32003R1210



Official Journal L 169 , 08/07/2003 P. 0006 - 0023


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003

tas-7 ta' Lulju 2003

dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq u li tirrevoka l-Posizzjonijiet Komuni 1996/741/CFSP u 2002/599/CFSP [1],

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) L-Kunsill impona embargo komprensiv fuq il-kummerċ ma' l-Iraq skond ir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u Riżoluzzjonijiet oħra rilevanti li ħarġu warajha. Fil-preżent, dan l-embargo huwa stabbilit fil-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2465/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar il-waqfien ta' relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji bejn il-Komunità Ewropea u l-Iraq [2].

(2) Fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tat-22 ta' Mejju 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà ddeċieda illi, minbarra ċerti eċċezzjonijiet, il-projbizzjonijiet kollha dwar il-kummerċ ma' l-Iraq u l-provvista ta' riżorsi finanzjarji u ekonomiċi lill-Iraq, ma' għandhomx jibqgħu jiġu applikati.

(3) Bl-eċċezzjoni ta' projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat lejn l-Iraq, ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi illi r-ristrizzjonijiet komprensivi dwar il-kummerċ għandhom ikunu revokati u mibdula b' ristrizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-qligħ mill-bejgħ u mill-esportazzjoni ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat, u gass naturali mill-Iraq, u għall-kummerċ f'affarijiet li jappartjenu lill-patrimonju kulturali ta' l-Iraq bil-għan li jkun faċilitat ir-ritorn salv ta' dawn l-affarijiet.

(4) Ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi wkoll illi ċerti fondi u riżorsi ekonomiċi, b'mod partikolari dawk li jappartjenu lill-ex-President ta' l-Iraq Saddam Hussein u lill-uffiċjali anzjani tar-reġim tiegħu, għandhom ikunu friżati wara li jkunu indikati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skond il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 661 (1990). Ir-Riżoluzzjoni tgħid ukoll illi dawn il-fondi għandhom ikunu trasferiti fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq.

(5) Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu t-trasferimenti tal-fondi, tar-riżorsi ekonomiċi, u tal-qliegħ mir-riżorsi ekonomiċi li ġew friżati għall-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq, hemm bżonn li dawn il-fondi u riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati.

(6) Ir-Riżoluzzjoni tistipula illi ż-żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u l-gass naturali kollu li kien esportat mill-Iraq, kif ukoll il-pagamenti għal dawn l-affarijiet, għandhom ikunu meħlusa minn kull proċedura legal, sekwestri, qbid u eżekuzzjoni miġjuba minn dawk li għandhom xi pretensjoni kontra l-Iraq. Din il-miżura temporanja hija meħtieġa sabiex tinkoraġġixxi l-bini mill-ġdid ta' l-Iraq u l-istrutturar mill-ġdid tad-dejn ta' l-Iraq. Dan għandu jgħin sabiex tkun imneħħija t-theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali li toħloq is-sitwazzjoni preżenti fl-Iraq u dan fl-interess tal-komunità internazzjonali u b'mod partikolari tal-Komunità u l-Istati Membri.

(7) Il-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP taħseb għal emenda tar-reġim Komunitarju preżenti sabiex din il-Pożizzjoni Komuni tkun skond ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1483 (2003).

(8) Dawn il-miżuri jaqgħu taħt il-kompetenza tat-Trattat u, għalhekk, hija meħtieġa leġiżlazzjoni Komunitarja sabiex ikunu implimentati d-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà fit-territorju tal-Komunità, b'mod partikolari bil-għan li jkun evitat tagħwiġ fil-kompetizzjoni. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità huwa meqjus bħala li jinkludi t-territorju ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, u dan skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

(9) Sabiex ikun hemm ċertezza legali massima fil-Komunità, għandhom ikunu pubblikati l-ismijiet u data oħra rilevanti dwar persuni naturali jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet identifikati mill-awtoritajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu friżati. Barra minn hekk, għandha tkun stabbilita proċedura Komunitarja li tistabbilixxi kif dawn il-listi jkunu emendati.

(10) Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxu l-lista ta' affarijiet kulturali, l-listi ta' persuni, organi u entitajiet li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom għandhom jiġu friżati, u l-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti.

(11) L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom, fejn ikun hemm bżonn, jingħataw il-poter li jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu osservati.

(12) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skond dan ir-Regolament u dwar informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li jkollha x'taqsam ma' dan ir-Regolament. Huma għandhom jikkooperaw mal-Kumitat stabbilit fir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari, billi jgħaddulu informazzjoni.

(13) l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet li japplikaw għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jassiguraw illi dawn ir-regoli jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettvi, proporzjonati u li kapaċi jiddisswadu.

(14) Minħabba li l-miżuri komprensivi dwar il-kummerċ tar-Regolament (KE) Nru 2465/96 qed jiġu mibdula bir-ristrizzjonijiet speċifiċi dwar il-kummerċ li jinsabu f'dan ir-Regolament, u billi dan ir-Regolament jimponi miżuri ta' friża li jitolbu applikazzjoni immedjata minn operaturi ekonomiċi, huwa meħtieġ li jkun assigurat illi s-sanzjonijiet għall-ksur ta' dan ir-Regolament jkunu jistgħu jiġu applikati malli dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

(15) Għal raġunijiet ta' ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 għandu jkun revokat fl-intier tiegħu.

(16) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3541/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li jipprojbixxi li pretensjonijiet ta' l-Iraq dwar kuntratti u operazzjonijiet ikunu sodisfatti u li l-esekuzzjoni tiegħu kienet milquta mir-Riżoluzzjoni 661 (1990) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u mir-riżoluzzjonijiet relatati [3], għandu jibqa' fis-seħħ.

