavan maksun määrä

- Anbudssats för exportavgift.

Artikolu 4

1. Minkejja l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 11010015, 110220, 11031110 u 110313, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni jistgħu jindikaw prodotti li jaqgħu taħt żewġ suddiviżjonijiet bi 12-il numru mis-sottotitoli msemmija hawn fuq.

IEVEŠANAS ATLAUJU DERIGUMA TERMINŠ

kategorija 1: | 110811009200110811009300 |

kategorija 2: | 110812009200110812009300 |

kategorija 3: | 110813009200110813009300 |

kategorija 4: | 110819109200110819109300 |

kategorija 5: | 170230519000170230919000170290509100 |

kategorija 6: | 170230599000170230999000170240909000170290509900 |

Is-suddiviżjonijiet bi 12-il numru li jidhru fl-applikazzjonijiet għandhom jidhru fil-liċenzi ta' l-esportazzjoni.

2. Minkejja l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053 li jikkonsistu f'inqas minn 50 % tal-piż fi prodotti tal-ħalib, l-applikazzjonijiet għal-liċenżja ta' l-esportazzjoni għandhom juru dan li ġej:

(a) fit-taqsima 15, id-deskrizzjoni tal-prodotti u l-kodiċi bi 12-il numru; f'każ ta' prodotti li jidħlu taħt żewg suddiviżjonijiet simili jew aktar, l-esportatur jista' juri in-nomenklatura tar-rifużjoni bi 12-il numru, u f'dak il-każ f'sezzjoni 15 għandu jiġi indikat dan li ġej: preparazzjonijiet użati għall-ikel ta' l-annimali li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1517/95;

(b) fit-taqsima 16, ir-referenza 2309;

(ċ) fit-taqsima 17 u 18, il-kwantità totali ta' oġġetti ta' l-ikel li ser jiġu esportati;

(d) fit-taqsima 20, il-kontenut tal-prodotti taċ-ċereali irid jiġi inkorporat ma' l-oġġetti ta' l-ikel totali jekk dan huwa magħruf, u ssir distinzjoni bejn il-qamħirrum u ċereali oħra; inkella, jekk tiġi użata d-disposizzjoni msemmija f'punt (a) annotat fit-taqsima 15 b'referenza li tispeċika żewġ suddiviżjonijiet jew aktar, il-parentesi turi l-kwantitajiet ta' qamħirrum u ċereali oħra inkorporati.

Id-dettalji inklużi fl-applikazzjonijiet għandhom jintwerew fuq il-liċenzi ta' l-esportazzjoni.

Artikolu 5

Kif previst fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1501/95 [10] u l-Artikolu 16(10) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, it-taqsima 22 tal-liċenżji ta' l-esportazzjoni għandha turi waħda minn dawn li ġejjin:

- Gravamen a la exportación no aplicable

- Eksportafgift ikke anvendelig

- Ausfuhrabgabe nicht anwendbar

- Μη εφαρμοζόμενος φόρος κατά την εξαγωγή

- Export tax not applicable

- Taxe à l'exportation non applicable

- Tassa all'esportazione non applicabile

- Uitvoerbelasting niet van toepassing

- Taxa de exportação não aplicável

- Vientimaksua ei sovelleta

- Exportavgift icke tillämplig.

Artikolu 6

1. Il-liċenzi ta' l-importazzjoni għal prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tar-regolament (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom ikunu validi mid-data li fihom jinħarġu skond l-artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sad-data tat-tmiem tal-validità kif stabbiliti fl-Anness I ma' dar-Regolament.

2. Meta jkun stabbilit żmien ta' validità speċjali għal-liċenzi ta' l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw jew importati minn ċertu pajjiżi terzi, taqsimiet 7 u 8 ta' l-applikazzjonijiet tal-liċenzi u tal-liċenzi nfushom għandhom jispeċifikaw il-pajjiż jew pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin u l-pajjiż jew pajjiżi ta'oriġini. Il-liċenzi għandhom jobbligaw li l-importazzjoni ssir minn dak il-pajjiż jew dawk il-pajjiżi.

Artikolu 7

1. Il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom ikunu validi mid-data li fiha jinħarġu skond l-artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sat-tmiem tal-perjodu ta' validità kif stabbilit fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

2. Minkejja paragrafu 1, il-validità tal-liċenzi ta' l-esportazzjoni li huma taħt il-kodiċi NM 1702 30, 1702 40, 1702 90 u 2106 90 li ssir applikazzjoni għalihom qabel il-25 ta' Ġunju ta' kull sena tal-kummerċ għandhom jiskadu fit-30 ta' Ġunju. Għall-applikazzjonijiet magħmula mis-26 ta' Ġunju sat-30 ta' Settembru tas-sena tal-kummerċ ta' wara, il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għall-prodottti msemmija hawn fuq għandha tkun valida għal 30 ġurnata minn meta tinħareġ, kif previst fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

Għal-liċenżji li jintalbu sal-25 ta' Ġunju, l-formalitajiet ta' l-esportazzjoni tad-dwana għal-liċenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitlestew sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena tal-kummerċ. Għall-istess tip ta' liċenzi li jintalbu bejn is-26 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru tas-sena tal-kummerċ ta' wara, il-formalitajiet ta' l-esportazzjoni tad-dwana għandhom jitlestew qabel 30 jum wara d-data tal-ħrug.

Dawk it-termini perentorji jgħoddu wkoll għall-formalitjiet imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 [11] għall-prodotti mpoġġija taħt l-arranġamenti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [12] li jaqgħu taħt dawk il-liċenzi.

Fit-taqsima 22 ta' dawk il-liċenzi għandha titniżżel waħda minn dawn li ġejjin:

- Limitación establecida en apartado 2 del artículo 7 del Reglamento (CE) no 1342/2003

- Begrænsning, jf. artikel 7, stk. 2, l-i forordning (EF) nr. 1342/2003

- Kürzung der Gültigkeitsdauer nach Artikel 7 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1342/2003

- Περιορισμός που προβλέπεται στο άρθρο 7 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1342/2003

- Limitation provided in Article 7(2) of Regulation (EC) No 1342/2003

- Limitation prévue à l'article 7, paragraphe 2, du règlement (CE) no 1342/2003

- Limitazione prevista all'articolo 7, paragrafo 2, del regolamento (CE) n. 1342/2003

- Beperking als bepaald in artikel 7, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1342/2003

- Limitação estabelecida no n.o 2 do artigo 7.o do Regulamento (CE) n.o 1342/2003

- Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 7 artiklan 2 kohdassa säädetty rajoitus

- Begränsning enligt artikel 7.2 i förordning (EG) nr 1342/2003.

