32003R1177



Official Journal L 165 , 03/07/2003 P. 0001 - 0009


Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsilll

tas-6 ta' Ġunju 2003

jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (UE-SILC) [1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Sabiex jiġu milħuqa il-kompiti assenjati lilha, partikolarment wara il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew ġewwa Lisbona, Nizza, Stokkolma u Laekan li saru f'Marzu 2000, Diċembru 2000, Marzu 2001 and Diċembru 2001 rispettivament, il-Kummisjoni għandha tiġi infurmata dwar id-distribuzzjoni ta' l-introjtu kif ukoll dwar il-livell u l-komposizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fl-Istati Membri.

(2) Il-metodu ġdid miftuħ tal-koperazzjoni fl-oqsma ta' l-esklużjoni soċjali, kif ukoll f'dak li huma indikazzjonijiet strutturali, li għandu jiġi prodott fir-rapport miġbur kull sena, se jżid il-ħtieġa tad-data komparabbli u tempestiva kemm traversali kif ukoll lonġitudinali fuq id-distribuzzjoni ta' l-introjtu u fuq il-livell u l-komposizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, sabiex jiġu stabbiliti paraguni bejn l-Istati Membri li huma relevanti u ta' min joqgħod fuqhom.

(3) Id-Deċiżjoni Nru 50/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għall-Komunità sabiex tistimula koperazzjoni bejn l-Istati Membri għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali [5] tistabbilixxi Wkoll, fl-Azzjoni 1.2 tas-Settur 1 dwar "l-analiżi ta' l-esklużjoni soċjali", il-kondizzjonijiet neċessarji f'dak li għandu x'jaqsam mal-fondi għall-miżuri għal ġbir u tixrid ta' Statistika komparabbli u partikolarment tappoġġa l-iżvilupp ta' l-istħarriġ u l-analiżi tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

(4) L-aħjar metodu għal stima tas-sitwazzjoni f'dak li jirrigwarda l-introjtu, il-faqar u l-esklużjoni soċjali huwa li tinġabar statistika Komunitarja, permezz ta' armonizzazzjoni ta' metodu u definizzjonijiet. Uħud mill-Istati Membri jistgħu jkollhom bżonn aktar żmien sabiex jadottaw dawn il-metodi u definizzjonijiet armonizzati fis-sistema tagħhom.

(5) L-istatistika għandha tkun aġġornata kull sena, sabiex tirrifletti il-bidliet fid-distribuzzjoni ta' l-introjtu kif ukoll fil-livell u l-komposizzjoni tal-faqar.

(6) Il-Kummissjoni għandha bżonn ta' micro-data fuq livell domestiku u dak personali, kemm traversali kif ukoll lonġitudinali sabiex jiġu investigati l-kwistjonijiet soċjali, speċjalment kwistjonijiet ġodda li jiħtieġu riċerka partikolari.

(7) Għandha tingħata prijorità lill-produzzjoni ta' data traversali tempestiva u komparattiva dwar l-introjtu u l-eslużjoni soċjali.

(8) Il-flessibilità fl-sorsi tad-data, partikolarment l-użu ta' sorsi lokali, kemm jekk miġbura minn stħarriġ u kemm minn reġistri, u kampjuni lokali għandhom jiġu mħajjra kif ukoll għandha titmexxa 'l quddiem l-integrazzjoni ta' sorsi ġodda f'sistema stabbilita ta' statistiċi lokali.

(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 322/97 fuq l-istatistika Komunitarja, li titratta l-aċċess tad-data konfidenzjali għal għanijiet speċifiċi [6] jistabbilixxi l-kondizzjonijiet konċessi mill-awtorità tal-Kommunità għall-aċċess tad-data kunfidenzjali, għall-iskop li jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għal raġunijiet xjentifiċi.

(10) Il-produzzjoni ta' statistika Kommunitarja speċifika hija rregolata mir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja [7]

(11) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KEE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentati kif mogħtija mill-Kummissjoni [8].

(12) Il-Kumitat tal-Programm Statistiku (SPC) ġie kkunsultat skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 89/382/KEE, Euratom [9],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta' dan ir-Regolament għandu jkun li jistabbilixxi struttura komuni għal produzzjoni sistematika ta' l-Istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għixien (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa UE-SILC), li tinkludi data komparabbli u tempestiva kemm traversali kif ukoll lonġitudinali, dwar l-introjtu u l-komposizzjoni tal-faqar, kif ukoll l-esklużjoni soċjali fuq livell lokali u Ewropew.