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. "il-Kumitat tas-Sanzjonijiet" tfisser: il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li kien stabbilit skond il-paragrafu 6 tar-Riżoluzzjoni 661 (1990);

2. "fondi" tfisser assi finanzjarji u ġid ekonomiku ta' kull xorta, inklużi, iżda mhux limitati għal:

(a) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet dwar flus, drafts, ordinijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagamenti;

(b) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta' djun;

(ċ) titoli u strumenti ta' debitu mibjugħa pubblikament jew privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, digrieti, obbligazzjonijiet u kuntratti derivati minnhom;

(d) interess, dividendi jew dħul ieħor minn jew valur li jinħoloq mill-assi;

(e) kreditu, dritt għal kumpens, garanziji, garanziji ta' esekuzzjoni jew rabtiet finanzjarji oħra;

(f) ittri ta' kreditu, poloz ta' karigu, dokumenti uffiċjali ta' bejgħ ta' proprjetà;

(g) dokumenti li jixhdu interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji,

(h) kull strument ieħor li jiffinanzja l-esportazzjoni;

3. "riżorsi ekonomiċi" tfisser assi ta' kull tip, kemm jekk tanġibbli u kemm jekk le, kemm jekk mobbli jew immobbli, li ma humiex fondi imma li jistgħu jintużaw sabiex ikunu akkwistati fondi, merkanzija jew servizzi;

4. "iffriżar ta' fondi" tfisser il-projbizzjoni ta' ċaqliq, trasferimenti, bidliet, użu ta' jew traffikar ta' fondi li jistgħu b'xi mod iwasslu għal bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lokazzjoni, fid-dritt tal-pussess, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni jew f'bidla oħra li tagħmel possibbli l-użu tal-fondi, inkluż il-ġestjoni tal-portafolli;

5. "iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi" tfisser il-projbizzjoni ta' l-użu ta' dawn ir-riżorsi sabiex jinkisbu fondi, merkanzija jew servizzi b'kull mod, inklużi, iżda mhux biss, permezz tal-bejgħ jew kera tagħhom jew permezz ta' l-użu tagħhom bħala ipoteka;

6. "Il-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq" tfisser il-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq.

L-Artikolu 2

Id-dħul kollu mill-bejgħ u l-esportazzjoni ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali mill-Iraq, kif imniżżla fil-lista ta' l-Anness I, għandu, mit-22 ta' Mejju 2003, jkun depożitat fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikolari l-paragrafi 20 u 21 tagħha. Dan għandu jsir sakemm tkun imwaqqaf gvern li jirrappreżenta lill-Iraq u li jkun rikonoxxut internazzjonalment.

L-Artikolu 3

1. Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

(a) l-importazzjoni jew l-introduzzjoni fit-territorju tal-Komunità ta',

(b) l-esportazzjoni jew il-ħruġ mit-territorju tal-Komunità ta', u

(ċ) it-traffikar fi proprjetà kulturali ta' l-Iraq u oġġetti oħra li għandhom importanza arkeoloġika, storika, kulturali, xjentifika jew reliġjuża, inlużi l-oġġetti mniżżla fil-lista ta' l-Anness II, jekk dawn kien meħuda b'mod illegali minn postijiet fl-Iraq, b'mod partikolari jekk:

(i) dawn l-oġġetti jagħmlu parti integrali minn, jew kollezzjoniji pubbliċi mniżżla fl-inventarji ta' mużewijiet Iraqini, f'arkivji jew f'kollezzjoni ta' konservazzjoni ta' libreriji, jew f'inventarji ta' istituzzjonijiet reliġjużi Iraqini, jew

(ii) jeżisti suspett xieraq illi l-oġġetti nħarrġu mill-Iraq mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju leġittimu tagħhom jew nħarrġu mill-Iraq bi ksur tal-liġijiet jew regolamenti ta' l-Iraq.

2. Dawn il-projbizzjonijiet ma għandhom japplikaw jekk ikun muri illi jew:

(a) l-oġġetti kulturali kienu esportati mill-Iraq qabel is-6 ta' Awissu 1990; jew

(b) l-oġġetti kulturali qed jintbagħtu lura lil istituzzjonijiet Iraqini skond l-għan ta' ritorn salv imniżżel fil-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-Artikolu 4

1. Għandhom ikunu friżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jinsabu barra l-Iraq fit-22 ta' Mejju 2003 jew wara din id-data u li jappartjenu lill-Gvern preċedenti ta' l-Iraq, jew lil xi wieħed mill-organi pubbliċi, korporazzjonijiet, inklużi kumpanniji stabbiliti mil-liġi privata iżda li awtoritajiet pubbliċi għandhom sehem maġġur fihom, u aġenziji ta' dik ir-Repubblika identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u mniżżla fil-lista ta' l-Anness III.

2. Għandhom ikunu friżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-, jew huma proprjetà ta' jew huma miżmuma mill-persuni li ġejjin, kif identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u mniżżla fl-Anness IV:

(a) l-ex President Saddam Hussein;

(b) uffiċjali anzjani tar-reġim tiegħu;

(ċ) membri immedjati tal-familji tagħhom; jew

(d) persuni ġuridiċi, organi jew entitajiet li huma proprjetà ta' jew huma ikkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni msemmija fis-subparagrafi (a), (b) u (c) jew minn xi persuna naturali jew ġuridika li taġixxi f'isimhom jew fuq direzzjonijiet tagħhom.

3. Ma għandhomx jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni, kemm diretta u kemm indiretta, ta' jew għall-vantaġġ ta', persuna naturali jew ġuridika, organu jew entità mniżżla fil-listi ta' l-Annessi III u IV.

4. Ma għandhomx jitqiegħdu riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni, kemm diretta u kemm indiretta, ta' jew għall-vantaġġ ta', persuna naturali jew ġuridika, organu jew entità mniżżla fil-listi ta' l-Annessi III u IV b' tali mod li dik il-persuna, grupp jew entità tkun tista' takkwista fondi, merkanzija jew servizzi.

L-Artikolu 5

1. L-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati jista' jsir iżda bil-kondizzjoni illi kull żieda li ssir tkun iffriżata.

