Official Journal L 187 , 26/07/2003 P. 0011 - 0015
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003 tal-25 ta’ Lulju 2003 li jemenda l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ numru ta’ addittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 Novembru 1970 dwar addittivi fi ħwejjeġ ta’ l-ikel [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1756/2002 [2] u partikolarment l-Artikoli 3, 9d u 9e tagħha, Billi: (1) Diversi addittivi li jappartjenu għall-grupp ta’ oligoelementi ġew awtorizzati skond ċerti kondizzjonijiet skond id-Direttiva 70/524/KEE, permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 2316/98 [3], (KE) Nru 639/1999 [4], (KE) Nru 2293/1999 [5], (KE) Nru 2200/2001 [6] u (KE) Nru 871/2003 [7]. (2) Fid-dawl ta’ l-iżvilupp tat-tagħrif xjentifiku u tekniku, il-kontenut massimu ta’ oligoelementi awtorizzat fi ħwejjeġ ta’ l-ikel reġa’ ġie eżaminat sabiex jiżgura l-aħjar applikazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 70/524/KEE. (3) Fl-istat preżenti tat-tagħrif xjentifiku u tekniku wieħed jista’ jikkonkludi li l-kontenut massimu ta’ ħadid, cobalt, ram, manganeżju u żingu awtorizzat fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel skond id-Direttiva 70/524/KEE għandu jitnaqqas biex ikun konformi aktar mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 3a(a) u (b) ta’ dik id-Direttiva, partikolarment, l-effetti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ nutriment, biex itejbu l-produzzjoni ta’ l-annimali u biex inaqqsu l-effetti li jagħmlu l-ħsara kkawżati minn eskreta ta’ annimali kif ukoll biex inaqqas l-effetti negattivi li l-livelli preżenti ta’ xi oligoelementi għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. (4) Il-kontenut massimu ta’ oligoelementi awtorizzat fi ħwejjeġ ta’ l-ikel għandu jkun kalkolat waqt li jiġi kkunsidrat mhux biss ir-rekwiżiti fiżjoloġiċi ta’ l-annimali iżda wkoll aspetti oħra bħall-ħtiġiet medji u l-varjabilita tar-rekwiżiti fid-dieta, jwħtieġu jkunu skond il-ħtiġiet ta’ ħafna mill-membri tal-popolazzjonijiet ta’ l-annimali u l-ineffiċjenzi li jista’ jkun hemm fl-użu tan-nutrijenti. (5) Il-Kumitat Xjentifiku fuq in-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali (KXAN) ta l-opinjoni tiegħu fuq l-użu tar-ram u żingu fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel fid-19 ta’ Frar 2003 u fl-14 ta’ Marzu 2003 rispettivament. Il-KXAN ikkonkluda illi l-livelli massimi preżenti ta’ dawk l-oligoelementi awtorizzati fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel huma, fil-maġġoranza tal-każi, ogħla milli meħtieġ rigward l-effetti ta’ dawn l-additivi u jirrakkomanda tnaqqis ta’ dawn il-livelli sabiex jadattawhom għar-rekwiżiti fiżjoloġIċI ta’ l-annimali. (6) Skond it-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti speċifikament rigward il-ħadid fil-ħwejjeġ ta’ l-ikel, ħnieżer tal-ħalib għandhom iżommu minn 7 sa 16 mg/kg ta’ ħadid kuljum, jew 21 mg ta’ ħadid kg/mal-piż