Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħolTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0037 - 0043
CS.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
ET.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
HU.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
LT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
LV.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
MT.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
PL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
SK.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
SL.ES Chapter 05 Volume 04 P. 321 - 328
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (Test b'relevanza għall-Ftehim EE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parkament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 li jikkonċerna l-indiċi dwar l-ispiża tax-xogħol [1], u b'mod partikolari Artikolu 11 tiegħu, Billi: (1) Aġġustament staġjonali u tal-jum tax-xogħol ta' l-indiċi ta'l-ispiża tax-xogħol hija parti essenzjali mill-kompilazzjoni ta' l-indiċi. Serje aġġustati jagħmluha possibbli li jitqabblu r-riżultati u li jiġi interpretat l-indiċi b'mod komprensiv. (2) Formati ta' trasmissjoni predeterminati jnaqqsu l-problemi li jinqalgħu mit-trasmissjoni tad-data u flimkien ma’ rapporti ta' kwalità standardised, itejjbu l-interpretazzjoni u l-użu mgħaġġel ta' l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol. (3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku. (4) Bis-saħħa ta' Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 450/2003, ċerti derogi mir-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom jingħataw, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Trasmissjoni u proċeduri ta' aġġustament 1. L-indiċi u l-metadata trasmessi għandhom jintbagħtu f'forma elettronika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni (Eurostat). It-trasmissjoni għandha tikkonforma ma’ l-istandards adatti ta' skambju approvati mill-Kumitat tal-Programm Statistiku. Il-Eurostat għandha tagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata b'relazzjoni ma standards approvati u għandha tipprovdi linji gwida dwar kif jiġu implimentati dawn l-istandards. 2. L-indiċijiet trasmessi u l-metadata għandhom jiġu ppreparati b'dak il-mod li jippermettu interpretazzjoni bl-akbar reqqa tar-riżultati u l-applikazzjoni effiċjenti tal-proċeduri ta' l-aġġustament staġonali tal-Kummissjoni (Eurostat) għall-aggregati Ewropej. Is-serje ta' l-indiċi għandu jintbagħat fil-forom li ġejjin: (a) mhux aġġustat; (b) aġġustat skond il-jum tax-xogħol; (ċ) aġġustat skond l-istaġun u skond il-jum tax-xogħol. Artikolu 2 Kwalità 1. Il-kriterji ta' kwalità imsemmija f'Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom jikkomprendu dan li ġej: (a) relevanza; (b) eżattezza; (ċ) relevanza fiż-żmien u puntwalità (d) aċċessibilità u kjarezza; (e) komparabilità; (f) koerenza; (ġ) kompletezza. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jassiguraw li r-riżultati jirriflettu is-sitwazzjoni vera fir-rigward ta' l-attivitajiet ekonomiċi bi grad suffiċjenti ta' rappreżentattività. 2. Ir-rapporti tal-kwalità kif hemm provdut f'Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni sal-31 ta' Awissu ta' kull sena l-aktar tard u għandhom jirrelataw ma’ data li tintemm fir-raba kwart tas-sena kalendarja ta' qabel. L-ewwel rapport tal-kwalità għandu jiġi trasmess fil-31 ta' Awissu 2004 l-aktar tard. 3. Il-kontenut tar-rapporti annwali tal-kwalità għall-indiċi ta' l-iżpiża tax-xogħol għandu jkun kif stipulat f’Anness I li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 3 Perjodi transitorji Id-dettalji li jirrelataw mal-perjodi transitorji kif hemm provdut f'Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f’Anness II li jinsab ma dan ir-Regolament. Artikolu 4 Studji ta' possibilità Dettalji li jirrelataw ma’ l-istudji ta' possibilità kif hemm provdut f'Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f'Anness III li jinsab ma dan ir-Regolament. Artikolu 5 Katinar ta' l-indiċi Il-formola Laspeyres għall-katinar ta' l-indiċi li għandha tintuża għall-kalkolu ta' l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol għall-kombinazzjonijiet tan-NACE Rev. 1 sezzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 450/2003 hija stipulata f’Anness IV li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 6 Derogi Id-derogi mid-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 1(2) aċċettati bis-saħħa ta' Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 huma stipulati f’Anness V li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 7 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Pedro Solbes Mira Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 69, tat-13.3.2003, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I Ir-rapporti annwali dwar il-kwalità għall-indiċi ta'l-ispiża tax-xogħol jinkludu l-partiti li ġejjin: (a) evidenza ta' relevanza għall-ħtiġiet ta' l-utent: - sommarju li jinkludi deskrizzjon ta' l-utenti, l-oriġini u s-sodisfazzjon tal-ħtiġiet ta' l-utenti, u relevanza ta' statistika għall-utenti; (b) evidenza ta' eżattezza (informazzjoni mqassma skond in-NACE Rev. 1 sezzjonijiet): - reviżjoni ta'l-istorja: tabella li turi r-reviżjonijiet fir-rati ppubblikati ta' tkabbir sena fuq sena għall-ispejjeż totali tax-xogħol bl-użu tas-serje mhux aġġustata, għall-aħħar 12-il kwart; sommarju tar-raġunijiet għar-reviżjonijiet, - kopertura: tabella li turi l-perċentwali ta' l-impjegati rappreżentati fil-kampjun(i)/reġistru(i) ibbażata fuq in-numru ta' impjegati skond l-ESA 95; jekk il-partiti tal-ispiża tax-xogħol jinġabru minn sorsi differenti, tabella mqassma skond il-partiti tal-ispiża tax-xogħol skond Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003, - frekwenza: tabella li turi l-frekwenza tal-ġbir/aġġornar ta' l-informazzjoni differenti tal-partita tal-ispiża, - estimu: deskrizzjoni tal-metodi wżati biex jistmaw/jimmudellaw l-informazzjoni nieqsa (gruppi nieqsa ta' impjegati, intrapriżi, attivitajiet ekonomiċi u partiti tal-ispiża); evalwazzjoni, kwantitattiva kemm jista’ jkun, ta' l-impatt fuq il-figuri finali ta' informazzjoni nieqsa għal kollox (gruppi nieqsa ta' impjegati, intrapriżi, attivitajiet ekonomiċi u partiti tal-ispiża), - siegħat maħduma: deskrizzjoni tal-metodi tas-siegħat maħduma; jew deskrizzjoni tal-miżura bi prokura tas-siegħat maħduma u evalwazzjoni, kwantitattiva kemm jista’ jkun ta' l-impatt tal-miżuri bi prokura tal-figuri finali, - data amministrativa: fejn tintuża data amministrattiva, kummenti dwar il-korrispondenza u d-differenzi bejn il-kunċetti amministrattivi u l-kunċetti teoretiċi statistiċi; (ċ) relevanza fiż-żmien u puntwalità: - tabella li turi d-dewmien f'jiem għat-trasmissjoni tad-data għall-aħħar 12-il kwart koperti bir-rapport u l-korrispondenza bejn it-trasmissjoni ppjanata u d-data attwali tat-trasmissjoni; (d) aċċessibilità u kjarezza: - deskrizzjoni tal-midja ta' pubblikazzjoni għad-data u metadata fl-Istati Membri; (e) komparabilità: - deskrizzjoni ta' kull differenzi fil-kunċetti u l-metodi f'xi par ta' kwarti konsekuttivi mill-ewwel kwat ta' l-1996 ’l quddiem. B'żieda, deskrizzjoni tad-differenzi u stima, kwantitattiva kemm jista’ jkun, ta' l-effett tal-bidla fl-istimi. Kull differenzi fil-komparabilità bejn in-NACE Rev. 1 sezzjonijiet għandhom ukoll ikunu identifikati; (f) koerenza: - graff u tabella li juru r-rati ta' tkabbir annwali mhux aġġustati ta' l-indiċi totali tal-ispiża tax-xogħol (NACE Rev. 1 sezzjonijiet) u l-ESA 95 kumpens lill-impjegati skond is-sigħat maħduma (tqassim A6) bi spjegazzjonijiet għad-differenzi fir-rati ta' tkabbir għall-aħħar 12-il kwart; (ġ) kompletezza: - rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 flimkien ma’ pjan dettaljat u tabella taż-żmien għat-tlestija ta' l-implimentazzjoni; sommarju tad-devjazzjonijiet li jibqgħu mill-kunċett tal-UE. L-ewwel rapport tal-kwalità li għandu jinħareġ sal-31 ta' Awissu 2004 jinkludi wkoll il-partiti li ġejjin għad-data b'lura: - deskrizzjoni tas-sorsi wżati għad-data b'lura u l-metodoloġija wżata, - deskrizzjoni tal-korrispondenza bejn il-kopertura (attivitajiet ekonomiċi, impjegati, partiti tal-ispiża) tad-data b'lura u dik tad-data kurrenti, - deskrizzjoni tal-komparabilità tad-data b'lura u tad-data