Il-paragun ta' data bejn l-Istati Membri għandu jkun għan fundamentali, kif ukoll għandu jintlaħaq, sa mill-bidunett tad-data ta' UE-SILC, permezz ta' żvilupp ta' l-istudji metodoloġiċi maħduma b'koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Eurostat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) "Statistika Komunitarja" għandha tingħata t-tifsira lilha assenjata fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) No 322/97;

(b) "Produzzjoni ta' l-istatistika" għandha tingħata t-tifsira lilha assenjata fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) No 322/97;

(ċ) "sena ta' l-istħarriġ": tfisser is-sena meta saret il-kollezzjoni tad-data ta' l-istħarriġ, jew il-maġġorparti tal-kollezzjoni.

(d) "il-perjodu tal-ġbir ta' tagħrif fuq il-post fejn issir ir-riċerka" ifisser il-perjodu taż-żmien li fih il-komponent ta' l-istħarriġ jinġabar;

(e) "il-perjodu tar-referenza": ifisser il-perjodu taż-żmien li jirreferi għal punt partikolari ta' l-informazzjoni;

(f) "familja": tfisser persuna li tgħix waħidha jew grupp ta' nies li jgħixu flimkien fl-istess dar residenzjali u li jaqsmu l-ispejjeż, kif ukoll jikkontribwixxu għall-provvedimenti essenzjali għall-għixien;

(g) "data traversali": tfisser id-data appartenenti għal żmien partikolari jew għal perjodu ta' żmien. Data traversali tista' tittieħed minn kampjun ta' stħarriġ traversali, b'kampjun ta' rotazzjoni jew mingħajru, jew minn panel pura (fuq il-kondizzjoni li tiġi ggarantita ir-rappreżentattiva traversali); din id-data tista' tkun ikkombinata ma' data reġistrata (data fuq il-persuna, fuq id-dar jew abitazzjonijiet miġbura mill-amministrazzjoni fuq livell ta' l-unità jew reġistri statistiċi);

(h) "data lonġitudinali": tfisser id-data relattivi għat-tibdil fiż-żmien fuq livell individwali, osservata perjodikament fuq perjodu ta' żmien. Id-data lonġitudinali tista' tinġabar minn stħarriġ traversali permezz ta' kampjun f'rotazzjoni fejn l-individwi la darba jkunu magħżula jiġu segwiti, jew minn panel ta' stħarriġ pura; din tista' tkun ikkumbinata ma' data reġistrata;

(i) "persuni fil-kampjun": huma dawk il-persuni selezzjonati għall-kampjun fl-ewwel fażi tal-panel lonġitudinali. Dawn jistgħu jinkludu l-membri kollha tal-kampjun inizjali tal-familja jew kampjun rappreżentattiv ta' individwi fi stħarriġ tal-persuni;

(j) "oqsma prinċipali ta' l-objettiv": ifissru l-oqsma minn fejn id-data tinġabar kull sena;

(k) "oqsma sekondarji ta' l-objettiv": ifissru l-oqsma minn fejn id-data tinġabar kull erba' snin jew fuq frekwenza;

(l) "l-introjtu gross": ifisser l-introjtu totali riċevut, kemm monetarju u kemm dak li m'huwiex monetarju, mill-familja fuq "il-perjodu tar-referenza għall-introjtu" speċifikat, qabel ma jsir tnaqqis tat-taxxa ta' l-income, taxxi regolari fuq il-beni, fuq il-ħaddiema, fuq minn jaħdem għal rasu u fuq il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal min ma jaħdimx (jekk applikabbli) u fuq il-kntribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal minn iħaddem, iżda wara li jiġu inklużi t-trasferimenti tal-familja riċevuti;

(m) "l-introjtu disponibbli": ifisser l-introjtu gross mingħajr it-taxxa ta' l-income, it-taxxi regolari fuq il-beni, il-kuntribuzzjoni għas-sigurta' soċjali tal-ħaddiema, ta' dawk li jaħdmu għal rashom u ta' dawk li ma jaħdmux (jekk applikabbli), il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali ta' minn iħaddem u t-trasferimenti tal-familja mħallsa.

Artikolu 3

Kamp ta' applikazzjoni

L-UE-SILC għandha tkopri d-data traversali fuq l-introjtu, il-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-kondizzjonijiet oħra ta' l-għixien kif ukoll data lonġitudinali li titratta biss l-introjtu, ix-xogħol u numru limitat ta' indikaturi ta' l-esklużjoni soċjali.