3. Minkejja paragrafu 1, fuq talba ta' l-operatur, il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għal prodotti li huma taħt il-kodiċi NM 11071019, 11071099 u 11072000 għandhom ikunu validi mid-data tal-ħruġ skond l-artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, sa:

(a) it-30 ta' Settembru ta' dik l-istess sena kalendarja, meta jinħarġu bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' April;

(b) it-tmiem tal-11-il xahar wara d-data tal-ħruġ, meta jinħarġu bejn l-1 ta' Lulju u l-31 ta' Ottubru;

(ċ) it-30 ta' Settembru tas-sena kalendarja ta' wara, meta jinħarġu bejn l-1 ta'Novembru u l-31 ta' Diċembru.

F'dawn il-każijiet, minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzi kif imsemmija f'dan il-paragrafu ma humiex trasferibbli.

4. Fil-każijiet fejn l-ebda rifużjoni jew taxxa ta' l-esportazzjoni ma ġew iffissati, il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għandhom ikunu validi għal 60 jum mid-data tal-ħruġ.

Artikolu 8

1. Il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għal prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 u għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 11022010, 11022090, 11031310, 11031390, 11032020, 11042905, 11042298, 11042310, 11081100, 11081200, 11081300, 11090000, 17023051, 17023091, 17023099, 17024090, 17029050, 17029079, 21069055, 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053 kif imniżżla fir-Regolament (KEE) Nru 1766/92 għandhom jinħarġu fit-tielet ġurnata tax-xogħol wara l-applikazzjoni, basta sadattant ma jittieħdu l-ebda miżuri specjali

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ma tilqax l-applikazzjonijiet.

L-ewwel subparagrafu ma japplikax għal-liċenzi li jinħarġu wara sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt jew għal-liċenżji msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 li jinħarġu minħabba operazzjonijiet ta' għajnuna ta' ikel fis-sens ta' l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim fuq l-Agrikoltura li ġie konkluż bħala parti mis-serje ta' negozjati multilaterali ta' kummerċ li saru fl-Urugwaj [13]. Il-perjodu ta' l-iskrutinju ma japplikax għall-ħruġ tal-liċenzi ta' l-esportazzjoni meta l-applikazzjoni ssir minn aġenzija umanitarja għal kwantità ta' 20 tunnellata metrika jew inqas u meta din issir mingħajr applikazzjoni għal rifużjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92, fuq talba ta' l-operaturi, liċenzi ta' l-esportazzjoni mingħajr rifużjoni għandhom jinħarġu dakinhar li ssir l-applikazzjoni, minbarra fil-każ fejn dakinhar li ssir it-talba jkun jgħodd id-dazju ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti in kwisjoni.

Dak id-dazju għandu jgħodd meta fiż-żmien li tkun ser issir l-esportazzjoni, ikun ġie iffissat id-dazju ta' l-esportazzjoni għal dak il-prodott li għalih tkun ser toħroġ il-liċenżja skond l-ewwel subparagrafu.

Dan it-tip ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu validi għal 60 jum mid-data tal-ħruġ.

Fit-taqsima 22 għandha tiddaħħal waħda minn dawn il-frazijiet:

- Limitación establecida en el apartado 2 del artículo 8 del Reglamento (CE) no 1342/2003

- Begrænsning, jf. artikel 8, stk. 2, l-i forordning (EF) nr. 1342/2003

- Kürzung der Gültigkeitsdauer nach Artikel 8 Absatz 2 der Verordnung (EG) Nr. 1342/2003

- Περιορισμός που προβλέπεται στο άρθρο 8 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1342/2003

- Limitation provided in Article 8(2) of Regulation (EC) No 1342/2003

- Limitation prévue à l'article 8, paragraphe 2, du règlement (CE) no 1342/2003

- Limitazione prevista all'articolo 8, paragrafo 2, del regolamento (CE) n. 1342/2003

- Beperking als bepaald in artikel 8, lid 2, van Verordening (EG) nr. 1342/2003

- Limitação estabelecida no n.o 2 do artigo 8.o do Regulamento (CE) n.o 1342/2003

- Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 8 artiklan 2 kohdassa säädetty rajoitus

- Begränsning enligt artikel 8.2 i förordning (EG) nr 1342/2003.

3. Meta, biex tiġi ffissata xi rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew xi taxxa ta' l-esportazzjoni fuq xi prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) (a) (b) u (c) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1(1) (a) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, jissemma espliċitament dan il-paragrafu, għandu jkun hemm mehmuża kopja tal-kuntratt mal-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni. Il-kuntratt għandu jiġi minn organizzazzjoni uffiċjali fil-pajjiz tad-destinazzjoni jew impriża li l-post tal-kummerċ tagħha jkun f'dak il-pajjiż u għandu juri l-kwantità li tkopri, flimkien mal-perjodu tal-kunsinna li ma jkunx jaqbeż iż-żmien tal-validità tal-liċenza. Biex il-kuntratt isir taħt dan l-artikolu l-ebda liċenza ta' l-esportazzjoni ma trid tkun inħarġet qabel. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti minn dan il-paragrafu u għandhom javżaw lill-Kummissjoni dakinhar li jidħlu l-applikazzjonijiet bil-kwantità ammissibbli koperta mil-liċenzi. Il-liċenzi għandhom jinħarġu biss attwalment tlett ijiem tax-xogħol wara li tkun saret l-applikazzjoni, jekk ma jkunux ittieħdu xi miżuri speċjali mill-Kummissjoni qabel dakinhar.

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta' l-esportazzjoni kif imsemmija fl-ewwel paragrafu jkopru kwantitajiet aktar minn dawk permessi għall-esportazzjoni kif indikati fir-regolamenti li jistabbilixxu r-rifużjoni jew it-taxxa in kwestjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi tnaqqis ta' persentaġġ uniformi fil-kwantitajiet sa jumejn tax-xogħol wara li tkun saret l-applikazzjoni. L-applikazzjonijiet ghal-liċenza jistghu jiġu irtitati sa jumejn wara li jiġi ppubblikat it-tnaqqis fil-persentaġġ.

Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzi ma jkunux trasferibbli.