2. Dan ir-Regolament ma għandux jitlob l-iffriżar ta' trasferiment ta' fondi lil benefiċjarju fil-Komunità minn jew permezz ta' bank Iraqi li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Artiklu 4(1), jekk dan it-trasferiment ikun pagament għall-merkanzija jew servizzi mitluba mill-klijenti ta' dak il-bank. Dan ir-Regolament ma għandux jirristrinġi l-validità u l-użu ta' garanziji u ittri ta' kreditu maħruġa minn banek Iraqini li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' l-Artiklu 4(1) fuq talba tal-klijenti tagħhom bil-għan li jħallsu għal merkanzija jew servizzi li l-klijenti konċernati jkunu ordnaw fil-Komunità.

L-Artikolu 6

Fondi, riżorsi ekonomiċi u dħul minn riżorsi ekonomiċi friżati skond l-Artiklu 4 għandhom jiġu rilaxxati bl-iskop li jkunu trasferiti fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq u dan skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-Artikolu 7

1. Għandha tkun projbita l-parteċipazzjoni, bl-għarfien u bl-intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa li b'mod dirett jew indirett jaħarbu mill-Artiklu 4 jew li jinkoraġġixxu l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3

2. Kull informazzjoni li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament kienu jew qed jiġu evitati għandha tkun mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, kif imniżżla fil-lista fl-Anness V, u permezz ta' dawn l-awtoritajiet, b'mod dirett jew indirett, għandha tkun mgħarrfa l-Kummissjoni.

L-Artikolu 8

1. Bla ħsara għar-regoli li japplikaw fir-rigward ta' l-irrapportar, tal-konfidenzalità u tas-segretezza professjonali u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artiklu 284 tat-Trattat, persuni naturali u ġuridiċi, entitajiet u organi għandhom:

(a) jipprovdu immedjatament kull informazzjoni li tista' tiffaċilita l-ħarsien ta' dan ir-Regolament, bħal per eżempju, l-kontijiet u l-ammonti friżati skond l-Artiklu 4, lill-awtoritajiet kompetenti mniżżla fil-lista ta' l-Anness V ta' l-Istati Membri li fihom huma residenti jew ippostjati, u b'mod dirett jew permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti, lill-Kummissjoni;

(b) jikkooperaw ma' l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fil-lista ta' l-Anness V meta dawn ikun qed jivverifikaw din l-informazzjoni.

2. L-informazzjoni mogħtija jew riċevuta skond dan l-Artiklu għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom kienet mogħtija jew riċevuta.

3. Informazzjoni addizzjonali li tirċievi l-Kummissjoni direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

L-Artikolu 9

L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li jsir in buona fede u skond dan ir-Regolament ma joħloq l-ebda responsabbiltà għall-persuni naturali jew ġuridiċi jew entitajiet li jimplimentawh u lanqas għad-diretturi jew impjegati ta' dawn l-entitajiet. Dan ma japplikax meta r-riżorsi ekonomiċi kienu friżati b'riżultat ta' negliġenza.

L-Artikolu 10

1. Dawn li ġejjin għandhom ikunu immuni minn proċeduri legali u ma għandhomx ikunu suġġetti għal kull forma ta' sekwestru, qbid jew eżekuzzjoni:

(a) żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, sakemm it-titolu ta' dan il-materjal jgħaddi f'idejn ix-xerrej;

(b) dħul u obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, inklużi pagamenti għal dawn l-oġġetti ddepożitati fil-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq;

(ċ) fondi u riżorsi ekonomiċi friżati skond l-Artiklu 4;

(d) l-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq miżmum mill-Bank Ċentrali ta' l-Iraq.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, id-dħul u l-obbligi li jirriżultaw mill-bejgħ ta' żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq, u l-Fond għall-Iżvilupp ta' l-Iraq ma għandhomx ikunu immuni minn pretensjonijiet magħmula a bażi tar-responsabbiltà ta' l-Iraq għal danni ikkawżati minn inċidenti ekoloġiċi wara t-22 ta' Mejju 2003.

L-Artikolu 11

Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter illi:

(a) temenda l-Anness II skond kif ikun hemm bżonn;

(b) temenda jew tissupplimenta l-Annessi III u IV a bażi ta' determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; u

(ċ) temenda l-Anness V a bażi ta' informazzjoni mgħoddija mill-Istati Membri.

L-Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti kollha meħtieġa mal-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-għan li dan ir-Regolament ikun implimentat b'mod effettiv.

L-Artikolu 13

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw immedjatament lil xulxin dwar kull miżura li jieħdu skond dan ir-Regolament. Huma għandhom jgħaddu lil xulxin informazzjoni rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom u li jkollha x'taqsam ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni li jkunu rċievu skond l-Artiklu 8 u informazzjoni dwar ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, problemi ta' infurzar u deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali.

L-Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu japplika minkejja kwalunkwe drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imposti permezz ta' ftehim internazzjonali iffirmati jew il-konklużjoni ta' kull kuntratt jew kull liċenza jew permess mogħti qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 15

1. l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet li għandhom japplikaw għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jassiguraw illi dawn ir-regoli jkunu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u li kapaċi jiddisswadu.

2. Sakemm tkun addottata leġiżlazzjoni b'dan il-għan, fejn hemm il-bżonn li din il-leġiżlazzjoni tkun addottata, is-sanzjonijiet li għandhom ikunu imposti meta jkun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu, fejn ikun rilevanti, dawk is-sanzjonijiet determinati mill-Istati Membri sabiex idaħħlu fis-seħħ l-Artiklu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 2465/96.

3. Kull Stat Membru għandu jkun risponsabbli sabiex jibda proċeduri kontra kull persuna naturali jew ġuridika, grupp jew entità li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu meta tali persuna, grupp jew entità tikser xi miżura restrittiva stabbilita f'dan ir-Regolament.