Artikolu 4

Referenza għaż-żmien

1. Id-data traversali u loġitudinali għandha tiġi prodotta kull sena mill-2004. F'kull Stat Membru, iż-żmien tal-ġbir għandu jinżamm l-istess, kemm jista' jkun, minn sena għal oħra.

2. Permezz tad-deroga tal-paragrafu 1, il-Ġermanja, l-Olanda u r-Renju Unit jistgħu jibdew il-ġbir tad-data traversali u loġitudinali ta' kull sena fl-2005. Dan jista' jkun il-każ sakemm dawn l-Istati Membri jipprovdu data komparabbli għas-sena 2004 għall-indikaturi traversali komuni fl-Unjoni Ewropea, li ġiet adottata mill-Kunsill qabel l-1 ta' Jannar 2003 fil-kuntest tal-metodu miftuħ tal-kordinazzjoni u li jista' jintlaħaq fuq il-bażi ta' l-istrumenti ta' l-UE-SILC.

3. Il-perjodu ta' referenza għall-introjtu għandu jkun perjodu ta' 12-il xahar. Dan jista' jkun perjodu fiss ta' 12-il xahar (bħal ma huma s-sena preċedenti ċivili jew fiskali) jew perjodu ta' 12-il xahar varjabbli (bħal ma huma t-12-il xahar qabel l-intervista) jew ibbażat fuq miżuri komparabbli.

4. Fil-każ li jintuża perjodu ta' referenza għall-introjtu fiss, il-ġbir tat-tagħrif li ssir fil-post tar-riċerka għall-komponiment ta' l-istħarriġ għandu jsir fuq perjodu limitat, kemm jista' jkun qrib il-perjodu ta' referenza għall-introjtu jew għal-perjodu tad-dikjarazzjoni tat-taxxa sabiex jitnaqqas l-intervall bejn l-introjtu varjabbli u l-kurrenti varjabbli.

Artikolu 5

Karatteristika tad-data

1. Kull data fuq il-familja u l-individwu għandha tkun aċċessibbli fil-komponent traversali, sabiex issir analiżi fuq il-livell tal-familji u tal-persuni u partikolarment investigazzjoni ta' l-oqsma prinċipali dwar is-socjetà li huma ġodda u għandhom bżonn ta' riċerka speċifika.

Id-data kollha tal-familji u ta' l-individwi hija aċċessibbli fil-komponent lonġitudinal bl-istess mod.

Il-micro-data lonġitudinali m'għandiex għalfejn tkun aċċessibli mal-micro-data traversali.

Il-komponent loġitudinali għandu jkopri erba' snin.

2. Għal iskop biex jitnaqqas il-piż, għall-għajnuna fil-proċeduri ta' l-attribuzzjoni ta' l-introjtu u għal-prova fil-kwalità tad-data, l-awtoritajiet lokali għandhom ikollhom aċċess għal sorsi amministrattivi relevanti tad-data skond ir-Regolament (KE) Nru. 322/97.

Artikolu 6

Id-data meħtieġa

1. L-oqsma prinċipali ta' l-objettiv u l-perjodu tar-referenza korrispondenti li għandhom jiġu koperti mill-komponent traversali u loġitudinali huma stabbiliti fl-Anness I.

2. L-oqsma sekondarji ta' l-objettiv għandhom jiġu inklużi, fil-komponent traversali biss, kull sena li jibda mill-2005. Dawn għandhom jiġu definiti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 14(2). Waħda mill-oqsma sekondarji għandha tiġi koperta kull sena.

Artikolu 7

L-Unità tal-Ġbir

1. Il-popolazzjoni tar-referenza għall-UE-SILC għandha tkun il-familja u i-membri tagħha preżenti li jirrisjedu fit-territorju ta' L-Istati Membri fiż-żmien tal-ġbir tad-data.

2. L-informazzjoni prinċipali miġbura għandha tkun ta'

(a) familji, li tinkludi data fuq id-daqs tal-familja, il-komposizzjoni u l-karatteristiċi bażiċi tal-membri tagħha preżenti; u

(b) il-persuni ta' l-età ta' 16-il sena u ikbar.