Fil-każ li l-kuntratt ma jiġix onorat mix-xerrej li jimporta, l-operatur jista' jesporta lejn pajjiż differenti imma bir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew it-taxxa ta' l-esportazzjoni li tkun tgħodd dakinhar li tkun saret l-ewwel darba l-applikazzjoni għal-liċenza ta' l-esportazzjoni lejn "pajjiżi terzi oħra". Fejn dakinhar ta' l-applikazzjoni għal-liċenza ma tkun teżisti rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew taxxa ta' l-esportazzjoni għal "pajjiżi terzi oħra", għandha tinstab soluzzjoni ad hoc, skond il-proċeduri ta' l-Artikolu 23 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92.

Artikolu 9

1. Paragrafi minn 2 sa 6 għandhom jgħoddu għall-esportazzjoni lejn il-pajjiżi terzi msemmija fl-Anness IV u għall-prodotti msemmija f'dak l-Anness.

2. L-esportazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati b'kopja awtentikata tal-liċenza ta' l-esportazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 8(2) u skond dan l-Artikolu, u b'kopja iffirmata tad-dikjarazzjoni ta' l-esportazzjoni għal kull kunsinna lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati. Il-merkanzija in kwistjoni ma tridx tkun diġà ġiet esportata qabel lejn pajjiż terz ieħor.

3. Il-liċenza msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha dan li ġej:

(a) f'kaxxa 7, għandu jitniżżel l-isem tal-pajjiż jew pajjiżi konċernati li qed jimportaw;

(b) f'kaxxa 15, għandha tingħata deskrizzjoni tal-merkanzija skond in-nomenklatura magħquda;

(ċ) f'kaxxa 16, titniżżel in-nomenklatura magħquda bi tmien numri u l-kwantità f'tunnellati metrici għal kull prodott imsemmi f'kaxxa 15;

(d) f'kaxxi 17 u 18, titniżżel il-kwantità totali tal-prodotti msemmija f'kaxxa 16;

(e) f'kaxxa 20, għandha titniżżel waħda minn dawn li ġejjin:

- Exportación conforme al artículo 9 del Reglamento (CE) no 1342/2003

- Udførsel i overensstemmelse med artikel 9 i forordning (EF) nr. 1342/2003

- Ausfuhr in Übereinstimmung mit Artikel 9 der Verordnung (EG) Nr. 1342/2003

- Περιορισμός που προβλέπεται στο άρθρο 9 παράγραφος 2 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1342/2003

- Export in accordance with Article 9 of Regulation (EC) No 1342/2003

- Exportation conformément à l'article 9 du règlement (CE) no 1342/2003

- Esportazione in conformità all'articolo 9 del regolamento (CE) n. 1342/2003

- Uitvoer op grond van artikel 9 van Verordening (EG) nr. 1342/2003

- Exportação conforme o artigo 9.o do Regulamento (CE) n.o 1342/2003

- Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 9 artiklan mukainen vienti

- Export i överensstämmelse med artikel 9 i förordning (EG) nr 1342/2003;

(f) f'kaxxa 22, flimkien mal-kliem previsti minn l-Artikolu 8(2), għandha titniżżel waħda minn dawn li ġejjin:

- Sin restitución por exportación

- Uden eksportrestitution

- Ohne Ausfuhrerstattung

- Χωρίς επιστροφή κατά την εξαγωγή

- No export refund

- Sans restitution à l'exportation

- Senza restituzione all'esportazione

- Zonder uitvoerrestitutie

- Sem restituição à exportação

- Ilman vientitukea

- Utan exportbidrag.

Il-liċenzi jkunu validi biss għall-prodotti u l-kwantitajiet speċifikati.

4. Il-liċenzi maħruġa taħt dan l-Artikolu jġorru magħhom l-obbligazzjoni li l-esportazzjoni ssir lejn waħda mid-destinazzjonijiet indikati f'kaxxa 7.

5. Għandha tinħareġ kopja awtentikata tal-liċenza ffirmata jekk issir talba minn min ikun konċernat.

6. Fl-ewwel Tnejn ta' kull xahar l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzi. Dawn il-kwantitajiet għandhom jitniżżlu wieħed wieħed skond il-kodici NM.

Artikolu 10

1. Meta l-esportazzjoni ssir wara sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt li jkunu ġew miftuħa minn pajjiż terz li qed jimporta, il-liċenzi ta' l-esportazzjoni għal qamħ komuni, qamħ ta' l-Awstralja, is-segala, il-barley, il-qamħirrum, ir-ross, id-dqiq magħmul mill-qamħ, id-dqiq magħmul mis-segala, ix-xgħir u s-smida tal-qamħ ta' l-Awstralja u prodotti li jaqgħu taħt il-kodici NM 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051u 23099053 li fihom inqas minn 50 % tal-piż tagħhom magħmul minn prodotti tal-ħalib,ikunu validi mid-data tal-ħruġ fis-sens ta' l-Artikolu 23(1)tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 sad-data li fiha jridu jaderixxu ma' l-obbligazzjonijiet li għalihom intrebaħ il-kuntratt.

2. Skond l-artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 iż-żmien ta' validità tal-liċenza ma jistax jaqbeż l-erba' xhur mid-data tal-ħruġ.

3. Minkejja t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 49(3) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi m'għandhomx isiru iktar minn erbat ijiem qabel id-data ta' l-għeluq biex isiru l-offerti fis-sejħa għall-offerti għal xogħol bl-appalt.

4. Minkejja l-Artikolu 49(5) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-perjodu massimu bejn id-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti u n-notifikazzjoni li tingħata lill-aġenzija li ħarġet l-offerti mill-applikant dwar ir-riżultat tas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandu jkun dak ta' sitt ijiem kif previst fl-Artikolu 44(5)(a) sa (d) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 11

1. F'każijiet speċjali, iż-żmien ta' validità ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni għall-qamħ komuni, għall-qamħ ta' l-Awstralja, is-segala, il-barley, il-qamħirrum, ir-ross, id-dqiq magħmul mill-qamħ, id-dqiq magħmul mis-segala, ix-xgħir u s-smida tal-qamħ ta' l-Awstralja u prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053 li jkollhom inqas minn 50 % tal-piż tagħhom magħmul minn prodotti tal-ħalib, jista' jkun itwal minn dak previst fl-Artikolu 7(1) fejn min hu involut qiegħed fil-proċess li jikkonkludi kuntratt li jagħti perjodu itwal. Għal dan il-għan, min hu konċernat għandu jagħti lill-awtorità lokali kompetenti prospett bil-miktub minn bord uffiċjali fil-pajjiż tad-destinazzjoni jew minn impriża li għandha l-kummerċ tagħha f'dak il-pajjiż. Dan il-prospett għandu jagħti proġettazzjoni tal-kwantità u l-kwalità tal-prodotti, iż-żmien meta ser jaslu u t-termini tal-prezz L-Istati Membri għandhom jibagħtu immedjatament kopja ta' dan il-prospett għall-informazzjoni tal-Kummissjoni.

2. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-partijiet konċernati għandhom japplikaw għand l-awtoritajiet konċernati għal-liċenza ta' l-esportazzjoni flimkien ma' l-applikazzjoni sabiex tiġi ffissata r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew it-taxxa ta' l-esportazzjoni applikabbli dakinhar li ssir l-applikazzjoni skond id-destinazzjoni mixtieqa, flimkien mad-dettalji tal-kwantitajiet minimi u massimi li jkollu ħsieb jesporta u ż-żmien minimu u massimu neċessarji biex ilesti l-esportazzjoni li jkun ippjana. Madankollu, il-kwantità minima ma tistax tkun inqas minn 75000 tunnellata metrika fil-każ tal-qamħ komuni, il-qamħ ta' l-Awstralja, is-segala, il-barley, il-qamħirrum, id-dqiq magħmul mill-qamħ, id-dqiq magħmul mis-segala u l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053, 23099053 li jkollhom inqas minn 50 % tal-piż tagħhom magħmul minn prodotti tal-ħalib, u 15000 tunnellata metrika fil-każ ta' xgħir u smida tal-qamħ ta' l-Awstralja u r-ross. Minkejja l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, dawn l-applikazzjonijiet m'għandhomx għalfejn ikunu akkumpanjati b'garanziji tas-sigurtà.

Fil-każ ta' esportazzjoni lejn Stat ta' l-ACP jew lejn diversi pajjiżi f'wieħed mill-iStati gruppi ta' l-ACP imsemmija fl-Anness III, il-kwantità minima stabbilita fl-ewwel subparagrafu għandha titnaqqas kif ġej:

(a) 20000 tunnellata metrika fil-każ tal-qamħ komuni, il-qamħ ta' l-Awstralja, is-segala, il-barley, il-qamħirrum, id-dqiq magħmul mill-qamħ, id-dqiq magħmul mis-segala u l-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 23091011, 23091013, 23091031, 23091033, 23091051, 23091053, 23099031, 23099033, 23099041, 23099043, 23099051 u 23099053 li jkollhom inqas minn 50 % tal-piż tagħhom magħmul minn prodotti tal-ħalib; u

(b) 5000 tunnellata metrika fil-każ tax-xgħir u s-smida tal-qamħ ta' l-Awstralja u r-ross.

L-applikazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' diversi pajjiżi fil-grupp ta' l-Istati ta' l-ACP għandhom jispeċifikaw l-isem ta' kull pajjiż tad-destinazzjoni.

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li jirċievu l-applikazzjonijiet għandhom jeżaminawhom, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwantità, implikazzjonijiet ekonomiċi ta' l-esportazzjonijiet maħsuba u l-prattikabilità ta' din l-esportazzjoni u fejn issibhom aċċettabbli għandha tinnotifika l-Kummissjoni li għandha tieħu deċiżjoni skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 ta' l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95. Meta l-Kummissjoni taċċetta applikazzjoni, għandha tistabbilixxi l-limitu ta' żmien biex jiġi ppreżentat kuntratt lill-awtoritajiet kompetenti. Dawn ta' l-aħħar għandhom jinfurmaw lill-applikant bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

4. Meta ż-żmien ta' validità iffissat għal-liċenza jkun l-istess bħaż-żmien li għalih saret l-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħti l-kuntratt oriġinali iffirmat flimkien ma' kopja tiegħu lill-awtorità kompetenti, fil-limitu taż-żmien kif stabbilit fil-paragrafu 3. Il-kuntratt għandu jispeċifika għall-inqas il-kwantità li trid tkun bejn il-kwantità minima u dik massima kif indikati fl-applikazzjoni għal-liċenza, id-destinazzjoni, iż-żmien li fih tkun ser issir l-esportazzjoni (li jrid ikun bejn il-perjodi minimi u massimi indikati), il-prezz iffissat għat-tul tal-kuntratt u l-mod kif ikun ser isir il-ħlas. Imbagħad il-liċenza għandha tinħareġ wara li l-garanzija tas-sigurtà prevista fl-Artikolu 9(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 ta' l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 tkun saret. Il-pajjiż (jew pajjiżi fi grupp partikolari) tad-destinazzjoni irid jintwera fit-taqsima 7 u l-liċenza ġġorr magħha l-obbligu li l-esportazzjoni ssir lejn dak il-pajjiż jew pajjiżi. Madankollu, sa 10 % tal-kwantitajiet murija fuq il-liċenza jistgħu jitwasslu taħt dan il-kuntratt lejn pajjiż ieħor indikat fl-Anness III daqs li kieku dan kien jaqa' taħt l-istess grupp.

Jekk l-applikant jara li mhux ser ikun kapaċi jonora l-kuntratt, għandu jiinforma b'dan lill-awtoritajiet kompetenti saż-żmien li fih ikollu jsir il-kuntratt, u l-liċenza ma tinħariġx.

5. Meta l-applikant ma jikkonformax ma' paragrafu 4, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, il-liċenza m'għandhiex tinħareġ.

6. Meta ż-żmien ta' validità li jiġi deċiż ikun differenti minn dak li għalih ikun ġie applikat imma jkun aktar minn dak stabbilit fl-Artikolu 7, għandhom japplikaw paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. Madankollu, fil-limitu taż-żmien li fih ikun irid isir il-kuntrat, l-applikant jista' jirtira l-applikazzjoni tiegħu għal-liċenza.

7. Jekk l-applikazzjoni għal estensjoni taż-żmien ta' validità kif previst fl-Artikolu 7 ma tiġix aċċettata, il-liċenza m'għandhiex tinħareġ.

8. Il-liċenzi li jinħarġu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu ma jkunux suġġetti għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(1).