L-Artikolu 16

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika:

(a) fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta' l-ajru;

(b) abbord kull ajruplan jew vapur li jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(ċ) għal kull persuna li hija ċittadina ta' Stat Membru kull fejn tinstab;

(d) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entità inkorporata jew kostitwita taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e) għal kull persuna ġuridika, grupp jew entità li hija involuta f'kummerċ fil-Komunità.

L-Artikolu 17

Ir-Regolament (KE) Nru 2465/96 huwa hawnhekk revokat.

L-Artikolu 18

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Dan ir-Regolament, minbarra l-Artikoli 4 u 6, għandu japplika mit-23 ta' Mejju 2003.

3. L-Artiklu 10 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 7 Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] Ara paġna 72 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 337, tas-27.12.1996, p. 1. Ir-Regolament skond kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 208/2003 (ĠU L 28, ta' l-4.2.2003, p. 26).

[3] ĠU L 361, ta' l-10.12.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Lista ta' merkanzija msemmija fl-Artiklu 2

Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-Prodott |

270900 | Żejt mhux raffinat u żejt miksub minn minerali tal-bitum mhux raffinat |

2710 | Żejt u żejt miksub minn minerali tal-bitum, minbarra żejt li ma jkunx raffinat; preparazzjonijiet li m'humiex speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor u li 70 % tal-piż tagħhom u li l-kostitwent bażiku tagħhom huwa żejt jew żejt miksub minn minerali tal-bitum |

2711 | Gassijiet petrolifiċi u idrokarboni li fihom il-gass |

271210 | Griż meħud mill-pitrolju |

27122000 | Xamgħa li tittieħed mill-pitrolju li l-piż tagħha fih anqas minn 0,75 % żejt |

Ex271290 | "Slack wax", "scale wax" |

2713 | Kokk tal-pitrolju, bitum tal-pitrolju u residwi oħra ta' żejt mhux raffinat jew żejt miksub minn minerali tal-bitum |

2714 | Bitum u asfalt naturali; shale tal-bitum jew taż-żejt u ramel tal-qatran; blat ta' l-asfalt |

27150000 | Taħlitiet tal-bitum ibbażati fuq asfalt naturali, fuq bitum naturali, fuq bitum tal-pitrjolu, fuq qatran naturali jew fuq żift tal-qatran naturali (eżempju, siment tal-bitum użat ma' l-asfalt "cutbacks") |

2901 | Idrokarboni aċikliċi |

29021100 | Idrokarboni ċikliċi likwidi tas-serje paraffin. |

29022000 | Benżin |

29023000 | Toluene: likwidu bla kulur li jieħu n-nar malajr meħud mill-qatran tal-faħam u mill-pitrolju |

29024100 | o-Xylene |

29024200 | m-Xylene |

29024300 | p-Xylene |

290244 | Isomeri imħallta ta' l-xylene |

29025000 | Stirene |

29026000 | Etile benżin |

29027000 | Cumene |

29051100 | Metanol (alkoħol tal-metil) |

34031910 | Preparazzjoni li jillubrikaw (inklużi preparazzjonijiet ta' żejt użati fl-għodda tal-qtugħ, preparazzjonijiet użati biex jinħallu viti u skorfini, preparazzjonijiet għal kontra s-sadid, preparazzjonijiet għal kontra l-korrużjoni, u preparazzjonijiet biex jinħallu l-forom, ibbażati fuq lubrikanti) u preparazzjonijiet li fihom, bħala kostitwenti bażiċi, 70 % tal-piż tagħhom żejt mhux raffinat jew żejt miksub minn minerali tal-bitom iżda mhux bħala l-kostitwent bażiku |

38112100 | Addittivi għal żjut li jillubrikaw li fihom żjut mhux raffinat jew żjut miksuba minn minerali tal-bitum |

38249010 | Sulfon tal-pitrolju, minbarra sulfon tal-pitrolju minn metalli alkali, minn ammonju jew minn etanolamini; aċtu sulfoniku taż-żejt ku fih l-atomi sulfuriċi ħadu post uħud jew l-atomi kollha ta' l-ossiġenu, liema aċtu jkun miksub minn minerali tal-bitum u l-melħ tagħhom |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Lista ta' l-affarijiet imsemmija fl-Artiklu 3

Ex Kodiċi NM | Deskrizzjoni tal-Prodott |

97050000 97060000 | 1.Oġġetti arkeoloġiċi li għandhom aktar minn 100 sena:li huma l-frott ta' skavi u ta' sejbiet fuq l-art jew taħt l-ilmali nstabu f'siti arkeoloġiċili jagħmlu parti min kollezzjonijiet arkeoloġiċi |

97050000 97060000 | 2.Elementi li jiffurmaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li għandhom aktar minn 100 sena u li kienu maqsuma f'diversi partijiet |

9701 | 3.Stampi u pitturi, minbarra dawk inklużi fil-kategoriji 3A jew 4, magħmula kompletament bl-idejn bi kwalunkwe mezz u fuq kwalunkwe materjal, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom |

9701 | 3A.Akkwarelli, gwazzi u pastelli magħmula kompletament bl-idejn fuq kwalunkwe materjal, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom |

6914 9701 | 4.Mużajki fi kwalunkwe materjal magħmula kompletament bl-idejn, minbarra dawk li jaqgħu fil-kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet bi kwalunkwe mezz magħmula kompletament bl-idejn fuq kwalunkwe materjal, liema mużajki u tpinġijiet għandhom aktar minn 50 sena u ma jappartjenux lil min għamilhom |

Il-Kapitlu 49 97020000 84425099 | 5.Inċiżjonijiet oriġinali, stampi magħmul bi pressa, serigraffi u litografiji, flimkien mal-forom u l-kartelluni oriġinali rispettivi tagħhom, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom |

97030000 | 6.Skulturi oriġinali jew statwarji u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom, minbarra dawk li jaqgħu f'kategorija 1 |

3704 3705 3706 49119180 | 7.Ritratti, films u n-negattivi tagħhom, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom |

97020000 97060000 49011000 49019900 49040000 49059100 49059900 49060000 | 8.Inkunabuli u manuskritti, inklużi mapep u partituri mużikali, weħidhom jew f'kollezzjonijiet, li għandhom aktar minn 50 sena u li ma jappartjenux lil min għamilhom |

97050000 97060000 | 9.Kotba li għandhom aktar minn 100 sena, weħidhom jew f'kollezzjoni |

97060000 | 10.Mapep stampati li għandhom aktar minn 200 sena |

3704 3705 3706 4901 4906 97050000 97060000 | 11.Arkivji, u kull elementi tagħhom, ta' kull tip u fuq kull mezz, li għandhom aktar minn 50 sena |

97050000 97050000 | 12.(a)Kollezzjonijiet, kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni mogħtija fil-Każ 252/84, u kampjuni minn kollezzjonijiet żooloġiċi, botaniċi, mineraloġiċi jew anatomiċi;(b)Kollezzjonijiet, kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni mogħtija fil-Każ 252/84, ta' interess storiku, palaeontoloġiku, etnografiku jew numismatiku |

97050000 Kapitli 86 sa 89 | 13.Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena |

| 14.Kull oġġett antik ieħor li ma huwiex imniżżel fil-kategoriji 1 sa 13 |

| (a)li għandu bejn il-50 u 100 sena: |

Il-Kapitlu 95 | -ġugarelli, logħob |

7013 | -oġġetti tal-ħġieġ |

7114 | -artikoli ta' ħaddiema tad-deheb u ta' l-arġentiera |

Kapitolu 94 | -għamara |

Kapitolu 90 | -apparat ottiku, fotografiku jew ċinematografiku |

Kapitolu 92 | -strumenti mużikali |

Kapitolu 91 | -arloġġi u arloġġi ta' l-idejn u partijiet tagħhom |

Kapitolu 44 | -artikoli ta' l-injam |

Kapitolu 69 | -fuħħar |

58050000 | -arazzi |

Kapitolu 57 | -twapet |

4814 | -wallpaper |

Kapitolu 93 | -armi |

97060000 | (b)aktar minn mitt sena |

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Lista ta' organi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni naturali u ġuridiċi, organi u entitajiet tal-gvern ta' qabel ta' l-Iraq imsemmi fl-Artiklu 4(1), (3) u (4)

p.m.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Lista ta' persuni naturali u ġuridiċi, organi u entitajiet assoċċjati mar-reġim ta' l-ex President Saddam Hussein imsemmija fl-Artikoli 4(2), (3) u (4)

1. ISEM: Saddam Hussein Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Abu Ali

DATA U POST TAT-TWELID: 28 ta' April 1937, f'al-Awja, ħdejn Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Imsemmi fir-Riżoluzzjoni 1483

2. ISEM: Qusay Saddam Hussein Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1965 jew 1966, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

It-tieni tifel ta' Saddam;

Kien responsabbli mill-Gwardja Speċjali Repubblikana, mill-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Speċjali, u mill-Gwardja Repubblikana

3. ISEM: Uday Saddam Hussein Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1964 jew 1967, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

It-tifel il-kbir ta' Saddam

Il-mexxej ta' l-Organizzazzjoni Paramilitari Fedayeen Saddam

4. ISEM: Abid Hamid Mahmud Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Abid Hamid Bid Hamid Mahmud

Kul. Abdel Hamid Mahmoud

Abed Mahmoud Hammud

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1957, f'al-Awja, ħdejn Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Segretarju Presidenzali u Konsulent Importanti ta' Saddam

5. ISEM: Ali Hassan Al-Majid Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Al-Kimawi

DATA U POST TAT-TWELID: 1943, f'al-Awja, ħdejn Tikrit, l-Iraq

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Konsulent Presidenzali u Membri Anzjan tal-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Kmand

6. ISEM: Izzat Ibrahim al-Duri

MAGĦRUF BĦALA: Abu Brays

Abu Ahmad

DATA U POST TAT-TWELID: 1942, f'al-Dur

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Assistent Kap Kmandant tal-Militar ta' l-Iraq

Assistent Segretarju tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th,

Viċi President tal-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Kmand

7. ISEM: Hani Abd-Al-Latif Tilfah Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1962, f'al-Awja, ħdejn Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

It-tieni wieħed fl-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Speċjali

8. ISEM: Aziz Salih al-Numan

DATA U POST TAT-TWELID: 1941 jew 1945, f'An Nasiriyah

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTÀ TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th;

ex-Gvernatur ta' Karbala u An Najaf;

ex-Ministru ta' l-Agrikoltura u tar-Riforma Agrarja (1986-1987)

9. ISEM: Muhammad Hamza Zubaidi

DATA U POST TAT-TWELID: 1938, b'Babylon, Babil

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

ex-Prim Ministru

10. ISEM: Kamal Mustafa Abdallah

MAGĦRUF BĦALA: Kamal Mustafa Abdallah Sultan al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1952 jew 4 May 1955, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Segretarju tal-Gwardja Repubblikana;

Mexxa l-Gwardja Speċjali Repubblikana u kmanda iż-żewġ Korpi tal-Gwardja Repubblikana

11. ISEM: Barzan Abd al-Ghafur Sulaiman Majid Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Barzan Razuki Abd al-Ghafur

DATA U POST TAT-TWELID: 1960, f'Salah al-Din

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kmandant tal-Gwardja Speċjali Repubblikana

12. ISEM: Muzahim Sa'b Hassan Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1946 jew 1949 jew 1960, f'Salah al-Din jew al-Awja ħdejn Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Mexxi il-Forzi tad-Difiża ta' l-Ajru ta' l-Iraq;

Assistent Direttur ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industrijalizzazzjoni Militari

13. ISEM: Ibrahim Ahmad Abd al-Sattar Muhammed Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1950, f'Mosul

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kap ta' l-Istat Maġġur responsabbli mill-Forzi Armati

14. ISEM: Saif-al-Din Fulayyih Hassan Taha Al-Rawi

MAGĦRUF BĦALA: Ayad Futayyih Al-Rawi

DATA U POST TAT-TWELID: 1953, f'Ramadi

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kap ta' l-Istat Maġġur responsabbli mill-Gwardja Repubblikana