3. L-unità tal-ġbir, flimkien mal-metodi tal-ġbir ta' informazzjoni tal-familja u tal-persuni, għandha tkun stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 8

Kampjuni u regoli li wieħed għandu jsewgi

1. Data trasversali u lonġitudinali għandha tkun ibbażata fuq kampjuni ta' probabbiltà rappreżentati lokalment.

2. Permezz tad-deroga mill-paragrafu 1, il-Ġermanja għandha tipprovdi, għall-ewwel darba għas-sena 2008, data traversali bażata fuq kampjun ta' probabbiltà rappreżentata lokalment. Għas-sena 2005, il-Ġermanja għandha tipprovdi data, liema 25 % minnha għandha tkun bażata fuq kampjuni ta' probabbiltà u 75 % minnha għandha tkun bażata fuq kampjuni ta' kwota, dawn ta' l-aħħar iridu jiġu progressivament imbiddla b'selezzjoni arbitrarja, sabiex jintlaħaq kampjuni komplet ta' probabbiltà rappreżentattiva sas-sena 2008.

Għall-komponent lonġitudinali, il-Ġermanja għandha tipprovdi għas-sena 2006, terz tad-data lonġitudinali (id-data għas-sena 2005 u 2006) bażata fuq kampjuni ta' probabbiltà u żewg terzi bażati fuq il-kampjun tal-kwota. Għas-sena 2007, nofs id-data lonġitudinali fir-rigward tas-snin 2005, 2006 u 2007 għandha tkun bażata fuq kampjuni ta' probabbiltà u nofs fuq il-kampjuni tal-kwota. Wara l-2007 id-data kollha lonġitudinali għandha tkun bażata fuq kampjun ta' probabbiltà.

3. Fil-komponent lonġitudinali, persuni individwali inklużi fil-kampjun inizjali, jiġifieri, il-kampjuni tal-persuni, għandhom jimxu mad-durazzjoni tal-panel. Kull kampjun ta' persuna li trasferixxa l-abitazzjoni tiegħu ġewwa l-konfini lokali, għandu jiġi segwit fil-lokalità l-ġdida skond ir-regoli li wieħed għandu jimxi magħhom u l-proċeduri li huma definit skond il-proċedura fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 9

Id-daqs tal-kampjuni

1. Fuq il-bażi ta' diversi konsiderazzjonijiet statistiċi u prattiċi, kif ukoll il-preċiżjoni meħtieġa għall-ħafna mill-varjabbli kritiċi, id-daqs minimu effikaċi tal-kampjuni li għandu jintlaħaq għandu jiġi stipulat fit-tabella fl-Anness II.

2. Id-daqs tal-kampjun għall-komponent lonġitudinali, għal kull sentejn konsekuttivi, jirreferi għan-numru ta' familji intervistati fl-ewwel sena b'suċċess fejn il-membri kollha tal-familja jew ħafna minnhom li għandhom l-età ta' 16-il sena jew aktar ġew intervistati b'suċċess.

3. L-Istati Membri li jużaw reġistri għall-introjtu u data oħra jistgħu jagħmlu użu minn kampjun ta' persuni minflok kampjun ta' familja kompleta fl-intervista ta' l-istħarriġ. Id-daqs tal-kampjun minimu effikaċi, fir-rigward tan-numru ta' persuni li għandhom l-età ta' 16-il sena jew iktar li għandhom jiġu intervistati fid-dettal għandu jkun ta' 75 % taċ-ċifra mniżżla fil-kolonni 3 u 4 tat-tabella fl-Anness II, għall-komponent traversali u loġitudinali rispettiv.

L-informazzjoni dwar l-introjtu jew data oħra għandha tkun miġbura ukoll għall-familja ta' kull persuna magħżula u għall-membri kollha tagħha.

Artikolu 10

Trasmissjoni tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-forma ta' faxxikli tal-micro-data, li tiġbor data traversali u loġitudinali li ġiet ikkontrollata, editjata u imputata fir-rigward ta' l-introjtu.

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu d-data f'forma elettronika, skond l-istruttura teknika xierqa li għandha tkun adottata skond il-proċedura kif imsemmija fl-Artikolu 14(2).

2. Fir-rigward tal-komponent traversali, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-faxxikli tal-micro-data relatata mas-sena ta' stħarriġ N tal-Kummissjoni (Eurostat), preferibbilment fi żmien 11-il xahar mit-tmiem tal-ġbir tad-data. It-terminu perentorju estrem għat-trasmissjoni tal-micro-data tal-Eurostat għandu jkun it-30 ta' Novembru (N + 1) għal kull Stat Membru fejn id-data tinġabar fl-aħħar tas-sena N jew permezz ta' l-istħarriġ kontiwu jew permezz ta' reġistri u l-1 ta' Ottubru (N + 1) għall-Istati Membri l-oħra.