Artikolu 12

Il-garanziji tas-sigurtà għal-liċenzi għal prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE)Nru 3072/95 għandhom ikunu bir-rati li ġejjin:

(a) EUR 1 kull tunnellata metrika fil-każ ta' liċenzi ta' l-importazzjoni li għalihom ma japplikax ir-raba inċiż ta' l-Artikolu 10(4) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 u għal prodotti li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 3072/95 u EUR 5 kull tunnellata metrika għal liċenzi ta' l-esportazzjoni:

(i) għal prodott li għalih ma tkunx ġiet iffissata r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew id-dazju dakinhar li tintefa l-applikazzjoni;

(ii) għal prodott li għalih ma tiġix iffissata r-rifużjoni ta' l-esportazzjoni jew id-dazju minn qabel;

(iii) jekk ikun maħruġ skond l-artikolu 8(2) ta' dan ir-regolament;

(b) fil-każ ta' liċenzi ta' l-importazzjoni li għalihom japplika ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 10(4) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92:

(i) EUR 15 kull tunnellata metrika għal Prodotti li jaqgħu taħt il-Kodici NM 07099060, 07129019, 10011000, 10019091, 10019099, 10020000, 100300, 1004, 10051090, 10059000, 100700 u 1008;

(ii) EUR 5 kull tunnellata metrika għal prodotti oħra;

(ċ) EUR 45 kull tunnellata metrika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 fil-każ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni.

Għall-esportazzjoni lejn Stati ta' l-ACP taħt liċenza bi żmien ta' valildità speċjali, skond l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, il-garanzija tas-sigurtà għandha tkun EUR 12 kull tunnellata metrika;

(d) EUR 20 kull tunnellata metrika għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 fil-każ ta' liċenza ta' l-esportazzjoni,

Madankollu, fil-każ ta' liċenzi li tinħarġilhom rifużjoni skond l-Artikolu 7(3), il-garanzija tas-sigurtà għandha tkun ta' EUR 24 kull tunnellata metrika.

Għall-esportazzjoni lejn l-Istati ACP taħt liċenzi b'termini ta' validità speċjali, skond l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, il-garanzija tas-sigurtà għandha tkun ta' EUR 12 kull tunnellata metrika.

Artikolu 13

Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenza jiġi estiż skond l-artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, l-ammont korrettiv applikabbli għandu jkun dak li jgħodd dakinhar li tkun ingħatat l-applikazzjoni għall-esportazzjoni waqt l-aħħar xahar tat-terminu normali ta' validità tal-liċenza.

Fuq kollox, ir-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għandu jiġi aġġustat skond l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 14

1. Ir-Rifużjonijiet li japplikaw skond l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92 fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament minbarra l-qamħirrum u l-qamħ sorgu għandu jiġi aġġustat, matul ix-xhur bejn Awissu u Mejju ta' l-istess sena tal-kummerċ b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar applikabbli għall-prezz ta' intervenzjoni deċiża għal dik is-sena tal-kummerċ.

Fil-każ tal-qamħirrum u l-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet għandhom jiġu aġġustati tul ix-xhur bejn Novembru tas-sena tal-kummerċ sa Awissu tas-sena tal-kummerċ ta' wara, b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar fil-prezz ta' intervenzjoni iffissat għal dik is-sena tal-kummerċ partikolari.

L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel ġurnata tax-xahar tal-kalendarju wara l-applikazzjoni. Aġġustamenti oħra wara dan għandhom isiru kull xahar.

Fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet aġġustati skond l-ewwel subparagrafu u applikabbli f'Mejju għandhom jibqgħu japplikaw f'Ġunju. Fil-każ tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-rifużjonijiet aġġustati skond it-tieni subparagrafu u applikabbli f'Awissu għandhom jibqgħu japplikaw f'Settembru.

2. L-aġġustament previst fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw meta l-ammont tar-rifużjoni jkun żero.

3. Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenzi jestendi lil hinn mit-tmiem ta' sena tal-kummerċ u l-esportazzjoni issir fis-sena tal-kummerċ ta' wara, ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92, minbarra xi żidiet ta' kull xahar imsemmija fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu għandha titnaqqas bid-differenza fil-prezz bejn is-sentejn tal-kummerċ. Id-differenza fil-prezz għandha sseħħ fl-1 ta' Lulju u għandha tiġi definita bħala:

(a) id-differenza bejn il-prezzijiet ta' intervenzjoni, minbarra xi żieda ta' kull xahar, għas-sena tal-kummerċ ta' qabel u s-sena l-ġdida; flimkien ma'

(b) ammont daqs iż-żieda ta' kull xahar, immoltiplikat bin-numru ta' xhur li jkunu għaddew bejn Awissu u x-xahar ta' l-applikazzjoni tal-liċenza, ix-xhur inklużi.

Meta d-differenza fil-prezz tkun akbar mir-rifużjoni li qed insemmu, ir-rifużjoni rranġata trid titnaqqas għal żero.

Ir-Rifużjonijiet imnaqqsa minħabba d-differenza fil-prezz għandhom jiżdiedu minn Awissu tas-sena tal-kummerċ il-ġdida, skond ir-regoli previsti fil-paragrafu 1, biż-żidiet ta' kull xahar li jkunu japplikaw għas-sena tal-kummerċ il-ġdida.

4. Fil-każ tal-qamħirrum u tal-qamħ sorgu, ir-regoli dwar l-aġġustament previsti fil-paragrafu 3 għandhom jgħoddu, ovvjament wara li jinbidel dak li għandu jinbidel, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tmiem tas-sena tal-kummerċ għandha tkun it-30 ta'Settembru;

(b) il-bidla fil-prezz imsemmija hawn fuq għandha sseħħ fl-ewwel ta' Ottubru minflok fl-1 ta' Lulju;

(ċ) ix-xahar ta' Awissu għandu jeħodlu postu x-xahar ta' Novembru;

(d) iż-żidiet ta' kull xahar għandhom ikunu dawk li jgħoddu fis-sena tal-kummerċ in kwistjoni.

Artikolu 15

1. Fil-każ tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 u l-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95, l-ammont li jirriżulta minn kull aġġustament imsemmi fl-Artikolu 14(1) u (3) ta' dan ir-Regolament għandu jiġi mmoltiplikat bil-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li japplika għall-prodotti in kwistjoni.

2. L-ammont tar-rifużjoni li japplika skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament għandu jiġi mibdul fix-xhur minn Ottubru sa Lulju, dax-xhur inklużi, b'ammont daqs iż-żieda ta' xahar li tgħodd għall-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa li jkun ġie ffissat għal dik is-sena tal-kummerċ, ibbażat fuq l-istadju ta' l-ipproċessar u l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar applikabbli.

L-ewwel aġġustament għandu jsir fl-ewwel jum tax-xahar kalendarju wara li ssir l-applikazzjoni għal-liċenza. L-aġġustamenti ta' wara għandhom isiru kull xahar.

