Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0030 - 0031
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 1214/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Numru 2368/2002 li jimplementa skema ta' ċertifikazzjoni skond il-Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali tad-djamanti ħorox IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 2368/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 li jimplementa skema ta' ċertifikazzjoni skond il-Kimberley Process għall-kummerċ internazzjonali tad-djamanti ħorox [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 803/2003 [2], partikolarment l-Artikolu 17 tiegħu, Billi: (1) Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-London Diamond Bourse and Club biex tiġi miżjuda fil-lista fl-Anness V tar-Regolament (KE) Numru 2368/2002 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "ir-Regolament"). (2) Il-London Diamond Bourse and Club pprovda informazzjoni lill-Kummissjoni bħala prova li aderixxa mal-ħtiġijiet ta' l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament, partikolarment billi jaddotta kodiċi ta' mġieba li jorbot il-membri kollha tiegħu. (3) Fuq il-bazi ta' l-informazzjoni provduta, il-Kummissjoni kkonkludiet illi ż-żieda tal-London Diamond Bourse and Club fl-Anness V tar-Regolament huwa xieraq. (4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Numru 2368/2002, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 It-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament huwa miżjud ma' l-Anness V ta' dan ir-Regolatment (KE) Numru 2368/2002. Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 28. [2] ĠU L 115, tad-9.5.2003, p. 53. -------------------------------------------------- ANNESS It-test li ġej huwa mizjud ma' l-Anness V tar-Regolament (KE) Numru 2368/2002: The London Diamond Bourse and Club 100 Hatton Garden London EC1N 8NX United Kingdom --------------------------------------------------