L-Istati Membri għandhom, flimkien mal-faxxikli tal-micro-data, jgħaddu l-indikaturi ta' koeżjoni soċjali bażati fuq kampjun tas-sena N traversali li ser jiġi inkluż fir-rapport annwali tar-Rebbiegħa tas-sena (N + 2) tal-Kunsill Ewropew.

Il-ġranet tat-trasmissjoni tad-data japplikaw ukoll għat-trasmissjoni tad-data komparabbli traversali għall-indikaturi komuni ta' l-UE għal dawk l-Istati Membri li jibdew il-kollezzjoni annwali tad-data wara 2004 skond l-Artikolu 4(2)

3. Fir-rigward tal-komponent lonġitudinali, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu l-faxxikli tal-micro-data sas-sena N lill-Kummissjoni (Eurostat) preferibbilment fiż-żmien 15-il xahar wara t-tmiem tal-ġbir tat-tagħrif li fih issir ir-riċerka. It-terminu perentorju obbligatorju għat-trasmissjoni tal-micro-data lill-Eurostat għandu jkun fl-aħħar ta' Marzu (N + 2), kull sena mit-tiena sena tal-UE-SILC.

L-ewwel trasmissjoni tad-data, li tkopri d-data lonġitudinali għal:-

- l-istħarriġ tas-sena 2004 u tas-sena 2005, fil-każ ta' l-Istati Membri li se jibdew il-ġbir tad-data ta' kull sena fl-2004, għandu jsir sa l-aħħar ta' Marzu 2007; u

- l-istħarriġ tas-sena 2005 u 2006, fil-każ ta' L-Istati Membri li se jibdew il-ġbir tad-data ta' kull sena, għandu jsir sa l-aħħar ta' Marzu 2008.

It-trasmissjoni li jmiss għandha tkopri l-ewwel tliet snin ta' l-istħarriġ 2004-2006 (2005-2007) u għandu jsir sa l-aħħar ta' Marzu 2008 u 2009 rispettivament.

Wara dan, id-data lonġitudinali ta' kull sena, għandha tigi stabbilita u għandha tinkludi l-erba' snin precedenti ta' l-istħarrig (il-ġbir precedenti jista' jiġi rivedut skond il-ħtieġa).

Artikolu 11

Pubblikazzjoni

Għall-komponent traversali, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tippubblika fuq livell Komunitarju rapport traversali kull sena sa l-aħħar ta' Ġunju N + 2, bażat fuq id-data miġbura fis-sena N.

Għall-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data ta' kull sena wara l-2004, skond l-Artikolu 4(2) ir-rapport traversali għal 2004 għandu jinkludi l-indikaturi traversali komuni ta' l-UE.

Mis-sena 2006, ir-rapport traversali għandu jinkludi r-riżultati ta' l-istudji metodoloġiċi disponibbli msemmija fl-Artikolu 16.

Artikolu 12

L-aċċess għal għanijiet xjentifici tad-data konfidenzjali ta' l-UE-SILC

1. L-awtorità tal-Komunità (Eurostat) tista' toffri l-aċċess tad-data kunfidenzjali jew oqsma ta' micro-data anonima mis-sorsi ta' l-UE-SILC, għal għanijiet xjentifici u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru. 831/2002.

2. Għall-komponent traversali, il-faxxikli tal-micro-data għad-data miġbura matul is-sena N, fuq livell tal-Komunità, għandhom ikunu għad-disposizzjoni għal għanijiet xjentifici sa l-aħħar ta' Frar N + 2.

3. Għall-komponent lonġitudinali, il-faxxikli tal-micro-data għad-data miġbura sas-sena N, fuq livell tal-Komunità, għandhom ikunu għad-disposizzjoni ta' l-għanijiet xjentifiċi sa l-aħħar ta' Lulju N + 2.

L-ewwel ħruġ tal-micro-data lonġitudinali għal dawk l-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data fl-2004 għandu jinkludi l-2004 u l-2005 u għandu jsir fl-aħħar ta' Lulju 2007.

It-tieni għandu joħroġ f'Lulju 2008 u jinkludi l-2004-2006, għal dawk l-Istati Membri li jibdew jiġbru id-data fl-2004 u is-sena 2005 u 2006 għal dawk l-Istati Membri li jibdew jiġbru d-data fl-2005.

It-tielet joħroġ f'Lulju 2009 u għandu jinkludi is-sena 2004 sa l-2007, għal dawk l-Istati Membri li jibdew jiġbru d-data fl-2004, u s-sena 2005 sa l-2007 għal dawk l-Istati Membri li jibdew jiġbru d-data fl-2005.