3. L-aġġustament previst fil-paragrafu 2 m'għandux japplika meta l-ammont tar-rifużjoni ikun żero.

4. Meta ż-żmien ta' validità tal-liċenza jaqbeż it-tmiem tas-sena tal-kummerċ u l-esportazzjoni ssir fis-sena tal-kummerċ ta' wara, ir-rifużjonijiet, minbarra ż-żidiet ta' kull xahar imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jitnaqqsu bid-differenza fil-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa bejn is-sentejn tal-kummerċ, ibbażata fuq l-istadju ta' l-ipproċessar u l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li jkun jgħodd.

Id-differenza fil-prezz għandha sseħħ fl-1 ta' Settembru u għandha tkun deċiża b'dan il-mod:

(a) id-differenza bejn il-prezz ta' intervenzjoni għar-ross bil-fosdqa, wara li jitnaqqas kull żieda ta' kull xahar għas-sena ta' qabel u għas-sena tal-kummerċ il-ġdida;

(b) ammont daqs iż-żieda ta' xahar immoltiplikata bin-numru ta' xhur li jgħaddu bejn Ottubru u x-xahar ta' l-applikazzjoni tal-liċenza, ix-xhar inkluż.

Dawn iż-żewġ fatturi għandhom jiġu konvertiti billi jintuża l-ko-effiċjent ta' l-ipproċessar li jkun jgħodd dak iż-żmien li fih il-prodott jiġi esportat.

Meta d-differenza fil-prezz tkun ikbar mir-rifużjoni, ir-rifużjoni irranġata għandha titnaqqas għal żero.

Ir-rifużjonijiet għandhom jitnaqqsu b'(a) u(b) tat-tieni subparagrafu, skond l-istadju tat-tħin u għandhom jiżdiedu minn Ottubru tas-sena l-ġdida tal-kummerċ biż-żidiet ta' kull xahar li jgħoddu għas-sena l-ġdida tal-kummerċ, skond ir-regoli previsti fil-paragrafu 2.

Artikolu 16

1. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar il-liċenzi ta' l-esportazzjoni:

(a) kull jum tax-xogħol:

(i) b'kull applikazzjoni għal-liċenzi, jew in-nuqqas ta' applikazzjoni għal-liċenzi;

(ii) dwar applikazzjoniet għal-liċenzi msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, li jkunu saru fil-jum tax-xogħol ta' qabel in-notifika;

(iii) bil-kwantitajiet koperti b'liċenzi maħruġa dwar applikazzjonijiet għal-liċenzi msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000;

(b) qabel il-15 ta' kull xahar fir-rispett tax-xahar ta' qabel:

(i) bil-kwantitajiet li għalihom ikun nħarġu liċenzi għal għajuniet ta' ikel;

(ii) bil-kwantitajiet koperti minn liċenzi maħruġa imma mhux użati, u bir-rifużjoni jew it-taxxa ta' l-esportazzjoni bil-kodiċi;

(iii) bil-kwantitajiet li għalihom l-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament ma japplikawx u li jkunu nħarġulhom liċenzi;

(ċ) darba f'kull sena tal-kummerċ, u l-aktar tard sat-30 ta' April, bil-kwantitajiet preċiżi użati taħt il-liċenzi, wara li jittieħdu in konsiderazzjoni t-toleranza prevista fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

In-notifikazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-kwantitajiet imsemmija fl-ewwel subaragrafu għandhom jispeċifikaw:

(a) il-kwantità bil-kodiċi tal-prodott bi 12-il numru tan-nomenklatura tal-prodott agrikolu għar-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni. Meta l-liċenzi jinħarġu b'aktar minn kodiċi bi 12-il numru wieħed, għandu jintwera biss l-ewwel wieħed;

(b) il-kwantità bil-kodiċi, maqsuma skond id-destinazzjoni fejn ir-rifużjoni jew it-taxxa ta' l-esportazzjoni tvarja skond id-destinazzjoni.

2. Fil-kaz ta' liċenzi ta' l-importazzjoni maħruġa, l-Istati Membri għandhom jgħaddu kull jum il-kwantitajiet koperti bil-liċenzi bil-kodici tal-prodott, u fil-kaz tal-qamħ komuni, bil-grad tal-kwalità u bl-oriġini. L-oriġini għandha tiġi indikata wkoll fil-liċenzi ta' l-importazzjoni tar-ross.

Artikolu 17

Ir-Regolament (KE) Nru 1162/95 jigi irrevokat

Għandu jibqa' jgħodd għal-liċenzi maħruġa qabel jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu użati bħala riferenza għal dan ir-Regolament u għandhom jiġu interpretati bi qbil mat-tabella fl-Anness VI.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Lulju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta’ l-1.7.92, pġ. 21.

[2] ĠU L 158, tas-27.6.3, pġ. 1.

[3] ĠU L 329, tat-30.12.9, pġ. 18 5.

[4] ĠU L 62, tal-5.3.2, pġ. 27.

[5] ĠU L 117, ta’ l-24.5.95, pġ. 2.

[6] Ara l-Anness V

[7] ĠU L 152, ta’ l-24.6.00, pġ. 1.

[8] ĠU L 47, tal-21.2.3, pġ. 21.

[9] ĠU L 191, tal-31.7.93, pġ. 76.

[10] ĠU L 147, tat-30.6.95, pġ. 7.

[11] ĠU L 102, tas-17.4.99, pġ. 11.

[12] ĠU L 62, tas-7.3.80, pġ. 5.

[13] ĠU L 336, tat-23.12.94, pġ. 22.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-LIĊENZI TA' L-IMPORTAZZJONI

A. Għaċ-ċereali

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Żmien ta' validità |

07099060 | Qamħ ħelu (sweetcorn) frisk jew iffriżat | 45 jum |

07129019 | Qamħ ħelu (sweetcorn) niexef, sħiħ, maqtugħ, imqatta', jew bħala trab, imma mhux proċessat aktar, minbarra qamħirrum ibridu għaż-żriegħ |

10019091 | Qamħ komuni u u zerriegħa tal-meslin |

10019099 | Spelt, qamħ komuni u meslin minbarra dak għaż-żriegħ |

10020000 | Is-segala |

100300 | Ħafur tal-barley |

100400 | Ħafur |

10051090 | Il-Qamħirrum minbarra ż-żerriegħa ibrida |

10059000 | Il-Qamħirrum minbarra ż-żerriegħa |

10070090 | Qamħ sorgu minbarra l-ibridu għaż-żriegħ |

1008 | Qamħ Saraċin, dekkuk u milju; ċereali oħra |

100110 | Il-qamħ ta' l-Awstralja |

110100 | Qamħ jew dqiq tal-maħlut | 60 jum |

11021000 | Dqiq tar-rye |

110311 | Qamħ tal-groats u tal-meal |

1107 | Xgħir inkaljat jew le |

| Il-prodotti mniżżla fl-Anness A tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġ |

B. Għar-ross

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Żmien ta' validità |

10061021 | Ross bil-fosdqa | Sa l-aħħar tat-tieni xahar wara dak tal-ħruġ |

10061023 | |

10061025 | |

10061027 | |

10061092 | |

10061094 | |

10061096 | |

10061098 | |

100620 | Ross bil-fosdqa (cargo jew kannella) |

100630 | Ross nofsu mitħun jew mitħun, kemm jekk bil-qoxra jew bla qoxra, igglejżjat |

10064000 | Ross miksur | Sa l-aħħar tat-tielet xahar wara dak tal-ħruġ |

11023000 | Dqiq tar-Ross | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġ |

11031950 | Xgħir tar-Ross |

11032050 | Pellet tas-smid tar-Ross |

11041991 | Trofof tar-Ross(flakes) |

11081910 | Lamtu tar-Ross |

--------------------------------------------------

ANNESS II

PERJODU TA' VALIDITÀ TAL-LIĊENZI TA' L-IMPORTAZZJONI

A. Għaċ-ċereali

Kodiċi NM | Id-deskrizzjoni tal-Prodott | Perjodu ta' validità |

07099060 | Qamħ ħelu (sweetcorn), frisk jew iffriżat | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġ |

07129019 | Qamħ ħelu (sweetcorn) niexef, sħiħ, maqtugħ, imqatta', jew bħala trab, imma mhux proċessat aktar, minbarra qamħirrum ibridu għaż-żriegħ |

10019091 | Qamħ komuni u żerriegħa tal-meslin |

10019099 | Spelt, qamħ komuni u meslin li ma jkunx għaż-żriegħ |

10020000 | Is-segala |

100300 | Ix-xgħir |

100400 | Il-Ħafur |

10051090 | Il-Qamħirrum minbarra ż-żerriegħa ibrida |

10059000 | Il-Qamħirrum minbarra ż-żerriegħa qamħ sorgu minbarra l-ibridi għaż-żriegħ |

10070090 | Il-Qamħirrum minbarra ż-żerriegħa qamħ sorgu minbarra l-ibridi għaż-żriegħ |

1008 | Qamħ Saraċin, dekkuk u milju; ċerali oħra |

100110 | Il-qamħ duru |

110100 | Il-qamħjew id-dqiq tal-meslin |

11021000 | Id-dqiq tas-Segala |

11031190 | Il-qamħ komuni u xgħir ta' l-ispelt u s-smida |

| Il-Prodotti mniżżla fl-Anness A tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 |

11031110 | Il-Qamħ ta l-Awstralja x- xgħir u s-smida |

1107 | ix-Xgħir, mixwi jew le. |

| Il-Prodotti msemmija hawn fuq u esportati b'liċenzi li għandhom dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin f'kaxxa numru 20: "Liċenza GATT — Għajnuna f'forma ta' ikel" | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġ |

B. Għar-ross

Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Iż-żmien ta' validità |

10061021 | Ross bil-fosdqa | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġ |

10061023 | |

10061025 | |

10061027 | |

10061092 | |

10061094 | |

10061096 | |

10061098 | |

100620 | Ross nofsu mitħun jew ross mitħun, kemm jekk bil-qoxra jew bla qoxra igglejżjat |

100630 | ross miksur |

10064000 | dqiq tar-Ross as-smida tar-Ross | dqiq tar-Ross |

11023000 | xghir tar-Ross | 30 jum |

11031950 | u pellets |

11032050 | tas-smida tar-Ross |

11041991 | trofof tar-Ross (flakes) |

11081910 | lamtu tar-Ross |

| Il-Prodotti msemmija hawn fuq esportati taħt il-liċenzi fejn taqsima 20 fiha l-kliem "Liċenza taħt GATT - Għajnuna f'forma ta' ikel" | Sa l-aħħar tar-raba' xahar wara dak tal-ħruġxgħir |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Gruppi ta' firmatarji ACP ghall-Konvenzjoni Lomé

Grupp I | Grupp II | Grupp III | Grupp IV | Grupp V | Grupp VI | Grupp VII |

Mawritanja | Ċad | Angola | Sudan | Seychelles | Ħaiti | Papwa Ginea Ġdida |

Mali | Repubblika Ċentrali Afrikana | Żambia | Ġibuti | Komoros | Repubblika Dominikana | Fiji |

Niġerja | Benin | Malawi | Etjopja | Madagaskar | Antigua u Barbuda | Kiribati |

Senegal | Niġerja | Możambik | Somalia | Mawrizju | Bahamas | Gżejjer Solomon |

Burkina Faso | Kamerun | Namibia | Uganda | | Barbados | Samoa |

Gambja | Ginea Ekwatorjali | Botswana | Kenya | | Belize | Tonga |

Ginea-Bissau | São u Príncipe | Żimbabwe | Tanzania | | Dominica | Tuvalu |

Ginea | Gabon | Lesoto | | | Gredada | Vanuatu |

Kap Verde | Kongo | Swaziland | | | Ġamajka | |

Sierra Leone | Repubblika Demokratika tal-Kongo | | | | San Kitts u Nevis | |

Liberja | Rwanda | | | | Santa Lucia | |

Kosta ta' l-Avorju | Burundi | | | | San Vincent u Grenadines | |

Gana | | | | | Trinidad u Tobago | |

Togo | | | | | Gujana | |

| | | | | Surinam | |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Prodotti effettwati mill-abolizzjoni tar-rifuzjonijiet ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 9

Pajjiż terz | Prodotti (kodiċi NM) |

Bulgarija | 100110009200, 100110009400, 100190919000, 100190999000, 100200009000, |

Repubblika Ċeka | 100190919000, 100190999000, 100200009000, 100300109000, 100300909000, |

Estonja | Il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolamenti (KEE) Nru 1766/92 u l-lamtu tar-ross li jaqa' taħt il-kodiċi NM 11081910 |

Ungerija | 10011000, 10019091, 10019099, 10020000, 10030010, 10030090, 10040000, |

Latvja | 10011000, 10019091, 10019099, 10020000, 10030010, 10030090, 10040000, |

Litwanja | 10011000, 10019091, 10019099, 10020000, 10040000, 10082000, 11010011, |