15. ISEM: Rafi Abd-al-Latif Tilfah Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1954, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Direttur tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali

16. ISEM: Tahir Jalil Habbush Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1950, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Direttur tas-Servizzi ta' l-Informazzjoni ta' l-Iraq;

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtà Ġenerali bejn l-1997 u l-1999

17. ISEM: Hamid Raja Shalah Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Hassan Al-Tikriti; Hamid Raja-Shalah Hassum Al-Tikriti;

DATA U POST TAT-TWELID: 1950, Bayji, f'Salah al-Din Governorate

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kmandant tal-Forzi ta' l-Ajru

18. ISEM: Latif Nusayyif Jasim Al-Dulaymi

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1941, f'ar-Rashidiyah, subborg ta'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Assistent President tal-Bureau Militari tal-Partit Ba'th;

Ministru tax-Xogħol u ta' l-Affarijiet Soċjali bejn l-1993 u l-1996)

19. ISEM: Abd-al-Tawwab Mullah Huwaysh

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1957 jew 14 Marzu 1942, jew f'Mosul jew f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Assistent Prim Ministru;

Direttur ta' l-Organizzazzjoni għall-Industrijalizzazzjoni Militari

20. ISEM: Taha Yassin Ramadan Al-Jizrawi

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1938, f'Mosul

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Viċi President mill-1991

21. ISEM: Rukan Razuki Abd-al-Ghafur Sulaiman Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Rukan Abdal-Ghaffur Sulayman al-Majid;

Rukan Razuqi Abd al-Ghafur Al-Majid;

Rukan Abd al-Ghaffur al-Majid Al-Tikriti Abu Walid;

DATA U POST TAT-TWELID: 1956, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kap ta' l-Affarijiet Tribali fl-Uffiċju tal-President

22. ISEM: Jamal Mustafa Abdallah Sultan Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 4 May 1955, f'al-Samnah, ħdejn Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Assistent Kap ta' l-Affarijiet Tribali fl-Uffiċju tal-President

23. ISEM: Mizban Khadr Hadi

DATA U POST TAT-TWELID: 1938, f'Mandali District, Diyala

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Membru tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th u tal-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Kmand mill-1991

24. ISEM: Taha Muhyi-al-Din Ma'ruf

DATA U POST TAT-TWELID: 1924, f'Sulaymaniyah

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Viċi President tal-Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Kmand

25. ISEM: Tariq Aziz

MAGĦRUF BĦALA: Tariq Mikhail Aziz

DATA U POST TAT-TWELID: 1 Lulju 1936, f'Mosul jew f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Viċi Prim Ministru

PASSAPORT: (Lulju 1997): Nru 34409/129

26. ISEM: Walid Hamid Tawfiq Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Walid Hamid Tawfiq al-Nasiri

DATA U POST TAT-TWELID: 1954, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Gvernatur ta' Basrah

27. ISEM: Sultan Hashim Ahmad Al-Ta'i

DATA U POST TAT-TWELID: 1944, f'Mosul

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Ministru tad-Difiża

28. ISEM: Hikmat Mizban Ibrahim al-Azzawi

DATA U POST TAT-TWELID: 1934, f'Diyala

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi

29. ISEM: Mahmud Dhiyab Al-Ahmed

DATA U POST TAT-TWELID: 1953, f'Baghdad jew f'Mosul

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Ministru ta' l-Intern

30. ISEM: Ayad Futayyih Khalifa Al-Rawi

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1942, f'Rawah

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kap ta' l-Istat Maġġur responsabbli mill-Forza Quds bejn l-2001 u l-2003;

ex-Gvernatur ta' Baghdad u Ta'mim

31. ISEM: Zuhair Talib Abd-al-Sattar Al-Naqib

DATA U POST TAT-TWELID: Circa 1948

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Direttur ta' l-Informazzjoni Militari

32. ISEM: Amir Hamudi Hassan Al-Sa'di

DATA U POST TAT-TWELID: 5 ta' April 1938, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Konsulent Xjentifiku tal-President;

Assistent Anzjan ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industrijalizzazzjoni Militarji bejn l-1988 u l-1991

Ex-President tal-Korpi Tekniċi għall-Proġetti Speċjali;

PASSAPORTI:?Nru 33301/862

Maħruġ: 17 ta' Ottubru 1997

Validu sa: 1 ta' Ottubru 2005

?M0003264580

Maħruġ: Mhux magħruf

Validu sa: Mhux magħruf

?H0100009

Maħruġ: Mejju 2001

Validu sa: Mhux magħruf

33. ISEM: Amir Rashid Muhammad Al-Ubaidi

DATA U POST TAT-TWELID: 1939, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Ministru taż-Żejt bejn l-1996 u l-2003;

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industrijalizzazzjoni Militari fil-bidu tad-disgħinijiet.

34. ISEM: Husam Muhammad Amin Al-Yassin

DATA U POST TAT-TWELID: 1953 jew 1958, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Kap tad-Direttorat tal-Kontroll Nazzjonali

35. ISEM: Muhammad Mahdi Al-Salih

DATA U POST TAT-TWELID: 1947 jew 1949, f'al-Anbar Governate

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Ministru tal-Kummerċ bejn l-1987 u l-2003;

Kap ta' l-Uffiċju tal-President lejn nofs is-snin tmenin

36. ISEM: Sab'awi Ibrahim Hassan Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1947, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Konsulent tal-President;

Direttur tas-Sigurtà Ġenerali fil-bidu tas-snin disgħin;

Kap tas-Servizzi ta' l-Informazzjoni ta' l-Iraq bejn l-1990 u l-1991;

Fardsieq ta' Saddam Hussein

37. ISEM: Watban Ibrahim Hassan Al-Tikriti

MAGĦRUF BĦALA: Watab Ibrahim al-Hassan

DATA U POST TAT-TWELID: 1952, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Konsulent tal-President;

