Official Journal L 180 , 18/07/2003 P. 0023 - 0024
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/2003 tal-15 Lulju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1601/2001 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju antidumping provizjorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Ċeka, ir-Russja, tat-Tajlanda u t-Turkija. IL_KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra r-Regolamnet tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonjiet li jifqgħu s-suq minn pajjiżi li mhumiex Membri tal-Komunità Ewropea [1] u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu., Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA TA' QABEL (1) Fil-5 ta' Mejju 2000, il-Kummissjoni bdiet proċedura antidumping [2]fuq importazzjonijiet ta' ċertu ħbula jew kejbils tal-ħadid jew tal-ażżar (il-prodott konċernat) li joriġina, inter alia, fit-Turkija. (2) Din il-proċedura finalment irriżultat f'dazju antidumping impost mir-Regolament (KE) Nru 1601/2001 [3] tat-2 Awissu 2001 biex jiġu eliminat l-effetti li jikkawżaw ħsara tad-dumping. (3) Miżuri proviżorji kienu ġew imposti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 230/2001 [4]. Flimkien ma' dawn, il-Kummissjoni aċċettat garanzija tal-prezzijiet minn, inter alia, l-esportatur produttur Has Celik ve Halat San Tic AS (Has Celik) skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 230/2001. L-importazzjonijiet tal-prodott konċernati prodotti u esportati direttament minn Has Celik kienu ġew eżentati mid-dazju antidumping skond l-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament. B. NUQQAS TA' KONFORMITA' MAL-ĠARANZIJA (4) Il-garanzija offruta minn has celik tapplika biss gĦal tipi ta' prodotti konĊernat li huma elenkati f'l-anness gĦall-garanzija. Biex tkun tista' jieħu benefiċċju ta' eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju Has Celik għandha toħroġ fattura kummerċjali li takkumpanja kull bejgħ magħmul suġġett għall-garanzija (fattura kummerċjali) kif mitlub mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 230/2001. Il-fattura kummerċjali għandha tissodisfa ir-rekwiżiti ta' l-Anness għall-istess Regolament. Dan jistipula wkoll li l-esportazzjonjiet lejn il-Kommunità ta' tipi ta' prodotti oħra li m'humiex elenkati fżdan l-Anness huma suġġetti ghal taxxa kontra it-tifqiegħ tas-suq. Barra minn hekk, Has Celik daħlet fi ftehim li ma tbiegħx it-tipi ta' prodotti konċernat, fuq bażi ta' medja peżata ta' sitt xhur, taħt prezz minimu ta' importazzjoni (MIP) li, għal kull tip ta' prodott, huwa ukoll elenkat fl-Anness għall-garanzija. (05) Wara spezzjoni ta' verifika fuq fil-post, ġie stabbilit li Has Celik kienet kkommettiet żewġ tipi ta' ksur tal-obbligazzjonijiet hawn fuq imsemmija. L-ewwel nett, kienet biegħet prodotti ta' tipi oħra minn dawk koperti mill-garanzija bl-użu ta' fattura kummerċjail u għalhekk ħalliet l-importaturi tagħha jaħarbu milli jħallsu id-dazju; It-tieni nett, ġie stabbilit, li l-kumpanija kienet biegġet ċertu tipi ta' prodotti koperti mill-impriża, fuq bażi ta' medja peżata ta' sitt xhur, bi prezz iktar baxx mill-MIP relevanti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2003 [5] jistabbilixxi fid-dettal in-natura tal-ksur li nstab (6) L-aċċettazzjoni tal-garanzija ġiet irtirata mill-Kummissjoni permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmi u, għalhekk,dazji antidumping definittivi għandhom jiġu imposti minnufih fuq l-importazzjoni tal-prodott konċernat manifatturat minn Has Celik. C. EMENDA TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1601/2001 (7) Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar il' fuq u skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 għandu jiġu emendat, u l-oġġetti manifatturata minn Has Celik għandha tkun suġġetta għar-rata xierqa ta'dazju antidumping għall dik il-kumpanija kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (17,8 %), ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-tabella fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/2001 għandha tiġi mibdula mit-tabella li ġejja. "Pajjiż | Fabbrikant | TARIC kodiċi addizzjonali | ir-Repubblika Ċeka | ŽDB a.s. Bezruc?ova 300, 73593 Bohumín Ir-Repubblika Ċeka | A216 | Ir-Russja | Staleprokanty Zavod,Russia, 162600 Cherepovets | A217 | Thailand | Usha Siam Steel Ind. Public Company Limited 888/116 Il-bini Plaza Mahatun, It-Tajlanda | A218" | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 15 Lulju 2003. F'isem il-Kunsill Il-President G. Tremonti [1] ĠU L 56, 06.03.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (ĠU L 305, 07.11.2002, p. 1). [2] ĠU C 127, 05.05.2000, p. 12. [3] ĠU L 211, 04.08.2001, pġ.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2288/2002 (ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 52). [4] ĠU L 34, 03.02.2001, p. 4. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2303/2002 (ĠU L 348, 21.12.2002, p. 80). [5] Ara paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------