Polonja | 100190, 1101, 1102, 11071011, 11071019, 11071091, 11071099, 11072000 u ex2302 bl-eċċezzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 230250 |

Rumanija | 100110009200, 100110009400, 100190919000, 100190999000, 100510909000, 100590009000, 110100119000, 110100159100, 110100159130,110100159150, 110100159170, 110100159180, 110100159190, 110100909000, 110311109200, 110311109400, 110311109900, 110311909200, 110311909800, 110320609000, 110710119000, 110710199000, 110710919000, 110710999000, 110720009000 |

Slovakkja | 100110009200, 100110009400, 100190919000, 100190999000,100200009000, 100300109000, 1003909000, 100400009200, 100400009400, 100590009000, 100510909000, 100820009000, 110710999000 |

Slovenja | 100110009200, 100110009400, 100190919000, 100190999000, 100200009000 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

Regolament revokat u l-emendi successivi tieghu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 | (ĠU L 117, ta' l-24.5.1995, pġ. 2) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1517/95, fejn għandu x'jaqsam l-Artikolu 9 tiegħu biss | (ĠU L 147, tat-30.6.1995, pġ. 51) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95, fejn għandu x'jaqsam l-Arikolu 7 biss | (ĠU L 147, tat-30.6.1995, pġ. 55) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1617/95 | (ĠU L 154, tal-5.7.1995, pġ. 5) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1861/95 | (ĠU L 177, tat-28.7.1995, pġ. 86) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2147/95 | (ĠU L 215, tad-9.9.1995, pġ. 4) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2917/95 | (ĠU L 305, tad-19.12.1995, pġ. 53) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 285/96 | (ĠU L 37, tal-15.2.1996, pġ. 18) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1029/96 | (ĠU L 137, tat-8.6.1996, pġ. 1) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1527/96 | (ĠU L 190, tal-31.7.1996, pġ. 23) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 932/97 | (ĠU L 135, tas-27.5.1997, pġ. 2) |

Regolament tal-Kummissjoni (EC) Nru 444/98 (emendat mir-Regolament (KE) Nru 2067/2002, ĠU L 318, tat-22.11.2002, p. 6) | (ĠU L 56, tas-26.2.1998, pġ. 12) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/1999 | (ĠU L 166, ta' l-1.7.1999, pġ. 56) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2110/2000 | (ĠU L 250, tal-5.10.2000, pġ. 23) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 409/2001 | (ĠU L 60, ta' l-1.3.2001, pġ. 27) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2298/2001, f'dak li għandu x'jaqsam mar-referenza magħmula fl-Artikolu 5 tiegħu għall-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1162/95 | (ĠU L 308, tas-27.11.2001, pġ. 16) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 904/2002 | (ĠU L 142, tal-31.5.2002, pġ. 25) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1006/2002 | (ĠU L 153, tat-13.6.2002, pġ. 5) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1322/2002 | (ĠU L 194, tat-23.7.2002, pġ. 22) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2002 | (ĠU L 348, tal-21.12.2002, pġ. 92) |

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2003 | (ĠU L 74, ta' l-20.3.2003, pġ. 15) |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1162/95 | Dan ir-Regolament |

L-Artikolu 1, l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 1(a) u (b) |

L-Artikolu 2 | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4(1) | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż | L-Artikolu 4(2)(a) sa (d) |

L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 7(1a) | L-Artikolu 7(2) |

L-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet, inċiż | L-Artikolu 7(3)(a) sa (c) |

L-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 7(2a) | L-Artikolu 7(4) |

L-Artikolu 7(3) | L-Artikolu 8(1) |

L-Artikolu 7(3a) | L-Artikolu 8(2) |

L-Artikolu 7(4) | L-Artikolu 8(3) |

L-Artikolu 7a(1) u (2) | L-Artikolu 9(1) u (2) |

L-Artikolu 7a(3), punti (a) sa (f) | L-Artikolu 9(3)(a) sa (f) |

L-Artikolu 7a(3), punt(g) | L-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu |

L-Artikolu 7a(4) sa (6) | L-Artikolu 9(4) sa (6) |

L-Artikolu 8 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 9(1) | L-Artikolu 11(1) |

L-Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 11(2) l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 11(2) it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |

L-Artikolu 9(2) it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 11(2) it-tielet subparagrafu |

L-Artikolu 9(3) sa (8) | L-Artikolu 11(3) sa (8) |

L-Artikolu 10, punt (a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | L-Artikolu 12(a)(i) sa(iii) |

L-Artikolu 10, punt (b), l-ewwel u t-tieni inċiż | L-Artikolu 12(b)(i) u (ii) |

L-Artikolu 10, punti (ċ) u (d) | L-Artikolu 12, punti (c) u (d) |

L-Artikolu 11 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 12(1) | L-Artikolu 14(1) |

L-Artikolu 12(1a) | L-Artikolu 14(2) |

L-Artikolu 12(2) | L-Artikolu 14(3) |

L-Artikolu 12(2a) l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba' inċiż | L-Artikolu 14(4)(a) sa (d) |

L-Artikolu 12(3) | L-Artikolu 15(1) |

L-Artikolu 12(4) | L-Artikolu 15(2) |

L-Artikolu 12(4a) | L-Artikolu 15(3) |

L-Artikolu 12(5) l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 15(4) l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (a), l-ewwel sub-punt | L-Artikolu 15(4) it-tieni subparagrafu, punt(a) |

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (a), | — |

L-Artikolu 12(5) it-tieni subparagrafu, punt (b) | L-Artikolu 15(4) it-tieni subparagrafu, punt (b) |

L-Artikolu 12(5), it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi | L-Artikolu 15(4), it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi |

L-Artikolu 13(1), punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (i), l-ewwel inċiż | L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i) |

L-Artikolu 13(1) punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (i), it-tieni inċiż | L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii) |

L-Artikolu 13(1) punt (a), l-ewwel subparagrafu, punt (ii) | L-Artikolu 16(1) l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii) |

L-Artikolu 13(1) punt(b) | L-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, pun t (b) |

L-Artikolu 13(1) punt (ċ) | L-Artikolu 16(1),l-ewwel subparagrafu, punt (c) |

L-Artikolu 13(1) punt (a), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u it-tieni inċiż | L-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b) |

L-Artikolu 13(2) | L-Artikolu 16(2) |

— | L-Artikolu 17 |

L-Artikolu 14 | — |

L-Artikolu 15 | L-Artikolu 18 |

L-Anness I, II, III u IV | L-Anness I, II, III u IV |

— | L-Anness V |

— | L-Anness VI |

--------------------------------------------------