Ministru ta' l-Intern fil-bidu tas-snin disgħin;

Fardsieq ta' Saddam Hussein

38. ISEM: Barzan Ibrahim Hassan Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1951, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Konsulent tal-President;

Rappreżentant Permanent fin-Nazzjonijiet Uniti (Ġinevra) bejn l-1989 u l-1998;

Kap tas-Servizzi ta' l-Informazzjoni ta' l-Iraq, fil-bidu tas-snin tmenin;

Fardsieq ta' Saddam Hussein

39. ISEM: Huda Salih Mahdi Ammash

DATA U POST TAT-TWELID: 1953, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Membru tal-Kmand Reġjonali tal-Parti Ba'th;

Kap tal-Laboratorji Bijoloġiċi u ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industrijalizzazzjoni Militari f'nofs is-snin disgħin;

Ex-Kap tal-Bureau ta' l-Istudenti u taż-Żgħażagħ tal-Partit Ba'th;

Ex-Kap tal-Bureau Professjonali ta' l-Affarijiet tan-Nisa;

40. ISEM: Abd-al-Baqi Abd-al-Karim Abdallah Al-Sa'dun

DATA U POST TAT-TWELID: 1947

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Diyala

Assistent Kmandant tar-Reġjun tan-Nofsinhar bejn l-1998 u l-2000;

Ex-Speaker ta' l-Assemblea Nazzjonali

41. ISEM: Muhammad Zimam Abd-al-Razzaq Al-Sa'dun

DATA U POST TAT-TWELID: 1942, f'Suq Ash-Shuyukh District, Dhi-Qar

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'At-Tamin;

Ministru ta' l-Intern bejn l-1995 u l-2001

42. ISEM: Samir Abd al-Aziz Al-Najim

DATA U POST TAT-TWELID: 1937 jew 1938, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Baghdad tal-Lvant;

43. ISEM: Humam Abd-al-Khaliq Abd-al-Ghafur

ALIAS: Humam 'Abd-al-Khaliq 'Abd-al-Rahman;

Humam 'Abd-al-Khaliq Rashid

DATA U POST TAT-TWELID: 1945, f'Ar-Ramadi

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

Ministru ta' l-Edukazzjoni Għolja u tar-Riċerka bejn l-1992 u l-1997 u bejn l-2001 u l-2003;

Ministru tal-Kultura bejn l-1997 u l-2001;

Direttur u Viċi Direttur ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Iraq dwar l-Enerġija Atomika fis-snin tmenin;

PASSAPORT: 0018061/104, maħruġ fit-12 ta' Settembru 1993

44. ISEM: Yahia Abdallah Al-Ubaidi

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'al-Basrah

45. ISEM: Nayif Shindakh Thamir Ghalib

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'An-Najaf;

Membru ta' l-Assemblea Nazzjonali ta' l-Iraq;

NOTA: Miet fl-2003

46. ISEM: Saif-al-Din Al-Mashhadani

DATA U POST TAT-TWELID: 1956, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Al-Muthanna

47. ISEM: Fadil Mahmud Gharib

MAGĦRUF BĦALA: Gharib Muhammad Fazel al-Mashaikhi

DATA U POST TAT-TWELID: 1944, f'Dujail

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Babil;

President tal-Federazzjoni Ġenerali ta' Trade Unions Iraqini

48. ISEM: Muhsin Khadr Al-Khafaji

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'al-Qadisyah

49. ISEM: Rashid Taan Kathim

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'al-Anbar

50. ISEM: Ugla Abid Sakr Al-Zubaisi

MAGĦRUF BĦALA: Saqr al-Kabisi Abd Aqala

DATA U POST TAT-TWELID: 1944, f'Kubaisi, al-Anbar

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Maysan

51. ISEM: Ghazi Hammud Al-Ubaidi

DATA U POST TAT-TWELID: 1944, f'Baghdad

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Wasit

52. ISEM: Adil Abdallah Mahdi

DATA U POST TAT-TWELID: 1945, f'al-Dur

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Dhi-Qar;

Ex-President tal-Partit Ba'th f'Diyala u f'al-Anbar

53. ISEM: Qaid Hussein Al-Awadi

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Ninawa;

Ex-Gvernatur ta' An-Najaf, circa bejn l-1998 u l-2002

54. ISEM: Khamis Sirhan Al-Muhammad

MAGĦRUF BĦALA: Dr. Fnu Mnu Khamis

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Karbala

55. ISEM: Sa'd Abd-al-Majid Al-Faisal Al-Tikriti

DATA U POST TAT-TWELID: 1944, f'Tikrit

NAZZJONALITÀ: Iraqi

BAŻI SKOND IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI:

President tal-Kmand Reġjonali tal-Partit Ba'th f'Salah Ad-Din;

Ex-Sotto-segretarju ta' l-Affarijiet tas-Sigurtà fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

--------------------------------------------------

L-ANNESS V

Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-Artikoli 7 u 8

Il-BELĠJU

Service Public Fédéral Economie, PME, Classes Moyennes et Energie

Administration des relations économiques

Politique d'accès aux marchés

Servizzi: Liċenzi

60, Rue Général Leman

B-1040 Bruxelles

Tel. (32-2) 206 58 11

Fax (32-2) 230 83 22

Federale Overheidsdienst Economie, KMO, Middenstand en Energie

Bestuur economische betrekkingen

Marktordening

Dienst: vergunningen

60, Generaal Lemanstraat

B-1040 Brussel

Tel. (32-2) 206 58 11

Fax (32-2) 230 83 22

Service Public Fédéral Finances

Administration de la Trésorerie

Avenue des Arts, 30

B-1040 Bruxelles

Fax (32-2) 233 75 18

E-mail: quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

mailto: quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

Federale Overheidsdienst Financiën

Administratie van de Thesaurie

Kunstlaan, 30

B-1040 Brussel

Fax (32-2) 233 75 18

E-mail: quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

mailto: quesfinvragen.tf@minfin.fed.be

ID-DANIMARKA

Erhvervs- og Boligstyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Allé 17

