32003R1075



Official Journal L 155 , 24/06/2003 P. 0009 - 0010


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1075/2003

tat-23 ta’ Ġunju 2003

li jiffissa l-ko-effiċjenti ta’ kalkolu li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2003/2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1365/2000 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(6) tiegħu,

Billi:

(1) Il-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal, kif imniżżla fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru. 2759/75, għandu jiġi stabbiliti billi jiġu kkalkolati l-prezzijiet reġistrati f’kull Stat Membru b’ko-effiċjenti li jirriflettu d-daqs relattiv tal-merħla tal-majjali f’kull Stat Membru.

(2) Dawn il-ko-effiċjenti għandhom jiġu ddeterminati fuq n-numru ta’ majjali mgħodda fil-bidu ta’ Diċembru ta’ kull sena skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta’ statistiċi li għandu jitwettaq fuq il-produzzjoni tal-majjali [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 97/77/EC [4].

(3) Fuq il-bażi tar-riżultati taċ-ċensiment ta’ Diċembru 2002, il-ko-effiċjenti ta’ kalkolu ġodda għandhom jiġu stabbiliti għas-sena tas-suq 2003/04 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 903/2002 għandu jiġi mħassar [5].

(4) Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ko-effiċjenti ta’ kalkolu mniżżla fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru. 2759/75 għandhom ikunu kif speċifikati fl-Annes mar-Regolament preżenti.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru. 903/2002 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mill-1 ta’ Lulju 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.75, p. 1.

[2] ĠU L 156, tad-29.6.00, p. 5.

[3] ĠU L 149, tal-21.6.93, p. 1.

[4] ĠU L 10, tas-16.1.98, p. 28.

[5] ĠU L 142, tal-31.5.2, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Ko-effiċjenti ta' kalkolu li għandhom jintużaw biex jiġi kkalkolat il-prezz tas-suq tal-Komunità għall-karkassi tal-majjal għas-sena tas-suq 2003/2004

L-Artikolu 4(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru. 2759/75

Il-Belġju | 5,4 |

Id-Danimarka | 10,6 |

Il-Ġermanja | 21,6 |

Il-Greċja | 0,7 |

Spanja | 19,1 |

Franza | 12,5 |

L-Irlanda | 1,5 |

L-Italja | 7,5 |

Il-Lussemburgu | 0,1 |

L-Olanda | 9,2 |

Awstrija | 2,7 |

Il-Portugall | 1,9 |

Il-Finlandja | 1,2 |

L-Isvezja | 1,6 |

Ir-Renju Unit | 4,4 |

--------------------------------------------------