Wara dawn il-pubblikazzjoni ta' Lulju, għandha tinkludi d-data lonġitudinali ta' l-aħħar erba' snin l-iktar riċenti bid-data disponibbli, fuq livell tal-Komunità.

4. Ir-rapporti prodotti mill-Komunità Xjentifika bażati fuq faxxikli tal-micro-data traversali għad-data miġbura fis-sena N għandhom jkunu aċċessibli biss wara Lulju N + 2.

Ir-rapporti prodotti mill-Komunità Xjentifika bażata fuq il-micro-data lonġitudinali in rigward tas-sena ta' l-istħarriġ N, għandhom ikunu aċċessibli biss wara Lulju N + 3.

Artikolu 13

Finanzi

1. L-Istati Membri għandhom jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-Komunità, għall-ewwel erba' snin, għall-ispejjeż tax-xogħol involuti.

2. L-approprjazzjonijiet allokati kull sena għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti bħala parti mill-proċeduri annwali ta' l-estimi finanzjarji.

3. L-awtorità ta' dawn l-estimi finanzjarji għandha toffri d-disponibbiltà ta' l-approprjazzjonijiet kull sena.

Artikolu 14

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha jkollha l-għajnuna ta' Kumitat tal-Programm Statistiku, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 89/382 (EEC/Euratom).

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinsab fiha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 15

L-implimentazzjoni tal-miżuri

1. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jinkludu l-miżuri sabiex jittieħdu kontijiet ekonomiċi u bidliet tekniċi, għandu jittieħed, mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' l-istħarriġ, skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 14(2).

2. Dawn il-miżuri għandhom jirrigwardaw:

(a) id-definizzjoni tal-lista tal-varjabbli primarji ta' l-objettiv li għandhom jagħmlu parti minn kull qasam tal-komponent traversali u tal-lista tal-varjabbli ta' l-objettivi jagħmlu parti mill-kompenent lonġitudinali, li tinkludi wkoll l-ispjegazzjoni ta' kodiċi varjabbli u l-istruttura teknika ta' t-trasmissjoni lill-Eurostat;

(b) il-kontenut dettaljat tar-rapport intermedjarji u finali;

(ċ) id-definizzjoni u d-definizzjonijiet aġġornati, partikolarment il-ħidma tad-definizzjonijiet ta' l-introjtu msemmija fil-punti (l) u (m) ta' l-Artikolu 2 (li jinkludi l-kalendarju għall-inklużjoni tal-komponenti diversi);

(d) l-aspetti tal-kampjuni li jinkludu r-regoli li wieħed għandu jsegwi;

(e) l-aspetti tal-ġbir tat-tagħrif fejn issir ir-riċerka u l-imputazzjonijiet tal-proċedura;

(f) il-lista ta' oqsma u varjabbli sekondarji.

3. Bħala deroga, il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jinkludu dawk li jagħmlu kontijiet ekonomiċi u bidliet teknoloġiċi, li jirrigwardaw il-ġbir tad-data ta' l-2004, għandhom jirreferu biss għall-punti (a) sa (e) tat-tieni paragrafu u għandhom jittieħed sa mhux iktar tard minn sitt xhur qabel il-bidu tas-sena ta' l-istħarriġ.

4. F'kull Stat Membru l-intervista li tirrigwarda l-varjabbli prinċipali u sekondarji ta' l-objettiv tal-komponent traversali, kif ukoll l-intervista tal-familja u ta' l-individwi, m'għandhiex, bħala medja, iddum iktar minn siegħa.

Artikolu 16

Ir-rapporti u l-Istudji

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapport ta' kwalità intermedja, sa l-aħħar tas-sena N + 1 li jirrigwarda dwar l-indikaturi traversali ta' l-UE bażati fuq il-komponent traversali tas-sena N.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti ta' kwalità finali, sa l-aħħar tas-sena N + 2, li jinkludu kemm il-komponent traversali u dak lonġitudinali li jirrigwardaw is-sena ta' l-istħarriġ N, speċjalment dwar ir-reqqa interna. Bħala deroga r-rapport tas-sena 2004 (għall-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data fl-2004) u r-rapport tas-sena 2005 (għall-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data fl-2005) għandhom jinkludu biss il-komponent traversali.

Devjazzjonijiet minimi mid-definizzjonijiet komuni, bħalma huma dawk relatati mal-familji u l-perjodu tar-referenza ta' l-introjtu, għandhom ikunu permissibli sakemm jaffetwaw biss il-komparabilità marġinali. L-effett fuq il-komparabilità għandhu jiġi rrapportat fir-rapporti tal-kwalità.

2. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi rapport intermedju komparattiv ta' kwalità, sa l-aħħar ta' Ġunju N + 2 li jirrigwarda l-indikaturi traversali komuni ta' l-UE. tas-sena N.

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tipprovdi rapport komparattiv ta' kwalità finali, li jinkludi kemm komponenti traversali u dawk lonġitudinali sat-30 Ġunju N + 3 fir-rigward tas-sena ta' l-istħarriġ N. Bħala deroga, ir-rapport tas-sena 2004 (għall-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data fl-2004) u r-rapport tas-sena 2005 (għall-Istati Membri li jibdew il-ġbir tad-data fl-2005) għandhom jirreferu biss għall-komponent traversali.

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-ħidma li saret taħt dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mil-31 ta' Diċembru 2007.

4. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha torganizza studji metodoloġiċi sa mis-sena 2004 sabiex isiru l-estimi ta' l-impatti fuq il-komparabilità tas-sorsi tad-data lokali użati u sabiex tidentifika l-aħjar prassi li għandha tiġi segwita. Ir-riżultati ta' dawn l-istudji għandhom jiġu inklużi fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni fi-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Lussemburgu, fis-16 ta' Ġunju 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

G. Papandreou

[1] (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

[2] ĠU C 103 E, tat-30.4.2002, pġ. 198, u emendat fil-15 ta' Novembru 2002.

[3] ĠU C 149, tal-21.6.2002, pġ. 24.

[4] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-14 ta' Mejju 2002 (li għandha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2003 (ĠU C 107 E, tas-6.5.2003, pġ. 26) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 10, tat-12.1.2002, pġ. 1.

[6] ĠU L 133, tat-18.5.2002, pġ. 7.

[7] ĠU L 52, tat-22.2.1997, pġ. 1.

[8] ĠU L 184, tas-17.7.1999, pġ. 23.

[9] ĠU L 181, tat-28.6.1989, pġ. 47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

OQSMA PRINĊIPALI LI JINKLUDU L-KOMPONENT TRAVERSALI U OQSMA LI JINKLUDU L-KOMPONENT LONĠITUDINALI

1. Informazzjoni tal-familja

Unità (Persuni jew familja) | Metodu ta' ġbir | Dominju | Oqsma | Perjodu ta' refernza | Oqsma Traversali (X) u/jew lonġitudinali (L) |

Tal-familja | Informazzjoni miġbura minn membru ta' familja ta' l-età ta' 16-il sena jew iktar jew meħuda mir-reġistri | Data bażika | Data bażika tal-familja li tinkludi grad ta' urbaniżmu | Kurrenti | X, L |

Introjtu | L-introjtu kollu tal-familja (gross u dak disponibbli) | Perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | X, L |

Il-komponenti ta' l-introjtu gross fuq livell tal-familja | Perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | X, L |

Esklużjoni Soċjali | Arretrati tal-familja, kif ukoll dawk li m'humiex | L-aħħar 12-il xahar | X, L |

Indikaturi non-monetarji tal-familja, inklużi d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu biex jintlAħqu dawn l-għanijiet, l-ammont tad-dejn u nfurzar tan-nuqqas ta' affarjiet neċessarji | Kurrenti | X, L |

Ambejnt fiżiku u soċjali | Kurrenti | X |

Informazzjoni tax-xogħol | Kura tat-tfal | Kurrenti | X |

Abitazzjoni | L-istat u t-tip ta' residenza u l-kondizzjonijiet ta' l-abbitazzjoni | Kurrenti | X, L |

Kumditajiet fir-residenza | Kurrenti | X |

Spejjeż ta' l-abitazzjoni | Kurrenti | X |

Unità (Persuni jew familji) | Metodu ta' ġbir | Dominju | A Oqsma | Perjodu ta' reference | Oqsma traversasli (X) u/jew lonġitudinali (L) |

Kull persuna taħt is-16-il sena | Informazzjoni personali miġbura minn membru tal-familja ta' l-età ta' 16-il sena jew ikbar jew miġbura mir-reġistri. | Data bażika | Data demografika | Kurrenti | X, L |

Membru tal-familja li m'għadux | Data demografika | Perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | L |

Kull persuna ta' l-età ta' 16-il sena jew ikbar fil-familja | informazzjoni personali miġbura mill-membri kollha tal-familja li għandhom 16 il-sena jew iktar (bl-eċezzjoni ta' prokura għall-persuni li temporanjament mhux preżenti jew mhux kapaċi) jew miġbura mir-reġistri | Introjtu | Gross tat-total ta' l-introjtu personali u l-komponenti fuq livell personali. | Perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | X, L |