DK-2100 København Ø

Tel. (45) 35 46 60 00

Fax (45) 35 46 60 01

IL-ĠERMANJA

Għal fondi u assi finanzjarji:

Deutsche Bundesbank

Postfach 100 602

D-60006 Frankfurt am Main

Tel. (49-69) 95661

Fax (49-69) 5601071

Għal proprjetà kulturali ta' l-Iraq:

Zollkriminalamt

Bergisch Gladbacher Str. 837

D-51069 Köln

Tel. (49-221) 6720

Fax (49-221) 6724500

E-mail: poststelle@zka.bgmv.de

Internet: www.zollkriminalamt.de

IL-GREĊJA

Υπουργείο Εθνικής Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Γραμματεία Διεθνών Σχέσεων

Γενική Διεύθυνση Πολιτικού Προγραμματισμού και Εφαρμογής

Διεύθυνση Διεθνών Οικονομικών Θεμάτων

Τηλ.: 30210 32 86 021, 32 86 051

Φαξ: 30210 32 86 094, 32 86 059

E-mail: e3c@dos.gr

Il-Ministeru ta' l-Ekonomija u s-Segretarjat Ġenerali Ekonomiku tar-Relazzjonijiet Internazzjonali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ippjanar u l-Implimentazzjoni tal-Politika

Direttorat għall-Materij Ekonomiċi Internazzjonali

Tel. 30210 32 86 021, 32 86 051

Fax 30210 32 86 094, 32 86 059

E-mail: e3c@dos.gr

SPANJA

Ministerio de Economía

Secretaría General de Comercio Exterior

Po de la Castellana 162

E-28046 MADRID

Tel. (34-91) 349 38 60

Fax (34-91) 457 28 63

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction du Trésor

Service des affaires européennes et internationales

Sous-direction E

139, rue de Bercy

F-75 572 Paris Cedex 12

Tél. (33-1) 44 87 72 85

Fax (33-1) 53 18 96 37

Ministère des Affaires étrangères

Direction des Nations unies et des Organisations internationales

Sous-direction des affaires politiques

37, quai d'Orsay

75700 Paris 07SP

Tél. (33-1) 43174678/5968/5032

Fax (33-1) 43174691

L-IRLANDA

Licensing Unit Department of Enterprise, Trade and Employment

Block C

Earlsfort Centre

Hatch Street

Dublin 2 Ireland

Tel. (353-1) 6312534

Fax (353-1) 6312562

L-ITALJA

Ministero delle Attività Produttive

D. G. per la Politica Commerciale e per la Gestione del Regime degli Scambi

Divisione IV - UOPAT

Viale Boston, 35

I-00144 Roma

Diriġent:

Tel. (39-06) 59647534

Fax (39-06) 59647506

Kollaboraturi:

Tel. (39-06) 59933295

Fax (39-06) 59932430

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères, du commerce extérieur, de la

coopération, de l'action humanitaire et de la défense

Direction des relations économiques internationales

BP 1602

L-1016 Lussemburgu

Tél. (352) 478-1 ou 478-2350

Fax (352) 22 20 48

Office des licences

BP 113

L-2011 Lussemburgu

Tél. (352) 478 23 70

Fax (352) 46 61 38

Ministère des finances

3, rue de la Congrégation

L-1352 Lussemburgu

Tel. (352) 478-2712

Fax (352) 47 52 41

L-OLANDA

Koordinazzjoini ġenerali tas-sanzjonijiet ta' l-Iraq

Ministerie van Buitenlandse Zaken

Departement Politieke Zaken

Postbus 20061

2500 EB Den Haag

Nederland

Fax (31-70) 348 4638

Tel. (31-70) 348 6211

e-mail: DPZ@minbuza.nl

Specifically for Finanzjarju sanctions

Ministerie van Financiën

Directie Financiële Martken/Afdeling Integriteit

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

Fax (31-70) 342 7918

Tel. (31-70) 342 8148

Għall-proprjetà kulturali ta' l-Iraq

Inspectie Cultuurbezit

Prins Willem-Alexander Hof 28

2595 BE Den Haag

Tel. (31-70) 302 8120

Fax (31-70) 365 1914

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Abteilung C2/2

Außenwirtschaftsadministration

Stubenring 1

A-1010 Wien

Tel. (43-1) 71100/8345

Fax (43-1) 71100/8386

Österreichische Nationalbank

Otto-Wagner-Platz 3

A-1090 Wien

Tel. (43-1) 404 20 0

Fax (43-1) 404 20 7399

IL-PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

Direcção Geral dos Assuntos Multilaterais

Direcção de Serviços das Organizações Políticas Multilaterais

Largo do Rilvas,

P-1399-030 Lisboa

Portugal

e-mail: spm@sg.mne.gov.pt

Tel: (351-21) 3946702

Fax: (351-21) 3946073

IL-FINLANDJA

Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL/PB 176

FIN-00161 Helsinki/Helsingfors

Tel. (358-9) 16 05 59 00

Fax (358-9) 16 05 57 07

L-ISVEZJA

Utrikesdepartementet

Rättssekretariatet för EU-frågor

S-103 39 Stockholm

Tel. (46-8) 405 1000

Fax (46-8) 723 1176

IR-RENJU UNIT

H M Treasury

International Financial Services Team

1 Horseguards Road

London SW1A 2HQ

United Kingdom

Tel. (44-207) 270 5550,

Fax (44-207) 270 5430

Bank of England

Financial Sanctions Unit

Threadneedle Street

London EC2R 8AH

United Kingdom

Tel. (44-207) 601 4768

Fax (44-207) 601 4309

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

Direttorat tal-CFSP

Unit A.2: Kwistjonijiet legali u istituzzjonali għar-relazzjonijiet esterni

CHAR 12/163

B-1049 Bruxelles/Brussel

Tel. (32-2) 295 81 48, 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63

E-mail: relex-sanctions@cec.eu.int

--------------------------------------------------