kurrenti. -------------------------------------------------- ANNESS II ILPERJODI TRANSITORJI LI JIRRELATAW MA’ L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-REGOLAMENT Stat Membru | Dispożizzjonijiet ikkonċernati | Artikolu | Perjodu transitorju | il-Belġju | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | Sentejn | Spejjeż tax-xogħol kull siegħa maħduma | 2 | Sentejn | il-Ġermanja | NACE sezzjonijiet H, I u K | 3 | Sentejn | il-Greċja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | Spanja | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | Sentejn | Franza | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | l-Irlanda | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | l-Italja | Spejjeż tax-xogħol kull siegħa maħduma | 2 | sena | Data b’lura bbażat fuq is-sigħat maħduma | 2, 5 | sena | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | sena | Kontribuzzjonijiet soċjali minn min iħaddem miżjuda bit-taxxi mħallsa minn min iħaddem imnaqqsa bis-sussidji riċevuti –mingħajr trattament ta’ taxxi u sussidji (D4 u D5) | 4 | Sentejn | il-Lussemburgu | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | l-Olanda | Data b’lura 1996-2002 | 5 | Sentejn | Kontribuzzjonijiet soċjali minn min iħaddem miżjuda bit-taxxi mħallsa minn min iħaddem imnaqqsa bis-sussidji riċevuti –minghħajr trattament ta’ taxxi u sussidji (D4 u D5) | 4 | Sentejn | l-Awstrija | NACE sezzjonijiet C, D, E u F | 3 | sena | NACE sezzjonijiet G, H, I, J u K | 3 | Sentejn | il-Portugall | dewmien fit-trasmissjoni ta’ 70 jum | 6 | sena | il-Finlandja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | l-Isvezja | Id-dispożizzjonijiet kollha | | Sentejn | ir-Renju Unit | Rappreżentanza ta’ l-Irlanda ta’ Fuq | 3 | Sentejn | Rappreżentanza ta’ unitajiet b’anqas minn 20 impjegat | 3 | Sentejn | Data b’lura | 5 | sena | Aġġustament tal-jum tax-xogħol | 11 | Sentejn | -------------------------------------------------- ANNESS III 1. L-istudju ta' possibiltà biex jiġi stmat kif l-indiċijiet ta' kull kwart tal-ispiża tax-xogħol jistgħu jinkisbu għan-NACE sezzjonijiet L, M, N u O L-istudju ta' possibiltà imwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari: L-Isfond Il-kontribuzzjoni li tagħti kull waħda minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi lill-ekonomija nazzjonali, espressa f'termini ta' spejjeż tax-xogħol jew miżura adattata alternattiva. Deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-ispiża tax-xogħol u l-iżvilupp għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi mqabbla ma "l-istrutturi ta'l-ispiża u l-iżvilupp fi ħdan in-NACE sezzjonijiet Ċ sa K." L-Għażliet Evalwazzjoni tal-prattiċi fi Stati Membri oħra, fejn id-data għal dawn is-sezzjonijiet NACE huma diġà disponibbli. Stima ta' l-għażliet differenti għall-ksib ta' l-indiċijiet tal-ispiża tax-xogħol għan-NACE sezzjonijiet L, M, N u O, li jippermettu t-trasmissjoni ta' data fl-ewwel kwart ta'l-2007. Għandu jingħata kont tas-sorsi possibbli ta' data li ġejjin: (a) l-użu ta' kollezzjonijiet eżistenti ta' data; (b) sorsi amministrattivi; (ċ) proċeduri ta' stima statistika; (d) kollezzjonijiet ġodda ta' data. Għal kull għażla kkunsidrata, l-istima għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti; il-bidu mistenni u l-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-uffiċju nazzjonali ta' l-istatiska; estimi tal-ispiża għal xi piż addizzjonali fuq in-negozji; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; xi riskji jew inċertezzi; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. Rakkomandazzjoni Ibbażata fuq l-istima ta' l-għażliet differenti, rakkomandazzjoni dwar l-attitudni l-aktar adattata għandha tiġi proposta. Implimentazzjoni Dettalji tal-pjan propost ta' implimentazzjoni, inkluża d-data tal-bidu u d-dati tat-tlestija tal-istadji speċifiċi ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni. Stati Membri li jwettqu studji ta' possibiltà L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' possibiltà biex jistmaw kif l-indiċijiet ta' kull kwart tal-ispiża tax-xogħol definiti f'Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 jistgħu jinkisbu minn-NACE Rev. 1 sezzjonijiet L, M, N u O: - id-Danimarka - il-Ġermanja - il-Greċja - Spanja - Franza - l-Italja - l-Awstrija - l-Isvezja. 