Prokura hija aċċettata bħala proċedura normali jew miġbura mir-reġistri, għalkemm preferibbilment permezz ta' kuntratt personali. | Data bażika. | Data personali bażika | Current | X, L |

Data demografika | Current | X, L |

Edukazzjoni | Edukazzjoni, li tinkludi l-għola livell ta' Klassifikazzjonijiet Standard Internazzjonali ta' L-Edukazzjoni ISCED milħuq | Current | X, L |

Informazzjoni tax-xogħol | B'Informazzjoni bażika dwar l-istat ta' l-attivitajiet kurrenti u fuq ix-xogħol kurrentili jinkludi infomazzjoni fuq ix-xogħlijiet riċenti l-iktar prinċipali għal dawk li huma qiegħda | Kurrenti | X, L |

B'Informazzjoni bażika fuq l-istat ta' l-attività waqt il-perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | Il-perjodu ta' referenza ta' l-introjtu. | X |

Total tas-siegħat tax-xogħol fit-tieni/fit-tielet… impjieg | Kurrenti | X |

Mill-inqas wieħed mill-membri fil-familja li għandu 16-il sena jew iktar (mir-rispondenti magħżula) | Informazzjoni personali miġbura mill-individwu/i (bl-eċċezzjoni tal-prokura) jew miġbura mir-reġistri | Saħħa | Saħħa, li tinkludi l-istat tas-saħħa jew mard kroniku jew kondizzjoni | Kurrenti | X, L |

Aċċess għal kura medika | L-aħħar 12-il xahar | X |

Informazzjoni tax-xogħol | Informazzjoni tax-xogħol dettaljata | Kurrenti | X, L |

Attività li saret | Ħajja lavorattiva | L |

Kalendarju ta' attivitajiet | Il-perjodu ta' referenza ta' l-introjtu | L |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Id-daqs minimu u effettiv tal-kampjun

Nota:

Ir-referenza hija għad-daqs tal-kampjun effettiv li huwa huwa d-daqs meħtieġ jekk l-istħarriġ kien ibbażat fuq kampjuni sempliċi mingħajr ordni (l-effett tad-disinn fir-rigward tar-rata tar-riskju tal-faqar = 1,0). Id-daqs attwali għandu jkun ikbar sakemm l-effett tad-disinn ikun iktar minn 1,0 u jagħmel tajjeb għal kull tipi ta' bla risposta. Barra minnhekk id-daqs tal-kampjun jirreferi għan-numru ta' familji validi li huma l-familji li għalihom, u għall-membri kollha tagħhom, inġabret l-informazzjoni meħtieġa kollha jew kważi kollha.

| tal-familja | Persuni intervistati li għandhom l-età ta' 16-il sena jew iktar |

Traversali | Lonġitunidali | Traversali | Lonġitudinali |

1 | 2 | 3 | 4 |

L-Istati Membri ta' l-UE

Il-Belġju | 4750 | 3500 | 8750 | 6500 |

Id-Danimarka | 4250 | 3250 | 7250 | 5500 |

Il-Ġermanja | 8250 | 6000 | 14500 | 10500 |

Il-Greċja | 4750 | 3500 | 10000 | 7250 |

Spanja | 6500 | 5000 | 16000 | 12250 |

Franza | 7250 | 5500 | 13500 | 10250 |

L-Irlanda | 3750 | 2750 | 8000 | 6000 |

L-Italja | 7250 | 5500 | 15500 | 11750 |

Il-Lussemburgu | 3250 | 2500 | 6500 | 5000 |

L-Olanda | 5000 | 3750 | 8750 | 6500 |

l-Awstrija | 4500 | 3250 | 8750 | 6250 |

Il-Portugall | 4500 | 3250 | 10500 | 7500 |

il-Finlandja | 4000 | 3000 | 6750 | 5000 |

l-Isvezja | 4500 | 3500 | 7500 | 5750 |

Ir-Renju Unit | 7500 | 5750 | 13750 | 10500 |

Total ta' L-Istati Membri ta' l-UE. | 80000 | 60000 | 156000 | 116500 |

Islanda | 2250 | 1700 | 3750 | 2800 |

in-Norveġja | 3750 | 2750 | 6250 | 4650 |

Total li jinkludi l-Islanda u n-Norveġja | 86000 | 64450 | 166000 | 123950 |

--------------------------------------------------