32003R1142



Official Journal L 160 , 28/06/2003 P. 0039 - 0040


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1142/2003

tas-27 ta' Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2125/95 relatat mal-kwota fuq tariffi għal faqqiegħ preservat tat-tip Agaricus allokata lill-Bulgarija

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 ta' 28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta' frott proċessat u prodotti tal-ħaxix [1], kif emendat l-aħħar permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 2125/95 [3], kif emendat l-aħħar minn Regolament (EC) Nru 225/2003 [4], fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' kwoti tat-tariffa għal faqqiegħ preservat.

(2) Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2003/286/KE tat-8 ta' April 2003 fuq il-konklużjoni ta' Protokoll li jaġġusta l-aspetti kummerċjali tal-Ftehim Ewropej li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Bulgarija, minn naħa l-oħra, biex jikkonsidra r-riżultat tan-negozjati bejn il-partijiet fuq konċessjonijiet ġodda reċiproċi dwar l-Agrikoltura [5], approvat l-arranġamenti għall-importazzjoni fil-Komunità' applikabbli għal ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mill-Bulgarija.

(3) Dawn l-arranġamenti ġew fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2003.

(4) L-allokazzjoni ta' kwoti għal faqqiegħ preservat tat-tip Agaricus li jaqa' taħt KodiċI NM 07115100, 20031020 u 20031030 li joriġinaw mill-Bulgarija kif jidher f'L-Anness I ta' Regolament (KE) Nru 2125/95 għandha tkun mibdula kif xieraq.

(5) Regolament (KE) Nru 2125/95 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq.

(6) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta Ġestjoni għal Prodotti Proċessati minn Frott u Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 ta' Regolament (KE) Nru 2125/95 hu mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Kwoti tat-tariffi għal faqqiegħ preservat tat-tip Agaricus li jaqgħu taħt Kodiċi NM 07115100, 20031020 u 20031030, li jidhru f'L-Anness I, għandhom ikunu miftuħa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2. Ir-rata ta' dazju applikabbli għandha tkun 12 % ad valorem fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt KodiċI NM 07115100 (Nru tas-Serje 09.4062) u 23 % fil-każ ta' Prodotti li jaqgħu taħt Kodiċi NM 20031020 u 20031030 (Nru tas-Serje 09.4063). Madankollu, rata waħdanija ta' 8,4 % għandha tkun applikabbli fil-każ tal-prodotti imsemmija hawn fuq u li joriġinaw mir-Rumanija (Nru tas-Serje 09.4726), u m'għandu jkun hemm l-ebda dazju fil-każ tal-prodotti imsemmija hawn fuq u li joriġinaw mill-Bulgarija (Nru tas-Serje 09.4725)."

Artikolu 2

L-Anness I ta' Regolament (KE) Nru 2125/95 għandu jkun mibdul bit-test li jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda jseħħ mill-1 ta' Ġunju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.

[2] ĠU L 72, ta' l-14.3.2002, p. 9.

[3] ĠU L 212, tas-7.9.1995, p. 16.

[4] ĠU L 31, tas-6.2.2003, p. 10.

[5] ĠU L 102, ta' l-24.4.2003, p. 60.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS I

Allokazzjoni kif riferuta fl-Artikolu 2 f'tunnellati (piż nett imsaffi)

Pajjiż Fornitriċi | 1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena |

Bulgarija | 2625 |

Rumanija | 500 |

Ċina | 22750 |

Oħrajn | 3290 |

Riserva | 1000 |

"

--------------------------------------------------