2. L-istudju ta' possibiltà biex jistma kif l-indiċi li jistma l-ispejjeż totali tax-xogħol esklużi bonuses jista jinkiseb L-istudju ta' possibiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari: L-Isfond Il-kontribuzzjoni li l-bonuses jagħmlu għall-ispejjeż totali nazzjonali tax-xogħol b'deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-ħlasijiet tal-bonus fl-ekonomija nazzjonali. L-Għażliet Evalwazzjoni tal-prattiċi fi Stati Membri oħra, fejn id-data hija diġà disponibbli biex jiġi kkalkolat l-indiċi tan-nefqiet totali tax-xogħol esklużi bonuses. Stima ta' l-għażliet differenti għall-ksib ta' l-indiċi tal-ispejjeż totali tax-xogħol esklużi bonuses, li jippermettu t-trasmissjoni ta' data għall-ewwel kwart ta' l-2007. Għandu jingħata kont tas-sorsi possibbli ta' data li ġejjin: (a) l-użu ta' kollezzjonijiet eżistenti ta' data; (b) sorsi amministrattivi; (ċ) proċeduri ta' stima statistika; (d) kollezzjonijiet ġodda ta' data. Għal kull għażla kkunsidrata, l-istima għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti; il-bidu mistenni u l-ispejjeż tat-tmexxija ta' l-uffiċju nazzjonali ta' l-istatistika; estimi tal-ispiża għal xi piż addizzjonali fuq in-negozji; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; xi riskji jew inċertezzi; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. Rakkomandazzjoni Bażata fuq l-istima ta' l-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-attitudni l-aktar adattata. Implimentazzjoni Dettalji tal-pjan propost ta' implimentazzjoni, inkluża d-data tal-bidu u d-dati tat-tlestija ta'l-istadji speċifiċi ta' l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni. Stati Membri li jwettqu studji ta' possibiltà L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' possibiltà biex jistmaw kif l-indiċi li jistma in-nefqiet totali tax-xogħol esklużi bonuses fefiniti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 450/2003 jista "jinkiseb:" - il-Ġermanja - il-Greċja - Franza - l-Italja - l-Awstrija - il-Portugall - il-Finlandja - l-Isvezja. -------------------------------------------------- ANNESS IV Il-formola ta’ l-indiċi katina Laspeyres li għandha tintuża għall-kalkolazzjoni ta’ l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (LCI) għall-kombinazzjonijiet tas-sezzjonijiet tan-NACE Rev. 1: 1. Iddefinixxi: w itj = spejjeż tax-xogħol għal kull siegħa maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fi kwart t fis-sena j ω ik = spejjeż tax-xogħol għal kull siegħa maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k h ik = siegħat maħduma minn impjegati fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k W ik ω * h ik spejjeż tax-xogħol fin-NACE Rev. 1 sezzjoni i fis-sena k. 2. Il-formola bażika Laspeyres li għandha tintuża għall-kalkolazzjoni LCI għall-kwart t fis-sena j, bis-sena bażi k hija definita bħala: LCI = ∑ χ θ ∑ ω θ = ∑ ω θ ∑ Χ = ∑ Χ ∑ Χ ιλ fejn 1 ≤ = t ≤ = 4. 3. Il-piżijiet użati biex jiġi kalkolat l-indiċi huma definiti bħala: W ∑ Χ ιλ W ik fejn Wik, i u k huma definiti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness. 4. Ir-rabta annwali għas-sena l sas-sena l + 1, fejn 0 ≤ = l < l + 1 < j hija definita bi: L = ∑ ω θ ∑ ω θ ιμ 5. Il-formola ta’ l-indiċi katina Laspeyres għall-kwart t fis-sena j bis-sena ta’ referenza k = 0 u m l-intervall meħtieġ biex jiġu proċessati u applikati il-piżijiet annwali meħtieġa, fejn 1 ≤ = m ≤ = 2, hija definita bħala: LCItj(0) = 100. (L0,1). (L1,2) ….. (Lj-m-1,j-m). LCItj(j-m). 6. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun is-sena 2000, fejn l-indiċi annwali tal-ispiża tax-xogħol hija ugwali għal 100. -------------------------------------------------- ANNESS V Derogi Id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza u l-Isvezja: is-serje ta' l-indiċi għandha titwassal biss (b) jum tax-xogħol aġġustat u (ċ) aġġustament staġonali u tal-jum tax-xogħol. Il-metodi għall-aġġustament tal-jum tax-xogħol u dak staġonali għandhom ikunu dokumentati kollha kemm huma u jintgħamlu disponibbli lill-Kummissjoni (Eurostat). --------------------------------------------------