tal-ġisem biex iżommu livelli adekwati ta’ ħemaglobina. Il-ħalib tal-ħanżira għandu fih medja ta’ 1 mg ta’ ħadid kull litru. Hekk, ħnieżer li jieħdu biss il-ħalib malajr jiżviluppaw enemija. Il-ħadid għalhekk għandu jingħata fi ħwejjeġ ta’ l-ikel komplimentari b’kontenut għoli ta’ dan l-element sakemm, waqt il-perjodu li jkunu jerdgħu, il-ħnieżer iż-żgħar ikunu sostnuti biss bil-ħalib. (7) Huwa xieraq li jipprovdi għal perjodu transitorju ta’ sitt xhur għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda u għal perjodu transizzjonali ta’ disa’ xhur għad-disponiment tal-ħaznient eżistenti ta’ l-għalf bit-tikkettja skond il-kondizzjonijiet preċedenti stabbiliti skond id-Direttiva 70/524/KEE. (8) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi E1 Iron-Fe, E3 Cobalt-Co, E4 Copper-Cu, E5 Manganese-Mn u E6 Zinc-Zn li jappartjenu għall-grupp "oligoelementi" [8], huma b’din mibdula minn dawk stipulati fl-Anness ta’ hawnhekk skond id-Direttiva 70/524/KEE. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mis-26 ta’ Jannar 2004. Madankollu, ħażniet eżistenti ta’ għalf bit-tikketta skond il-kondizzjonijiet preċedenti stipulati skond id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jintużaw matul il-perjodu transitorju li jiskadi fis-26 ta’ April 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 2003. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 270, 14.12.70, p. 1. [2] ĠU L 265, 3.10.2, p. 1. [3] ĠU L 289, 28.10.98, p. 4. [4] ĠU L 82, 26.3.99, p. 6. [5] ĠU L 284, 6.11.99, p. 1. [6] ĠU L 299, 15.11.1, p. 1. [7] ĠU L 125, 21.5.3, p. 3. [8] Il-lista ta’ addittivi awtorizzati, li tinkludi oligoelementi, hija pubblikata fil-ĠU L 329/1, 31.12.02, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 871/2003 (ĠU L 123, 21.5.3, p. 3). -------------------------------------------------- L-ANNESS Nru tal-KEE | Element | Addittiv | Formola u deskrizzjoni kimika | Livell Massimu ta' l-element fi mg/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel sħiħ jew fi mg/jum | Dispożizzjonijiet oħra | Perijodu ta' l-Awtorizzazzjoni | Elementi ta' Traċċa E 1 | Hadid-Fe | Karbonat Ferruż | FeCO3 | Ovini: 500 (total) mg/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel sħiħ Annimali domestiċi: 1250 (total) mg/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel sħiħ. Qżieqes sa ġimġħa qabel il-fatma: 250 mg/jum Speċi oħra: 750 (totali) mg/kg ta' l-oġġett ta' l-ikel sħiħ | | Mingħajr limiti ta' żmien | Klorur Ferruż, Tetrahidrat | FeCl2·4H2O | | Klorur Ferriku, Esahidirat | FeCl3·6H2O | | Ċitrat Ferruż, Esahidrat | Fe3(C6H5O7)2·6H2O | | Fumarat Ferruż | FeC4H2O4 | | Laktat Ferruż, Trihidrat | Fe(C3H5O3)2·3H2O | | Ossidu Ferriku | Fe2O3 | | Sulfat Ferruż, Monohidrat | FeSO4H2O | | Sulfat Ferruż, Eptrahidrat | FeSO4·7H2O | | Kelat Ferruż ta' aminoaċidi, hidrat | Fe(x)1-3 ·nH2O (x = anion ta' kull aminoaċidu derivat mill-protejina tas-soja idroliżżata) Piz molekulari ma jaċċedix 1500 | | E 3 | Kobalt-Co | Aċetat tal-Kobalt, tetrahidrat | Co(CH3COO)2·4H2O | 2 (total) | – | Mingħajr limiti ta' żmien | Karbonat bażiku tal-kobalt, monohidrat | 2CoCO3·3Co(OH)2·H2O | Klorul tal-kobalt, eżahidrat | CoCl2·6H2O | Sulfat tal-kobalt, eptahidrat | CoSO4·7H2O | Sulfat tal-kobalt, monohidrat | CoSO4·H2O | Nitrat tal-kobalt eżahidrat | Co(NO3)2·6H2O | E 4 | Ram-Ċu | Aċetat tar-ram, monohidrat | Cu(CH3COO)2·H2O | Majjal Qżieqes sat-tnax-il ġimgħa: 170 (total)majjali oħra: 25 (total)Bovini 1)qabel ma jibdew jirgħu:sostituti tal-ħalib: 15 (total)ikel ieħor komplet: 15 (total).2)bovini oħra: 35 (total).Ovini: 15 (total) Ħut: 25 (total) Krustaċji: 50 (total) Speċi oħra: 25 (total) | Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jidħlu fit-tiketti u fid-dokumenti li jakkompanjaw: Għall-oviniMeta l-livell tar-ram fl-oġġetti ta' l-ikel jeċċedi 10 mm/kg: il-livell ta’ ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna l-avvelenament f’ċerti speċje ta’ oviniGħall-bovini wara li jibdew jirgħuMeta l-livell ta’ ram fl-oġġett ta’ l-ikel ikun inqas minn 20 mg/kg: il-livell ta’ ram f’dan l-għalf jista’ jikkaġuna defiżjenzi ta’ ram f’bovini li jirgħu f’mergħat b’livelli għolja ta’ molibdenu jew kubrit | Mingħajr limiti ta’żmien | Karbonat bażiku tar-ram, monohidrat | CuCO3·Cu(OH)2·H2O | Klorul tar-ram, dihidrat | CuCl2·2H2O | Metjonat tar-ram | Cu(C5H10NO2S)2 | Ossidu tar-ram | CuO | Sulfat tar-ram, pentahidrat | CuSO4·5H2O | Kelat tar-ram, ta' l-amino aċidi, hidrat | Cu (x)1-3·nH2O (x = anjon ta’kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati) Piż molekulari ma jeccedix 1500. | Sulfat tal-liżin tar-ram | Cu(C6H13N2O2)2·SO4 | 2004.3.31.għas-sulfat tal-lesina tar-ram | E 5 | Manganiż-Mn | Karbonat manganuż | MnCO3 | Hut: 100 (total) Speċji oħra: 150 (total) | – | Mingħajr limiti ta’ żmien | Klorur tal-manganiż, trihidrat | MnCl2·3H2O | Fosfat aċidu tal-manganiż, trihidrat | MnHPO4·3H2O | Ossidu manganuż | MnO | Ossidu manganiku | Mn2O3 | Sulfat manganuż, tetrahidrat | MnSO4·4H2O | Sulfat manganuż, monohidrat | MnSO4·H2O | Kelat tal-manganiż ta’l-amino aċidi, hidrat | Mn (x)1-3·nH2O (x = anjon ta’kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati) Piż molekulari ma jeccedix 1500 | Ossidu manganomaniku | MnO Mn2O3 | E 6 | Żingu-Zn | Laktat taż-żingu, trihidrát | Zn(C3H5O3)2·3H2O | Annimai domestiċi: 250 (total) Hut: 200 (total) Sostituti tal-ħalib: 200 (total) Speċji oħra: 150 (total) | – | Mingħajr limiti ta’ żmien | Acetat taż-żingu,dihidrat | Zn(CH3COO)2·2H2O | Karbonat taż-żingu | ZnCO3 | Klorur taż-żingu,monohidrat | ZnCl2·H2O | Ossidu taż-żingu | ZnO Livell massimu ta’ ċomb:: 600 mg/kg. | Sulfat taż-żingu, eptahidrat | ZnSO4·7H2O | Sulfat taż-żingu, monohidrát | ZnSO4·H2O | Kelat taż-żingu ta’ l-amino aċidi, hidrat | Zn (x)1-3·nH2O (x = anjon ta’ kull amino aċidu derivat mill-proteini tas-soja hidrolizzati) Piż molekulari ma jeccedix 1500 | --------------------------------------------------